Jista' l-Ministru jispjega kif il-politika hekk imsejħa ta' persważjoni se tipproteġi lill-konsumatur minn dawk li huma responsabbli għal għoti ta' ċerti prezzijiet bla rażan?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru applikazzjonijiet għal talbiet ta' permessi in konnessjoni mal-ftuħ ta' Casino f'Malta u Għawdex minn Hotels tal-ħames u tar-raba' grad?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret applikazzjoni waħda għall-ħruġ ta` liċenzja in konnessjoni mal-ftuħ ta` `Casino` f`Malta u Għawdex minn Hotels tal-ħames u tar-raba` grad.
Din l-applikazzjoni kienet sottomessa minn Tomino Ltd. in konnessjoni ma New Dolmen Hotel ta` San Pawl il-Baħar. Dan wara li l-offerta tagħhom kienet adġudikata bħala l-aktar waħda vantaġġjuża mill-bord ta` evalwazzjoni mwaqqaf apposta fl-1997.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur totali tar-riżervi barranin tal-Bank Centrali fl-ewwel tas-sena? Kif tikkompara din iċ-ċifra ma' l-istess data fil-ħames snin ta' qabel?
Response (DALLI, JOHN)
Il-valur totali tar-riżervi barranin tal-Bank Ċentrali ta` Malta fl-ewwel tas-sena 1999 kien Lm610,818,000*.
Il-pożizzjoni tar-Riżervi Barranin fil-ħames snin ta` qabel kienu:
Sena Riżervi Differenza fuq % differenza
Lm `000 is-sena ta` qabel fuq is-sena ta` qabel
Lm `000
01.01.94 533,400 --
01.01.95 617,644 84,244 15.79 %
01.01.96 508,693 (108,951) (17.64)%
01.01.97 508,577 (116) (0.02)%
01.01.98 541,602 33,025 6.49 %
01.01.99 610,818 69,216 12.78 %
*Din il-figura hija proviżorja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd totali ta' kumpanniji fuq ir-Reġistru tal-Commercial Partnerships fl-aħħar ta' l-1998? Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx baqa' kumpanniji li għadhom ma kkonformawx mar-regolamenti dwar ir-reġistrazzjoni tal-commercial partnerships? Jekk għad baqa', kemm hu n-numru tagħhom u x'passi qed jittieħdu biex jikkonformaw?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li sa l-aħħar ta` l-1998 kien hemm 23,900 kumpanniji fuq ir-Reġistru, li minnhom 5053 kienu jew xolti jew li kellhom isimhom imħassar minn fuq ir-Reġistru.
In-numru ta` kumpanniji li s`issa għadhom ma kkonformawx ma` l-Att ta` l-1995 dwar il-Kumpanniji huwa ta` 941. L-Onorevoli Membru japprezza li huwa diffiċli ħafna, biex ma ngħidx impossibbli, li wieħed iġiel lill-dawn il-kumpanniji jikkonformaw. B`dana kollu, tajjeb li wieħed għid, li bis-saħħa ta` l-Att Numru XXX ta` l-1997 il-Ministru responsabbli għar-reġistrazzjoni ta` soċjetajiet kummerċjali jista` b`ordni fil-Gazzetta jistabbilixxi data li fiha dawk il-kumpanniji kollha li jkunu għadhom ma kkonformawx jitqiesu bħal kumpanniji li ma jkunx qed joperaw u wara l-proċeduri preskritti bil-liġi isimhom jitħassar minn fuq ir-Registru. Peress li sal-lum għad hemm kumpanniji li qed jikkonformaw, ma jidhirlix li jkun pass għaqli u fl-interess nazzjonali li tiġi pubblikata l-imsemmija ordni fil-Gazzetta.
