Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bejgħ ta' proprjeta

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15623 u 15877 u jgħid x'kien id-dħul totali tal-gvern minn bejgħ ta' proprjeta' matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li d-dħul minn Provisional Capital Gains Tax jew Final Withholding Tax minn bejgħ ta’ proprjeta’ f’dawn l-aħħar ħames snin, inkluż minn Jannar sa Ottubru ta’ din is-sena hu kif ġej: Sena Provisional Capital Gains Tax Lm Final Withholding Tax Lm 2000 8,025,028 2001 9,219,939 2002 15,599,218 2003 15,211,167 2004 19,604,241 2,320,067 2005 16,489,869 1,495,928

Importazzjoni ta' fuel

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15627 u 15886 u jgħid kemm jitħallas dazju, sisa u VAT fuq l-importazzjoni tal-fuel? Għal kemm ammontaw dawn it-taxxi għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Sena Sisa Lm Dazju Lm VAT Lm 2000 23,669,323 6,858 281,450 2001 26,337,537 45,910 270,699 2002 25,127,771 51,852 296,470 2003 23,983,546 74,669 320,851 2004 24,170,014 104,834 145,105 2005(sa llum) 22,059,059 83,303 229,489 Il-VAT fuq fuel tal-Korporazzjoni Enemalta ma tinġabarx meta l-fuel jiġi impurtat iżda wara li l-prodott jinbieġħ mill-Enemalta.

Servizzi finanzjarji

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid, anke jekk b'mod approssimattiv, x'inhu u x'kien il-kontribut tas-servizzi finanzjarji bħala persentaġġ tal-GDP f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeri Governattivi — Infiq ta' flus

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'ospitalita', telefonati u safar (total) mill-ministeri tal-gvern fis-sena finanzjarja 1996, 1997 u 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella ‘A’ u Tabella ‘B’ li juru l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi rispettivament. Fil-każ tal-Ministeri l-oħra nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministri konċernati.

Offerti ta' maħfra mill-gvern — Ħlas lura ta' taxxa

Question

Minn meta Malta saret indipendenti, kemm saru offerti ta' maħfra mill-gvern lil ċittadini li baqgħu lura fil-ħlas tat-taxxa u li ġew mitluba jikkonformaw mal-liġi? Kemm kien l-ammont totali? X'kienu t-termini ta' kull offerta li saret mill-gvern u f'liema sena? Kemm kien l-ammont totali ta' taxxa li ġew imħallsa lill-gvern kull meta saret offerta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.

Ħames Protokoll Taljan

Question

B'riferenza għat-tweġiba li tatni l-Ministru għal Għawdex għall-mistoqsija parlamentari 15015, jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex minn Lm30 miljun li l-Italja tat lil Malta taħt il-ħames protokoll Taljan, Għawdex messu biss Lm120,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-informazzjoni li kienet diġa’ ngħatat mill-Ministru għal Għawdex bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14524. Irrid inżid iżda li l-proġetti (mhux biss dawk ta’ kostruzzjoni ta’ toroq) li ġew, jew li qed jiġu ffinanzjati taħt dan il-Protokol huma ta’ benefiċċju għan-nazzjon kollu.

Istituzzjonijiet Għawdxin

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa finali ta' konsum sena sena mill-1999 'il hawn ta' l-istituzzjonijiet f'Għawdex li ma jaħdmux għall-qliegħ u li jagħtu servizzi u ħidma oħra ta' benefiċċju lill-familji Għawdxin? X'kien u kemm kien jammonta l-kontrtibut li l-gvern ta lil dawn l-istituzzjonijiet kull sena matul l-istess perijodu? Jista' jagħtini dan it-tagħrif skond is-settur li fih iwettqu l-ħidma tagħhom dawn l-istituzzjonijiet, per eżempju, edukazzjoni, kultura, sport, kura medika, reliġjon, mużewijiet u libreriji, wirt storiku u riċerka?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ewwel parti tal-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Rigward it-tieni u l-aħħar parti tal-mistoqsija, it-tagħrif mitlub diġa’ ngħata mill-Onor Ministru għal Għawdex fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 14678 fl-10 ta’ Ottubru 2005.

Servizz Pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mkeċċija miċ-ċivil kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin kien hemm tnejn u erbgħin uffiċjal pubbliku li tkeċċew mis-Servizz Pubbliku. It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor Interpellant jinsab fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

VAT fuq affarijiet edukattivi

Question

Jista’ il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15645 u jgħid il-gvern kemm daħħal s’issa matul din is-sena mill-VAT fuq tagħmir edukattiv u affarijiet edukattivi oħra, bħal kotba, pitazzi, eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 15645 li ngħatat f’Seduta 331.

