Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-korp tal-pulizija bħalissa jinsab sospiż? Fuq liema akkużi? Kemm minnhom, ta' liema rank u fuq liema akkużi qed jistennew biex jgħaddu ġuri; qed jistennew biex jgħaddu kumpilazzjoni; qed jistennew jew qed jgħaddu proċeduri quddiem il-PSC?
Kemm ilhom jistennew f'kull każ? Liema huma sospiżi u qed jieħdu paga sħiħa, nofs paga, l-ebda paga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huwa dak il-bini li qed iservi bħala skola li huwa skedat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar? F'liema grad? F'din l-aħħar sena - minn Ġunju 1999 - kien hemm xi rapporti/lmenti li sar xi xogħol kontra l-liġi u /jew mingħajr il-permess ta' l-awtorita'? Jekk iva, fejn x'kien ix-xogħol u x'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-lista ta` skejjel skedati mill-Aworita` ta` l-Ippjanar li tiffoka fuq il-valur ta` Wirt Storiku hi kif jidher hawn taħt:
Site GN No GN Date Degree
---- ----- ------- ------
Government School,Triq Depiro, Sliema 700/95 11/10/95 2
Alcazar School of Beauty, Rudolph Str.,
Sliema 700/95 11/10/95 2
Institute of Tourism Studies,
St. Georges Bay 755/95 12/05/95 2
School, Triq l-Iskola, Tarxien 199/96 26/03/96 2
Pembroke Fort, Pembroke 583/96 06/09/96 1
Victoria Pub (Part of St. Michael School) 583/96 06/09/96 1
Sprach Caf, Pembroke 583/96 06/09/96 1
Italian School, Pembroke 583/96 06/09/96 1
Ninsab infurmat ukoll li ma jirriżultax li kien hemm xi rapport li sar xogħol mingħajr permess.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija għandhomx xi policy li ma jagħtux permessi għall-operazzjoni ta' bars u restaurants ġodda fi Triq Wilġa, Paceville?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent il-Pulizija qed tilqa` u tipproċessa applikazzjonijiet għall-liċenzji għall-bejgħ ta` inbid, birra jew xorb alkoħoliku fil-lokalita` imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Infurmat ukoll illi liċenzji għall-restaurants, ma jinħarġux mill-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta interna dwar il-ħarba tat-tliet priġunieri aktar kmieni dan ix-xahar mill-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Min qed imexxi l-inkjesta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-investigazzjoni nterna dwar il-ħarba tat-tlett priġunieri li seħħet fis-7 ta` Ġunju, 2000 hija immexxija mill-Awtoritajiet tal-Ħabs u għadha ma ġietx konkluża.
Jista' l-Minsitru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandhiex xi policy li ma jingħatawx permessi għal change of use f'bars u restaurants ta' proprjetajiet fi Triq Wilġa, Paceville?
Response (BORG, TONIO)
Peress li sa llum ma teżisti l-ebda policy, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tikkonsidra kull każ fuq il-mertu tiegħu. Sakemm-il darba qiegħed jiġi salvagwardjat speċjalment l-element residenzjali jista` jiġi rrakkomandat ħruġ ta` permess għal change of use f`bars u restaurants fi propjetajiet fi Triq Wilga, Paċeville.
Sadanittant hemm policy proposta dwar dan fl-abbozz tan-North Harbours Local Plan.
Jista' l-Ministru jara li tinxtara fridge biex f'dawn il-ġranet ta' sħana l-pulizija u s-suldati li qegħdin jaqdu dmirhom barra l-bieb tal-Parlament jkollhom fridge f'xi kamra fis-sular ta' isfel tal-Parlament biex jkunu jistgħu jkollhom servizz aħjar?
Response (BORG, TONIO)
Se ngħaddi das-suġġeriment lill-Uffiċċju ta` l-Speaker.
Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux passi mill-pulizija kontra t-tixrid u t-teħid ta' drogi f'Manoel Island, aktar u aktar meta hemm il-Gżira FC Nursery fl-inħawi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-iskwadra kontra d-Droga tal-Pulizija, spiss tagħmel ronda fl-inħawi li rrefera għalihom l-Onorevoli Interpellant. Barra minn hekk issir ukoll ronda mill-Pulizija tad-Distrett u ta` l-Iskwadra Mobbli.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħwienet li biex ikollhom permess tal-pulizija jridu jkollhom il-firem tal-ġirien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija titlob il-kunsens tal-ġirien, meta tkun qed tiġi proċessata talba għall-liċenzja ta` bejgħ ta` inbid, birra, jew xorb alkoħoliku. Dan jintalab ukoll f`każ ta` liċenzji għal xi sengħa jew negozju li jistgħu jdejqu lill-ġirien.
Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri meta l-permess oriġinali ta' ħanut jintilef, jiġifieri la s-sid u lanqas l-awtoritajiet ma jkollhom il-kopja oriġinali, u kif jista' jinħareġ permess oriġinali ieħor?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li liċenzja oriġinali toħroġ darba biss. Jekk liċenzja tintilef tista` ssir talba għall-ħruġ ta`
Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri fil-każ li liċenzja ta' ħanut tiġi kkanċellata u l-awtoritajiet jinjorawha u jibqgħu joħorġu din il-liċenzja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li persuna li f`isimha jkollha liċenzja, tista` tavża lill-Kummissarju tal-Pulizija li ma tkunx ser tagħmel użu aktar minn dik il-liċenzja u titlob li tkun kanċellata. Normalment isiru verifiki li l-post indikat fil-liċenzja, fil-fatt ma jkunx qed jintuża għan-negozju u l-liċenzja tiġi kanċellata. Naturalment jekk ikun hemm xi ħlas dovut b`lura dan ikun irid jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kull applikazzjoni għal permessi ta' bars u/jew restaurants li hawn f'Malta u f'Għawdex, minbarra fl-għases tad-distrett, ikunux ukoll reġistrati fil-headquarters tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li b`effett mill-1 ta` Ġunju 1985, applikazzjonijiet għall-liċenzji ta` negozju maħruġa mill-Pulizija, bdew jintlaqgħu u jkunu proċessati minn uffiċċju ċentrali, fejn naturalment ikunu rreġistrati. Fil-każ ta` Għawdex, dawn baqgħu jsiru fl-Għassa tar-Rabat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-records tal-permessi tal-ħwienet kollha jinżammux fil-headquarters tal-pulizija? Jekk fl-affermattiv, minn liema sena ilhom jinżammu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar liċenzji ta` negozju maħruġa mill-Pulizija, beda jinżamm fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija b`effett mill-1 ta Jannar, 1997.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu reġistrati collisions mill-pulizija fit-turn li hemm quddiem il-KIA showrooms fit-triq bejn Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li statistika kompjuterizzata ta` kolliżżjonijiet ta` vetturi tinżamm mill-Pulizija skond it-triq. F`dan il-każ, fil-perijodu mitlub mill-Onorevoli Interpellant kienu 25 fl-1998, 66 fl-1999, filwaqt li matul din is-sena, sas-27 ta` Ġunju, kienu rrapurtati 45.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin liċenzjati f'Malta u f'Għawdex biex jagħmlu tours bil-jeeps u bid-dgħajjes?
Peress li qegħdin isiru ħafna abbużi, anki minn barranin li mingħajr il-liċenzji neċessarji qegħdin xorta waħda joperaw għas-skapitu ta' dawk li għandhom il-permessi kollha, jista' l-Ministru jagħti istruzzjonijiet biex dan l-abbuż jinqata'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li dawn il-liċenzji ma jinħarġux mill-Pulizija. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li jiġi proċessat il-file Z 1133/98 li jikkonċerna ftuħ ta' ħanut fix-Xlendi, Għawdex u dan peress li l-individwu kkonċernat ilu 'l fuq minn sentejn li applika biex jiftaħ bar fil-bajja tax-Xlendi, Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħti aktar tagħrif dwar l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant peress li jien infurmat li ma hemmx applikazzjonijiet bin-numru kif muri fil-Mistoqsija.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16443, jista' l-Ministru jara u jinvestiga l-każ in kwestjoni u dan peress li fil-fatt il-blokka ma kenitx mibnija kollha qabel ma ġiet kostitwita l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fil-fatt din ġiet mibnija wara li ġiet kostitwita l-awtorita' u dan qed nibgħat separatament kopja ta' riċerka, Ins, 12978/92? Qed ukoll nibgħat separtament kopja ta' ittra legali ta' l-avukati li juri dan kollu.