B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil minn intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu w kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu msemmi ma ngħata l-ebda kuntratt b`direct order għal ġarr ta` għamara fid-dikasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kemm laħqet l-ispiża għall-istampar jew xiri ta' kartolini għall-Milied 1998 u kemm ġiet tiswa l-ispiża postali konnessa ma' dawn il-kartolini, kemm mill-Ministeru, kemm mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment, u kemm mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru? Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew stampati l-imsemmija kartolini? Jista' jgħid lil min intbagħtu?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub dwar kartolini għall-Milied 1998 huwa kif ġej:
Dipartiment Spiża għall- Spiża postali Fejn ġew
Istampar\Xiri ta` Stampati\Mixtrija
Kartolini
Lm Lm Lm
Ministeru 70 60 Stamperija tal-Gvern
Uffiċċju tas-
Segretarju Permanenti 60 60 Stamperija tal-Gvern
VAT 18 10.20 Stamperija tal-Gvern
Dwana 164 40 Eden Foundation
Taxxi Interni 25 23 Stamperija tal-Gvern
Kuntratti 3 2.50 Stamperija tal-Gvern
Lottu Xejn 20 ---
Intużaw kartolini
minn tas-sena
ta` qabel
Teżor Xejn 20 ---
ntużaw kartolini
minn stokk li kellu
d-Dipartiment
Il-kartolini ntbagħtu lill-kapijiet\uffiċjali ta` dipartimenti governattivi u parastata kif ukoll lil diretturi ta` organizzazzjonijiet Maltin u barranin li b`xi mod għandhom x`jaqsmu mad-dipartimenti tad-dekasteru.
Dipartiment tal-Kuntratti — Memorandum of Understanding
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Kuntratti kienx involut fit-tfassil tal-memorandum of understanding iffirmat bejn il-Konsorzju Skanska u l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi peress li kien dan l-istess dipartiment li kien ippubblika s-sejħa għall-offerti għall-bini ta' l-isptar il-ġdid fl-1994? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min sejjer jibda japprova varjazzjonijiet u extra works għal xogħlijiet li jridu jiġu eżegwiti jew li ġew eżegwiti diġa' u li huma riżultat tad-disinji alterati msemmija fl-imsemmi memorandum of understanding? Ma jidhirlux il-Ministru li peress li l-kuntrattur issa huwa wkoll id-disinjatur dan se jkollu konflitt ta' interess meta jiġi biex jiġġustifika l-varjazzjonijiet u l-extra works?
Response (DALLI, JOHN)
Id-dipartiment tal-kuntratti ma kienx involut fin-negozjati li saru bejn il-Konsorzju Skanska u l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u li wasalu għall-memorandum of understanding li għalih qiegħed jirreferi l-Onor Interpellant. Billi għad m`hemm ebda ftehim għat-tkomplija tax-xogħol, għadu prematur li jsiru kummenti fuq kif jopera dan il-ftehim jekk jintlaħaq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fil-ministeru tiegħu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999; f'riċevimenti, f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Lm
Riċevimenti 114
Safar 6,770
Petrol 2,772
Pagi 239,019
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-pilloli I-Caps dan l-aħħar għolew minn Lm2.19 għal Lm2.90 u jekk fl-affermattiva, jgħid għaliex din iż-żieda fil-prezz?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u Kummerċ.
B'riferenza għall-aħħar parti tat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 3833, jista' l-Ministru jgħid jekk l-għoli fil-prezz tas-servizz tal-Melita Cable TV hux ġustifikat jew le? Peress li s-servizz għola wara l-1 ta' Jannar, 1999, jikkonferma l-Ministru li dan l-għoli sar minħabba t-taxxa tal-VAT?
Response (DALLI, JOHN)
M`għandi xejn x`inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 3833.
Billi l-pensjonanti kollha li kienu jaħdmu mal-gvern m'huma se jiggwadanjaw xejn fil-pensjoni tagħhom bil-mod kif saret ir-riorganizzazzjoni taċ-Ċivil 1996/1998, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tiswa lill-gvern kieku ġew inklużi l-pensjonanti taċ-Ċivil ukoll?
Response (DALLI, JOHN)
Bis-sistema kif titħaddem ma` tistax tinkludi l-pensjonanti taċ-ċivil biex fil-proċess ta` żieda fil-pagi taċ-ċivil billi hemm ħafna oħrajn li għal xi raġuni jew oħra huma analogati mal-pagi taċ-ċivil.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-infiq li sar ma' kull radju/televiżjoni/ġurnal bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999 in konnessjoni ma' l-introduzzjoni tal-VAT?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-infiq li sar bejn il-5 ta` Settembru 1998 u l-31 ta` Jannar 1999, in konnessjoni ma` l-introduzzjoni tal-VAT kien kif ġej:
The Times Lm 75
In-Nazzjon Lm 75
It-Torċa Lm111
Il-Kulħadd Lm129
Kontijiet għal reklamar li sar f`Jannar għadhom ma waslux.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998? Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?
