Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15692 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Portable computer

Question

Jista' l-Ministru jgħid min fid-dekasteru tiegħu għandu portable computer li jappartjeni lill-istess dekasteru u x'inhu l-grad tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Portable Computers li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa huwa mqassam kif jidher hawn taħt: Sezzjoni Nru. minn min jintuża _________________________________________ _____________________ Ministry 3 -Personal Assistant -Communications Co-Ordinator -Private Secretary _______________________________________ ________________________ Permanent Secretary`s Office 2 -Permanent Secretary -Internal Auditor _______________________________________ _________________________ Department of Coperative Services 1 -Director Corporate Services ______________________________________ ___________________________ Government Pharmaceutical Services 1 -Director _____________________________________ ____________________________ Health Division 19 -Director General -Director Policy and Planning -Consultant, Policy and Planning -Consultant, Policy and Planning -SMO Policy and Planning -Deputy Nursing Officer Policy & Planning -Director Health Promotion -Medical Officer Health Promotion -Principal Health Promotion Officer - Health Promotion -Senior Health Promotion Officer- Health Promotion -Scientific Nutrition Officer- Health Promotion -Scientific Nutrition Officer- Health Promotion -Director Nursing Services -Director Finance and Administration -Chief Engineer -Senior Engineer -Director Health Information -Senior Manager Health Information -Director National Blood Transfusion Centre __________________________________________ ______________________ Foundation for Medical Services 3 -President FMS -Chief Executive -Head Institutional Operations ______________________________________ __________________________ Zammit Clapp Hospital 1 -General Manager _________________________________________ _______________________
Leg 9 PQ #15710 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari numri 15244 u 15077 b'riferenza għall-operazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

E.N.T. Department: ----------------- Waiting list Out-Patients : 10 - 15 days Waiting list Operations : 4 - 6 weeks Dental Department: ----------------- Waiting list Out-Patients : 260 (Nru li jsiru fil-gimgħa) : 36 (Nru li jiżdiedu mal-lista fil-gimgħa) : 17 Waiting list Operations : Tfal 63 Adults 80 (Nru li jsiru fil-gimgħa) : Tfal 5 Adults 3 Department of Medicine: ---------------------- Waiting list Out-Patients : 24-3-00 - 6-5-00 Department of Surgery: ---------------------- Waiting list Out-Patients : 13-3-00 - 19-5-00 Waiting list Operations Mr. N. formosa : No waiting list Mr. C. Swain : 3 - 4 weeks Mr. D. Gatt : 50 cases - with date : 92 cases - without date Prof L. Cutajar : 20 cases - new cases : 50 cases - endoscopy Prof G. Laferla : 147 cases - Major : 315 cases - Minor & Intermediate : 93 cases - Endoscpopy Mr. G. Felice : 60 cases Mr. A. Felice : 3 - 4 weeks Mr. A. Zammit : 31 cases - Minor & Intermediate : Major&Endoscopy-No waiting list Mr. A. Attard : 197 cases Mr. K. German : 3 - 4 weeks Paediatric Department: ---------------------- Waiting list Out-Patients : 10-3-00 - 22-3-00 Waiting list Operations : March 28th - 31st : 10 April : 41 May : 23 June : 7 July : 3 August : 2 Orthopaedic Department: ----------------------- Waiting list Out-Patients : 2238 Wating list Operations : 2953 Opthalmic Department: --------------------- Appuntamenti għal-każi ġodda isiru bejn 4 u 6 gimgħat. Jekk għal xi raġuni jew oħra pazjent regolari ma jżommx l-appuntament li jkollu, jidħol fil-lista tal-`follow-ups` li hija mimlija min 6 xhur qabel. F`Każ ta` emerġenza pazjent jista jattendi l-emerġenza ta` l-għajnejn kuljum filgħodu fl-`Out-Patients` u filgħaxija fis-sala.
Leg 9 PQ #15720 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Sir Paul Boffa — Airconditioners

