Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30550 Sitting 673 2001-12-18 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti FormIV

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ta' din is-sena skolastika kemm huwa stmata li se jispiċċaw studenti mill-iksola għaliex jkunu temmew Form IV tas-sekondarja? Kemm minnhom jattendu skejjel tal-Istat? Kemm mit-total huma subien u kemm bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #30551 Sitting 673 2001-12-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika s'issa kemm il-student ingħata permess jitlaq mill-iskola qabel iż-żmien? Kemm kienu subien u kemm bniet? X'kienu r-raġunijiet prinċipali għal dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #30555 Sitting 673 2001-12-18 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Assistenti Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa hemm vakanzi fil-grad ta' assistent direttur tal-edukazzjoni? Jekk iva, f'liema taqsima? Kemm se jirtiraw assistenti diretturi sal-aħħar ta' din is-sena skolastika? F'liema taqsimiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #30556 Sitting 673 2001-12-18 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kapijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kapijiet u assistenti kapijiet tal-iskejjel li se jirtiraw matul din is-sena skolastika iżda wara 1 ta' Jannar 2002? Jista' l-Ministru jgħid jekk jkun magħruf li se jirtira kap/assistent kap għaliex ma jinħatrux oħrajn flokhom xi żmien qabel ma jirtiraw biex jkun hemm handover sura ta' nies?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #30412 Sitting 672 2001-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti f'korsijiet fil-livell 1 u 2 fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija? F'liema korsijiet? F'liema istituti? F'liema livelli f'kull każ? Kemm ġuvintur u kemm tfajliet?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #30413 Sitting 672 2001-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pembroke — Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mal-Kunsill Lokali ta' Pembroke f'Settembru, Ottubru u Novembru 2001 mill-persuni nkarigati mill-bini ta' l-iskejjel dwar il-futur tal-iskola primarja tal-komunita'? Xi pjani futuri hemm għal din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qiegħda f'taħditiet ma' l-awtoritajiet konċernati biex jiġi identifikat sit alternattiv għall-bini ta' skola moderna. Malli s-sit jiġi approvat mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar isiru l-laqgħat meħtieġa mal-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #30420 Sitting 672 2001-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa estiż is-servizz tal-internet fl-iskejjel statali? F'liema skejjel? X'passi se jittieħdu biex jintlaqgħu l-ilmenti ta' skejjel li ma tantx għandhom aċċess għall-web sites kollha li jixtiequ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sal-lum l-Internet fl-iskejjel huwa estiż għal 79 skola u jilħaq madwar 33,000 student fl-iskejjel Primarji, Sekondarji u Post Sekondarji. Lista bl-iskejjel qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra (Annex A). Il-fatt li l-iskejjel mhux dejjem ikollhom aċċess għal ċerti Websites huwa dovut għall-fatt li qed tintuża sistema li tissejjaħ 'Walled Garden'. Din is-sistema tintuża fl-iskejjel biex tipproteġi l-istudenti minn sites li jistgħu jkunu ta' ħsara għalihom. Jeżistu diversi sistemi ta' filtering u l-'Walled Garden' hija l-waħda li bħalissa qed tintuża għal dan il-għan. Din is-sistema taħdem billi tħalli biss kategoriji ta' sites jidħlu. Kull kategorija fiha eluf ta' sites. Il-Kategoriji li qegħdin disponibbli bħalissa huma elenkati f'Annex B li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Teżisti sistema biex l-għalliema li jkunu jridu jżidu xi Websites ikunu jistgħu jagħmlu dan billi jinfurmaw lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni permezz ta' formola elettronika li hi aċċessibbli mill-Ischoolnet Website għall-iskejjel (Portal.) (Annexe C). Minn naħa tad-Diviżjoni qed issir evalwazzjoni tas-servizz biex jittieħdu l-miżuri ħalli jitjieb l-aċċess fil-limiti ta' dak li jkun ta' ġid għall-istudenti.
Leg 9 PQ #30421 Sitting 672 2001-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MITTS — Logged Calls

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika 2000-2001 skola b'skola kemm kien hemm logged calls biex il-MITTS tagħti l-appoġġ tekniku meħtieġ għat-tħaddim tal-kompjuters fl-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #30426 Sitting 672 2001-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru kemm hemm laboratorji tal-kompjuters fi skejjel sekondarji u Junior Lyceum li għandhom kompjuters li spiss tiġrilhom ħsara u ma jaħdmux?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa f'xi laboratorji tal-Kompjuters wieħed jiltaqa' ma żewġ diffikultajiet: L-ewwel sitwazzjoni hi dik elettrika, fejn l-elettriku ta' l-iskola konċernata mhux dejjem ilaħħaq mad-domanda meħtieġa. Għal dan il-għan qed jiġu ppjanati 'substations' fil-lokal fejn teżisti din il-problema. It-tieni sitwazzjoni hija li hemm ammont ta' kompjuters li nxtraw fl-1994. Hu maħsub li f'din is-sena jibda proċess mgħaġġel biex dawn jinbidlu f'kompjuters aktar moderni.
Leg 9 PQ #30427 Sitting 672 2001-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Software