Bejgħ ta' proprjeta' lill-barranin

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien il-valur tal-proprjeta' li nbiegħet lill-barranin matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-valur tal-proprjeta’ immobbli li kienet trasferita lill-barranin matul dawn l-aħħar ħames snin, kien kif sejjer jingħad: Sena Valur tal-Proprjeta’ Immobbli Lm 2001 25,671,943 2002 32,678,077 2003 46,964,078 2004 43,584,685 2005 47,257,795

VAT fuq affarijiet edukattivi

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern s’issa matul din is-sena mill-VAT fuq tagħmir edukattiv u affarijiet edukattivi oħra, bħal kotba, pitazzi etc.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata. Persuni reġistrati m’humiex obbligati li jirrapurtaw il-ġeneru tal-bejgħ li jagħmlu.

Ġbir ta' VAT

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm inġabret VAT mill-edukazzjoni fl-ewwel disa' xhur tas-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, id-Dipartiment tal-VAT ġabar Lm427,121 bħala VAT mill-edukazzjoni.

AFM — Bomb hoaxes

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru bomb hoaxes din is-sena u fejn? X'tip ta' ordinanza ġiet distrutta mill-AFM din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li matul din is-sena, mill-1 ta’ Jannar sa l-14 ta’ Novembru, ma kien hemm l-ebda Bomb Hoax irrapurtata lill-Forzi Armati ta’ Malta. It-tip ta’ ordinanza li ġiet distrutta mill-Forzi Armati ta’ Malta din is-sena kienet tinkludi numru ta’ bombi tal-gwerra ta’ qies ta’ tliet pulzieri u waħda ta’ ħames pulzieri li kienet tat-tip high explosive. Ġew distrutti wkoll numru żgħir ta’ Cartridge Primers u numru ieħor ta’ murtali tal-festa ta’ qisien diversi.

Bejgħ ta' proprjeta' lill-barranin

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15629 u jgħid x'kien il-valur tal-proprjeta' li nbiegħet lill-barranin matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 15629 li qed tingħata f’din l-istess seduta.

Settur Pubbliku — Impjiegi ġodda

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' impjiegi ġodda fis-settur pubbliku fl-1992 u fl-2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku għar-rigard ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi huwa kif jidher fit-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Jekk l-Onor Interpellant jixtieq ikollu ċ-ċifri tal-Ministeri l-oħra, nistiednu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri responsabbli.

Settur Pubbliku — Impjegati

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' l-impjiegi fis-settur pubbliku tan-numru globali tal-gainfully occupied mill-1992 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persentaġġ ta’ l-impjiegi fis-Settur Pubbliku tan-numru globali tal-gainfully occupied mill-1992 sa’ April 2005 huwa kif jidher fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proprjeta' mikrija mill-gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jinformana kemm kienet iċ-ċifra ta' flus li l-gvern ħallas għall-kirjiet ta' proprjeta' mikrija mill-gvern stess matul din is-sena? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra totali li għad trid titħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tħallset is-somma ta’ Lm 91,003 bħala kera lid-Dipartiment ta’ l-Artijiet u Lm 342,542 kera lil sidien privati. Ammont ta’ Lm 15,690 għad irid jitħallas lid-Dipartiment ta’ l-Artijiet. Nixtieq inżid li l-kera dovuta fuq proprjeta tal-Gvern titħallas bis-sena lura, għaldaqstant il-pagamenti li saru mid-Dipartimenti taħt id-Dekasteru tiegħi matul l-2005 ikopru s-sena 2004.

NSO — Turisti

Question

Jista' il-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 15387 u jgħid: Peress li jekk wieħed jara l-istatistika ta' kemm kellna turisti f'Settembru 2005 isib differenza bejn dak li jgħid l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u dak li jgħid l-ajruport internazzjonali ta' Malta, l-MIA, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għal dan u kif l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jispjega dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 15670 li qed tingħata f’din l-istess seduta.

Arretrati tat-taxxa tad-dħul

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm–il persuna ngħatat iċ- chance minn Jannar 2004 sal-lum li tħallas arretrati tat-taxxa tad-dħul billi sar ftehim li s-somma dovuta titħallas b’ammont kull xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-ftehim ma ġewx onorati mill-persuna konċernata? X’passi ttieħdu? Meta l-ftehim ikun biex is-somma ta’ kull xahar tinqata’ mill-paga, min hu responsabbli, l-impjegat jew is-sid li din titħallas ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.