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu rranġati s-sistemi ta' l-airconditioners li hemm f'ward 2 fl-Isptar Sir Paul Boffa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li mill-4 air conditioners li hemm fil-Ward 2 ġewwa l-Isptar Boffa hemm żewġ air conditioners li huma bil-ħsara u li l-ispare parts għal mudelli tagħhom m`għandhomx jiġu manufatturati peress li huma mudelli `obsolete`. Għaldaqstant qed nistennew iċ-ċertifikazzjoni neċessarja li permezz tagħha jkun jista` jinbeda l-proċess għal xiri ta` żewġ air conditioners oħra.
Leg 9 PQ #15766 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħtu pazjenti mill-gvern fir-Renju Unit għal kura ta' mard ta' l-għajnejn? X'kienet l-indikazzjoni li ntbagħtu f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta` pazjenti li ntbagħtu mill-Gvern barra minn Malta għall-kura tal-għajnejn kien 22 (tnejn u għoxrin) mqassmin hekk: Vitreoretinal surgery (removal of silcone oil) - 10 Bilateral Glaucoma (Children) - 2 Dacryocystitis (post trauma) - 1 Ptosis Surgery - 1 Haemangioma orbit and left upper lid - 1 Right inferior retinal detachment complcated by AVR and subretinal fibrosis - 1 Coat`s Disease - 1 Traumatic aphakia (shot gun injury) - 1 Left superior oblique palsy - 1 Choroidal neurovascular membrane right eye - 1 Retinopathy of Prematurity (L) eye blind - for fitting of special lens (R) eye - 1 Left orbital haemangioma associated with a cystic microphthalmic remnant - 1
Leg 9 PQ #13623 Sitting 283 2000-04-12 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Coronary Artery Bypass Grafts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru coronary artery bypass grafts, sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin, kemm dawk li saru lokalment, kif ukoll dawk il-pazjenti li ġew imsiefra barra minn Malta? Kemm kellhom żmien dawn il-pazjenti, ta' liema sess kienu u jekk kien hemm, kemm minnhom mietu b'komplikazzjonijiet relatati ma' l-istess operazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant u li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, hija mehmuża f'Appendiċi `A' u `B'.
Leg 9 PQ #15425 Sitting 282 2000-04-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax tintlaqa' t-talba ta' dawk il-ġenituri ta' tfal autistic li l-autism tiġi rikonoxxuta bħala kondizzjoni li tintitolahom għal ċerti mediċini għax bħalissa qed ikollhom "jigdbu" u jgħidu li t-tfal għandhom l-epilepsija biex jieħu l-istess mediċina?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant ser jiġi kkunsidrat.
Leg 9 PQ #13538 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Każ ta' health assistant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet investigata mill-Ministeru jew mid-dipartiment tas-saħħa dwar l-allegat każ ta' health assistant li ffroda flus? Jista' jgħid kemm fuq dan il-każ ġew investigati mill-pulizija ħaddiema mid-dipartiment tas-saħħa? Jista' jgħid kemm minnhom ittieħditilhom stqarrija mill-pulizija ta' kontra l-frodi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

F'kull każ ta' suspett ta' frodi il-każ jiġi mgħoddi lill-pulizija għall-investigazzjoni.
Leg 9 PQ #15595 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dipartiment tal-Pedjatrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt il-kura tad-dipartiment tal-pedjatrija u fl-out-patients matul l-1996, 1997, 1998 u 1999, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni li talab l-Onor. Interpellant hija kif ġej:- Sena New Cases Follow-ups ______________________________________ __________________________ 1996 Paediatric Surgery 279 267 Paediatrics 1880 22,960 Nursery N/A 3327 1997 Paediatric Surgery 534 802 Paediatrics 2232 22,160 Nursery N/A 3211 1998 Paediatric Surgery 658 990 Paediatrics 2477 22,954 Nursery N/A 3112 1999 Paediatric Surgery 590 1243 Paediatrics 2285 16,903 Nursery N/A 2245 ________________________________________________ _________________
Leg 9 PQ #15596 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Każi ta' Overdose