Jidhirlu għalhekk il-Ministru li r-risposta timerita li dan il-każ jiġi investigat aħjar u skond dak mitlub mill-istess liġi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Response (BORG, TONIO)
B`riferenza għall-Interpellanza Parlamentari Nru. 17566 u kif diġa` ġie aċċennat qabel fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16443, jien infurmat li l-iżvilupp in kwestojoni inkluż il-fondi Nru. 9 u 10 li jinsabu fil-ħames sular (4th floor) kienu fi stadju avvanzat ta` bini sa minn qabel ġiet kostitwita l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, ċioe` it-30 t`Ottubru, 1992. Wara investigazzjoni iżjed profonda dwar il-każ, irriżulta illi l-uffiċjal inkarigat mill-area dak iż-żmien kien irraporta fil-file PAPB 1401/92, li x-xogħol fil-ħames sular kien jinsab in hand u dan kien fl-4 ta Novembru, 1992. Dan kien iż-żmien tranżitorju bejn l-ex PAPB u l-Awtorita il-ġdida ta` l-Ippjanar. Għaldaqstant l-azzjoni ta` infurzar li ttieħdet dak iż-żmien kienet tikkonsisti f`ċitazzjoni taħt il-Kap 10 Sezzjoni 16 u 17 tal-Kodiċi Kriminali. Kif jista` jiġi osservat, ir-rapport ta` l-Uffiċjal inkarigat ta` dak iż-żmien huwa konferma illi l-iżvilupp in kwestjoni kien fi stat ta` kostruzzjoni sa minn żmien qabel ma ġiet kostitwita l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Bħala informazzjoni addizzjonali ta` min wieħed isemmi illi ċ-ċitazzjoni taħt il-Kap 10 kienet ġiet irtirata mill-Qorti flimkien ma` każi oħra, fejn wara ittieħdet azzjoni taħt l-Att Nru. 1 ta` l-1992 dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp billi nħareġ Avviż biex Tieqaf u tat-Twettieq kontra l-persuna responsabbli, u dan l-avviż ħareġ fl-4 ta` Diċembru, 1998 (ECF 1454/97). Dan l-avviż ġie appellat fl-24 ta` Diċembru, 1998 fejn sussegwentament ġie miċħud mill-Bord ta` l-Appelli fl-10 ta` Diċembru, 1999 (PAPB 908/98E). Iżjed tard l-iżvilluppatur issottometta applikazzjoni sanatorja (PA6986/99) liema applikazzjoni għada qed tiġi proċessata.
Is-sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ser tibqa` issegwi l-każ sa ma` l-azzjoni tiġi eżawrita skond il-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li mietu kawża ta' inċidenti fatali mill-ewwel tas-sena 'l hawn? X'ikkawża l-mewt ta' dawn il-persuni? Kemm kienu nisa, irġiel, anzjani u żgħażagħ? X'investigazzjoni qed issir mill-pulizija relatata ma' dawn il-każi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar u d-19 ta` Ġunju ta` din is-sena, huwa kif ġej :
Data Sess Eta` Kawża tal-mewt Investigazzjoni
16.01.2000 raġel 62 Waqa bini Inkjesta bil-
Maġistrat
27.01.2000 raġel 39 Gass velenuż Inkjesta bil-
Maġistrat
27.01.2000 raġel 55 Gass velenuż Inkjesta bil-
Maġistrat
27.01.2000 raġel 49 Gass velenuż Inkjesta bil-
Maġistrat
28.01.2000 raġel 45 Splużjoni kamra tan-nar
Inkjesta bil-
Maġistrat
11.02.2000 raġel 77 Inċident tat-traffiku
Inkjesta bil-
Maġistrat
12.02.2000 mara 91 Inċident tat-traffiku
Inkjesta bil-
Maġistrat
19.02.2000 raġel 19 Inċident tat-traffiku
Inkjesta bil-
Maġistrat
19.02.2000 raġel 14 Inċident tat-traffiku
Inkjesta bil-
Maġistrat
16.03.2000 raġel 70 Splużjoni kamra tan-nar
(02.03.2000) Inkjesta bil-
Maġistrat
30.03.2000 raġel 16 Waqa` minn għoli Inkjesta bil-
Maġistrat
12.04.2000 mara 83 Waqa` bini Inkjesta bil-
Maġistrat
23.04.2000 raġel 33 Inċident tat-traffiku
Inkjesta bil-
Maġistrat
04.05.2000 raġel 67 Waqa` minn għoli Inkjesta bil-
Maġistrat
15.05.2000 raġel 41 Waqa` minn għoli Inkjesta bil-
Maġistrat
11.06.2000 raġel 22 Mgħarraq Inkjesta bil-
Maġistrat
11.06.2000 raġel 63 Mgħarraq Inkjesta bil-
Maġistrat