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm laboratorji tal-kompjuters fi skejjel sekondarji u Junior Lyceum li huma tajbin biex jintuża s-software għas-sillabu Sec tal-Matematika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Laboratorji kollha huma tajbin għall-użu tas-'Software' għas-Sillabu tas-SEC tal-Matematika.
Leg 9 PQ #30405 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Students Maintenance Grant — Rappreżentanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni fuq il-Bord tal-Students Maintenance Grant? Min minnhom jirrapreżenta lill-istudenti? B'liema kriterji nħatru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti hu magħmul minn: Mario Schiavone - Chairman Henry Naudi - rappreżentant tar-Rettur ta' l-Universita` Michael Gatt - rappreżentant tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni Joe Cutajar - rappreżentant tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ Paul Micallef - rappreżentant tal-Ministeru tal-Finanzi David Gonzi - rappreżentant tal-Kunsill Studenti Universitarji Keith Victor Grech - rappreżentant ta' l-Istudenti Post-Sekondarji Stephen Cordina huwa s-Segretarju tal-Bord. Informat ukoll li r-rappreżentant ta' l-istudenti ta' l-Universita` jkun nominat mill-Kunsill Studenti Universitarji li hu l-organu ewlieni ta' l-istudenti f'din l-istituzjzoni. Ir-rappreżentant ta' l-Istudenti Post-Sekondarji jinħatar mill-Ministru minn fost lista nominata mill-istudenti ta' l-iskejjel f'dan is-settur.
Leg 9 PQ #30406 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Wied il-Għajn — Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex l-għalliema nieqsa regolarment mill-iskola primarja ta' Wied il-Għajn fis-sitt klassi issa li dalwaqt waslu għall-eżami tal-Junior Lyceum?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 30348.
Leg 9 PQ #30407 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Raħal Ġdid — Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol għaddej fl-iskejjel primarji ta' Raħal Ġdid? Kemm se jdum għaddej? X'passi qed jittieħdu biex ix-xogħol ma jkunx ta' periklu jew/u ta' disturb għat-tfal u l-għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qed isir xogħol ta' tibdil ta' soqfa fejn se ssir is-sala fl-iskola Primarja 'B', Raħal il-Ġdid. Dan ix-xogħol se jitlesta dalwaqt. Wara jibda x-xogħol ta' kisi u tqegħid ta' madum u żebgħa. Waqt it-twettiq ta' dawn ix-xogħlijiet il-librerija u l-klassijiet li jmissu mal-lant ġew imbattla. L-aċċess għal fejn qed isir ix-xogħol huwa magħluq għat-tfal. Ittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex it-tfal u l-għalliema jbatu l-anqas inkonvenjent possibbli. Ix-xogħol strutturali mistenni jkun lest f'qasir żmien. Il-proġett kollu mistenni jkun lest qabel l-Għid li ġej.
Leg 9 PQ #30450 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet

Question

B'referenza għall-PQ 30387, jista' l-Ministru jgħati l-figuri għas-sena 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-flus ivvutati għad-Dipartiment tal-Mużewijiet li ma ntużawx għas-snin 2000 u 2001 huma kif ġej: Sena 2000 Rikurrenti Lm 19,076 Kapitali Lm 38,407 (taħt Restoration of Museums and Hist. Sites) Lm 97,869 (taħt Ticketing System) Sena 2001 Rikurrenti Xejn Kapitali Lm 99,431 (Ticketing System)
Leg 9 PQ #30452 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Lorenzo Gafa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm preżentement kotba ġewwa l-librerija ta' l-iskola Lorenzo Gafa, Birgu u kemm inxtraw tul is-snin 1999, 2000 u 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-figuri meħuda mid-dettalji provduti mill-iskola f'Diċembru ta' kull sena għall-iskola Lorenzo Gafa`, Birgu, huwa kif se nsemmi: Sena Total ta' kotba Kotba mixtrija 1999 1138 25 2000 1175 0
Leg 9 PQ #30458 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għad-domanda numru 22317 jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal dan il-proġett?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandix x'inżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija ċitata.
Leg 9 PQ #30481 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Sports Complex — Kuntrattur

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ta' l-kuntratt b'xogħol t'asfaltar ta' toroq fil-Marsa Sports Complex? Min hu l-kuntrattur li ħa dan il-kuntratt? Kemm kien oriġinarjament il-valur ta' dan il-kuntratt? Kemm spiċċa sewa dan il-kuntratt?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jirriżultax li qiegħed isir xogħol ta' asfaltar fil-Marsa Sports Complex li tqabbad mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Għalhekk nitlob lill-Onor. membru biex ikun aktar speċifiku.
Leg 9 PQ #30482 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Sports Complex — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent qed jagħmel ix-xogħol ta' tindif fil-Marsa Sports Complex? Kif saret l-għażla għall-kuntrattur? Kemm hu l-valur ta' ħlas għal dan il-kuntratt ta' tindif? Liema perjodu qed ikopri dan il-kuntratt?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol ta' tindif fil-Marsa Sports Complex fil-preżent qiegħed isir mill-Unit għall-Ambjent Nadif tal-Ministeru ta' l-Ambjent.
Leg 9 PQ #30495 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li jinbena xi sports ground fil-housing estate ġewwa Ta' Giorni

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jirriżultax li kien hemm xi ħsieb li jinbena sports ground fil-Housing Estate ġewwa Ta' Ġiorni.
Leg 9 PQ #30510 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Stipendji

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jagħti informazjoni kemm kienet l-ispiża mill-1995 sa issa kull sena għall-istipendji tal-istudenti? Kemm ħa kull student ras għal ras matul l-istess perjodu? Kemm kien in-numru ta' studenti li gawdew sena b'sena matul dan il-perjodu?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.