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15429?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li bejn l-ewwel ta` Jannar 2000 u l-ewwel ta` April 2000 kien hemm 63 każ ta` persuni li daħlu b`suspett t`avvelenament jew overdose fid-Dipartiment ta` l-Emerġenza ta` l-Isptar San Luqa. It-terminu `avvelenament` jew `overdose jew inkella fejn l-intenzjoni ma kienitx stabbilita. L-avvelenament jista` jkun bi drogi, medikamenti, sustanzi bijoloġiċi, kimika u sustanzi noċivi (poisoning by drugs, medicaments, biological substances, chemicals and noxious substances: ICD-10 codes X40 - X49, X60 - X69 and Y10 - Y19). Id-dettalji t`eta` u sess kienu:- Eta` Irġiel Nisa -------------------------------------------- ----------- 20 sena jew inqas 6 4 ----------------------------------------------- -------- 21-40 sena 16 10 ---------------------------------------------- --------- 41-60 sena 2 5 ----------------------------------------------- -------- 61 sena `l fuq 0 2 ----------------------------------------------- -------- Mhux indikat 11 7 ----------------------------------------------- -------- TOTAL 35 28 ______________________________________________ _________ Minn dawn 5 persuni kienu jinħtieġu kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Dettalji dwar lokalita` u data ta` meta daħlu fl-Emerġenza jinkludu numri zgħar ħafna f`ċerti każi u li għalhekk jistgħu jwasslu għal identifikazzjoni ta` individwi. Għaldaqstant ma nħossx li għandi nagħmilhom pubbliċi.
Leg 9 PQ #15598 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Donazzjoni ta' demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm donazzjonijiet ta' demm matul l-1998 u l-1999? X'kien in-numru tad-donaturi? Kemm kienu nisa u kemm irġiel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni li talab l-Onor. Interpellant hija kif ġej:- Sena Donaturi li Donazzjonijiet Nisa Irġiel attendew ________________________________________ _________________________ 1998 19,989 16,431 N/A N/A 1999 18,925 16,666 4,590 12,076 ________________________________________________ ________________ NB: Hemm xi nies li għal xi raguni jew oħra ma jkunux jistgħu jagħtu d-demm. Għalhekk id-differenza fin-numru bejn donaturi li jattendu d-donazzjonijiet.
Leg 9 PQ #15599 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dipartiment tal-Fiżjoterapija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pazjenti li ġew riferuti lid-dipartiment tal-fiżjoterapija matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999, sena sena? X'kienet il-medja tan-numru ta' sezzjonijiet ta' terapija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għal servizzi ta' fiżjoterapija fl-Isptar San Luqa u l-Isptar Boffa hija kif ġej:- 1996 1997 1998 1999 ____________________________________________ _____________________ Sptar San Luqa In-Patient __________________________ (Każijie t) 7386 6331 6425 5998 (Sessjonijiet ta' terapija) 62,452 57,867 55,333 57,052 Sptar San Luqa Out-Patient ___________________________ (Każijiet) 2933 3709 4411 4336 (Sessjonijiet ta' terapija) 28,987 36,056 40,690 43,213 Sptar Boffa In-Patient ______________________ (Sessjonijie t ta' terapija) 8816 8069 6814 6491 ______________________________________________ ____________________
Leg 9 PQ #15340 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Qormi — Ta' Farsina - Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa urġenti dwar il-ġrieden kbar li hemm partikolarment fl-area tal-blokki ta' l-appartamenti tal-gvern, f'Ta' Farsina, Ħal Qormi, minħabba l-ambjent u s-saħħa tan-nies u tal-post in ġenerali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B`referenża għal mistoqsija Parlamentari Nru. 15340, nixtieq ninforma lil Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa permezz tal-`Pest Control Section` jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jiġu kkontrollati dawn it-tip ta` ilmenti. Fil-lok imsemmi, sar tqegħid ta` velenu fl-24 ta` Marzu 1999, 24 ta` 1999, 9 ta` Marzu 2000 u fit-23 ta` Marzu 2000, wara xi ilmenti. Matul April, Mejju u Diċembru tas-sena l-oħra u Jannar ta` din is-sena, ħaddiema minn din is-sezzjoni għamlu xogħol ta` tqegħid ta` velenu f`Hal-Qormi kollu, inkluż fis-sistema tad-drenaġġ, bħala rutina. Ta` min isemmi, li ttieħdu passi legali wkoll kontra sid ta` art mitluqa li hemm f`din iż-żona. Il-Pulizija ġiet wkoll infurmata dwar `container` abbandunat li jista jikkawża nfestazzjoni ta` ġrieden.
Leg 9 PQ #15465 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Żabbar — Ċimiterju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-Sanita' kienx involut fil-każ li l-estensjoni taċ-ċimiterju ta' Ħaż-Żabbar? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reazzjonijiet ta' l-istess dipartiment? Kien hemm xi dipartiment ieħor li ġie nvolut fuq din il-kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B`referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15465, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li jirriżulta li l-aħħar talba li l-Kappillan ta` Haż-Żabbar għamel lit-Tabib Ewlieni tal-Gvern, sabiex jestendi ċ-ċimiterju tal-Paroċċa ta` Haż-Żabbar saret fit-12 ta` Mejju 1993. Wara li ġiet studjata t-talba fid-dawl tal-bżonnijiet tal-paroċċa ta` Haż-Żabbar, wara konsultazzjoni mal-Avukat tar-Republika fuq ir-rikors li kien sar fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili minn residenti kontra il-Kappillan ta` Haż-Żabbar u Joseph Zammit (Kuratur), u wara anke konsultazzjoni mal-General Services Board u l-Planning Authority, ġie deċiz li d-Dipartiment tas-Saħħa jilqa` t-talba għall-estenzjoni skond l-Kodiċi tal-Pulizija Kap 10 Sezz. 136 li tippermetti estenzjonijiet ta` ċimiterji li jkunu mibnija qabel 1932 bħal ma hu dan il-kaz, anke jekk id-distanza bejn iċ-ċimiterju u l-abitant hi anqas minn 183 metru.
Leg 9 PQ #15476 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari numri 15244 u 15077?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba rigward waiting time għal new case fid-Dipartiment ta' l-Out-Patients. Informazzjoni dwar operazzjonijiet għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #15546 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Persuni diabetiċi — Surgical spirit