Response (DALLI, JOHN)
Ma ngħatawx rigali lill-individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jdaħħal flus il-gvern mill-VAT matul din is-sena minn fuq il-cable television, min fuq il-bejgħ ta' tickets taċ-ċinema, minn fuq il-bejgħ ta' ikel mir-restoranti? Kemm ġabar il-gvern minn fuq is-CET is-sena li għaddiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 3833 hija kif ġej:
VAT 1999 CET 1998
(stima) (attwali)
Bejgħ mir-Restoranti Lm1.45 miljuni Lm1.04 miljuni
Bejgħ miċ-Ċinemas Lm0.31 miljuni Lm0.16 miljuni
Bejgħ ta` Cable Television -- --
Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant li:
1. L-istima tad-dħul mill-VAT fl-1999 hija bbażata fuq id-dħul
mill-istess VAT bejn Lulju 1996 u Ġunju 1997 (fl-aħħar tnax-il xahar tas-sistema tal-VAT ta` qabel) u hija ikkalkulata daqslikieku s-sistema l-ġdida tal-VAT matul din is-sena (1999) hija fully operational.
2. Iċ-ċifra mogħtija jistgħu jinkludu fihom dħul ta` taxxa minn
attivitiajiet oħra, barra l-attivitajiet imsemmija, li l-persuni reġistrati konċernati jistgħu jkunu għamlu.
3. Rigward id-dħul minn fuq il-cable television, l-informazzjoni mitluba
ma tistax tingħata peress li hemm persuna waħda reġistrata li faċilment tista` tiġi iddentifikata, u għaldaqstant, jekk tingħata, tkun qed tingħata informazzjoni kummerċjali ta` natura kunfidenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi beda jieħu d-dipartiment tat-taxxi interni biex jiġbor is-Lm6 miljun arretrati li għandhom jagħtu kumpanniji privati bħala kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali?
Kemm hemm kumpanniji b'kollox li għandhom jagħtu dawn l-arretrati?
Response (DALLI, JOHN)
Id-dipartiment tat-Taxxi Interni ha r-responsabilita` tal-ġbir tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurta` soċjali mill-1 ta` Jannar 1998.
L-arretrati mis-sidien (privati jew kumpanniji privati) ġew mitluba permezz ta` demand letters tliet darbiet matul l-1998. Demand Letter oħra għal arretrati ser tintbgħat fi Frar biex tkopri arretrati li baqa` għall-1998. Dan ser isir f`din id-data peress li l-pagamenti ta` Diċembru 1998 jmiss li jsir sa l-aħħar ta` Jannar 1999. Dan ifisser li għall-1998 l-enforcement sar fuq medja ta` kull tliet xhur.
Għall-1999 qed jinkiteb software biex is-sistema awtomatikament toħroġ reminder kull xahar għal dawk il-pagamenti li ma jkunx saru x-xahar ta` qabel. Dan ir-reminder ikollu s-somma stmata li trid titħallas ul-penali relattiva.
Dawk li jħaddmu irreġistrati taħt numru uniku u jistgħu ikunu kemm sidien privati kif ukoll kumpanniji.
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu l-gvern jħallas l-arrears dovuti lill-impjegati kollha tat-tarzna f'taxxa mħallsa żejda minnhom, u li wħud minnhom għandhom jieħdu f'mijiet ta' liri Maltin?
Response (DALLI, JOHN)
Il-ħlas tar-refunds hu regolat mill-provvista ta` fondi maħsuba għal dan il-għan.
L-ammonti dovuti lill-ħaddiema tad-Drydocks ma jkunux ikkunsidrati għalihom waħedhom iżda jifformaw parti mill-ammont totali ta` refunds li d-dipartiment għandu jagħti lil taxpayers oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-guidelines ta' taxxi/dazji dovuti fuq importazzjoni ta' materja prima minn barra l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għall-Agro Industrija, cioe' jekk din il-materja prima hijiex se tiġi eżentata kif kienet taħt il-liġi tas-CET?
Response (DALLI, JOHN)
Il-materja prima għall-Agro Industrija tikkonsisti prinċipalment fi prodotti ta` l-ikel li għad iridu jiġu proċessati. M`hemm l-ebda VAT fuq dawn il-prodotti ġejjin min fejn ġejjin. Jekk ikun hemm materja prima oħra li fuqha tkun tħalset xi VAT din it-taxxa tiġi refunded.
Dwar dazji, ma kienx hemm l-ebda tibdil min kif kienu r-rati fl-1998.