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk is-surgical spirit li kien jingħata lil persuni li jbatu mid-diabete, hux se jibqa' jingħata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-pazjenti li huma dijabetiċi u li jużaw l-insulina bħala parti mill-kura tagħhom ser jibqgħu jingħataw surgical spirit. Pazjenti fuq l-insulina qed jingħataw struzzjonijiet illi s-surgical spirit m'għandux jibqa' jintuża biex titnaddaf il-ġilda qabel l-injezzjoni. Fil-fatt l-istruzzjonijiet il-ġodda huma illi l-ġilda għandha titnaddaf permezz ta' ħasil b'sapun u ilma filwaqt li s-surgical spirit jintuża biex jitnaddaf it-tapp tal-lastiku tal-fjala ta' l-insulina qabel dan jittaqqab bil-labra ħalli ttieħed minn ġo fih id-doża ta' insulina.
Leg 9 PQ #15591 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ta' Xbiex — Princess Margaret Street

Question

Billi ġo sit ta' bini abbandunat li hemm ġo Princess Margaret Street, Ta' Xbiex, kantuniera ma' Triq G. Cali', Ta' Xbiex, hemm ħafna ilma staġnat kif ukoll ħafna ħmieġ u li huwa ċar illi huwa ta' perikolu għas-saħħa tar-residenti, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel id-dipartiment tas-saħħa biex dan il-perikolu jitneħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B`referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15591, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li għal diversi xhur spezzjonijiet saru ġo sit abbandunat li hemm ġo Princess Margaret Street Ta` Xbiex, kantuniera ma` Triq G. Cali, Ta` Xbiex minħabba akkumuli li jeżistu f`dan is-sit. Għal ħafna żmien is-sid ta` dan is-sit ma` kienx magħruf u għaldaqstant ma` seta` jittieħed l`ebda azzjoni biex jitneħħa l-inkonvenjent. Fil-20 ta` Jannar 1994, is-sid kien instab u ġie imħarrek. Il-kas inkwistjoni għadu sub judice. Fl-aħħar seduta, dik ta` 8 ta` Marzu 2000, l-akkużat ingħata żmien, sa 6 ta` Gunju 2000, biex inaddaf u jtella` ħajt madwar is-sit imsemmi, u b`hekk jitneħħa kull periklu għas-saħħa pubblika.
Leg 9 PQ #15235 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li kkwalifikaw biex jieħdu apparat u tagħmir mediku matul l-1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni li matul l-1999 ikkwalifikaw għal apparat u tagħmir mediku ieħor b`xejn kien ta` 3154.
Leg 9 PQ #15236 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Schedule V

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' pazjenti li bdew jibbenefikaw mis-Schedule V matul l-1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta` pazjenti li bdew jibbenefikaw mix-Scedule V fis-sena 1999 kien 8802.
Leg 9 PQ #15328 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Angioplastics

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru: angiographics; pace makers angioplastics; stents; vulvaloplastics;electro physiology studies; rotablation u ASD closures matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej: 1996 1997 1998 1999 -------------------------------------------- ---- Angiographics 1447 1546 1574 1617 -------------------------------------------- ---- Pacemakers 158 185 205 216 --------------------------------------------- --- Angioplastics 346 328 353 380 --------------------------------------------- --- Stents 136 244 347 437 --------------------------------------------- --- Valvulo 13 4 6 2 Plastics ------------------------------------- ------------ EP Studies 25 42 24 29 ---------------------------------------------- --- Rotablation * * 8 4 ----------------------------------------------- -- ASD Closure 5 2 1 14 ---------------------------------------------- --- * Servizz ma kienx jingħata
Leg 9 PQ #15339 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-figuri tal-pazjenti barranin li wżaw l-Isptar San Luqa, fl-ewwel xahrejn tas-sena u l-ħlas li sar skond kif mitlub fil-mistoqsija parlamentari numru 14838?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta` pazjenti barranin li użaw l-Isptar San Luqa fl-ewwel xahrejn ta` dawn 157 persuna kienu eżenti mill-ħlas. 348 pazjenti intalbu jħallsu s-somma ta` LM 49889. Tħallsu s-issa LM21266.