Jista’ l-Ministru jikkonferma li s-sit li llum huwa okkupat mill-Institute of Tourism Studies (ITS) se jibqa’ jintuża mill-ITS għal tul din il-leġiżlatura?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern qed jikkonsidra kull opzjoni dwar l-ITS biex jagħmel minn dan l-istitut wieħed aktar relevanti f'xenarju ta’ settur ta’ turiżmu li qed jagħmel daqstant suċċess. Dan ukoll biex jagħti lill-istudenti l-aqwa faċilitajiet possibbli fid-dinja tal-llum.
Il-Gvern għalhekk, għalkemm m’huwa qiegħed f’diskussjoni ma’ ħadd, m’huwa qiegħed jelimina l-ebda possibilita’ kemm biex itejjeb il-faċilitajiet għall-istudenti kif ukoll jagħmel l-aqwa użu mis-sit attwali dejjem fl-aqwa nteress tas-settur turistiku
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Gvern kien f’diskussjonijiet sabiex is-sit li llum huwa okkupat mill-Institute of Tourism Studiens (ITS) jinghata għal skopijiet kummerċjali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nirreferi lil Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għad-domanda parlamentari 14615.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-performance tas-settur tat-turiżmu fl-2014 meta mqabbel mal-erba’ snin ta’ qabel u jaqsam dan ir-rendikont skont il-pajjiż li minnu kienu ġejjin it-turisti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tabella li turi l-andament tat-turizmu skond il-pajjiż għal dawn l-aħħar erba’ snin ibbażat fuq it-tlett indikaturi prinċipali li huma, in-numru tat-turisti, l-iljieli li jqattgħu Malta u l-ispiża tagħhom.
Kif japprezza l-Onorevoli Interpellant, meta tqabbel is-sena 2014 mas-snin ta’ qabel, dan juri rekord assolut skond it-tlett indikaturi hekk kif imsemmijja.
Ministeru għat-Turiżmu — persuni ingaġġati f'position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14113 u jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14946 datata 11 ta’ Marzu 2015.
Ministeru għat-Turiżmu – xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament ma’ din il-mistoqsija, kienet fit-13 ta’ Ġunju, 2011, ingħatat xogħol mill-Istitut għall-Istudji Turistici (ITS) biex tipprovdi servizzi ta’ WI-FI. Dan ix-xogħol kien ibbażat fuq kuntratt ta’ tlett snin, liema kuntratt seta’ jigi mġedded għal sena oħra.
Il-ħlas dovut lil din il-kumpanija għas-servizz ta’ WI-FI kien ta’ €14,160 (li jinkludi l-VAT) fis-sena u li għalhekk, din is-somma abbażi tal-istess kuntratt, setgħet tammonta sa massimu ta’ €56,640 għal erba’ snin. Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment kif ukoll il-Ministeru tal-Edukazzjoni, x-Xogħol u l-Familja kienu approvaw biex ix-xogħol jingħata b’direct order.
Il-kuntratt imsemmi ġie tterminat b’effett mill-aħħar ta’ Jannar 2015. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi b’hekk l-Istitut għall-Istudji Turistiċi ser ikun qed jiffranka €12,780 fis-sena għall-istess servizzi ta’ WI-FI. Abba¿i ta’ dan il-kuntratt preżenti, fuq medda ta’ erba snin, is-somma tammonta sa massimu ta’ €5,520. Għaldaqstant, l-Istitut ser ikun ħa jiffranka nefqa ta’ €51,120 fl-erba’ snin li ġejjin.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, ma ngħata l-ebda xogħol mill-kumplament tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament.
Ministeru għat-Turiżmu — persuni ingaġġati f'position of trust
Question
B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14946, jista' l-Ministru jgħid x'position of trust ingħataw il-persuni indikati fir-risposta tiegħu? Jista' jgħid xi proċedura ntużat sabiex ġew ingaġġati l-persuni fil-positions of trust? Jista' jgħid f'kull każ min għamel ir-rakkmandazzjoni sabiex tintgħażel il-persuna li ġiet ingaġġata u x'raġuni ngħatat biex tiġġustifika dan l-ingaġġ? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull korrispondenza marbuta ma' dawn il-ħatriet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt ta’ impjieg tal-persuni msemmija huma kollha bbażati fuq id-dokument Engagement of Staff for Ministers Secretariat li kien ġie inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-15 ta’April 2013. Filwaqt, li dawk li jaqgħu taħt l-entitajiet u d-dipartimenti msemmija f’ din il-Mistoqsija Parlamentari, l-informazzjoni dwarhom għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts ta’ Air Malta-xahar ta’ Diċembru 2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva u għalhekk tali informazzjoni ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Malta Tourism Authority għax-xahar ta’ Diċembru 2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva u għalhekk tali informazzjoni ma tistax tingħata.
L-Awtorita’ pero’ hija marbuta a tenur tal-Artikolu 9 tal-Kapitlu 409 tal-ligijiet ta’ Malta li tibgħat lill-Ministru l-financial statements tagħha u li l-istess Ministru hu obbligat li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati.
Ministeru għat-Turiżmu — persuni ingaġġati f'position of trust
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14113 jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li ġew ingaġġati f’position of trust bejn id-9 ta’ Marzu, 2013 u l-31 ta’ Jannar, 2015 huwa ta’ żewg persuni mill-Ministeru għat-Turiżmu, tlett persuni mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u persuna waħda minn Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.
Nagħrraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni li huma fis-Segretarjat tiegħi huma kollha Persons of Trust li l-kuntratt ta’ mpjieġ tagħhom huma kollha bbażati fuq id-dokument Engagement of Staff for Ministers Secretariat li kien ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-15 t’April 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux statistika li turi kemm jonfoq iżjed fi trasport turist li jagħżel li jqatta’ l-btala tiegħu f’Għawdex? Jista’ jgħid jekk għandux statistika li turi kemm l-istess turist, on average, jagħmel iżjed ħin f’ivvjaġġar minn turist li jagħżel li jqatta’ l-btala tiegħu f’Malta?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi informazzjoni li turi kemm jonfoq iżjed fi transport turist li jagħżel li jqatta’ l-btala tiegħu f’Għawdex, ma teżistix. Madanakollu, l-benefiċċju ekonomiku ta’ persuna li jqatta’ l-btala tiegħu Għawdex ikkumparat ma’ dak ta’ day tripper, hu b’mod evidenti akbar. Il-Gvern fil-fatt qed jaħdem sabiex it-turiżmu f’Għawdex inaqqas mid-dipendenza tiegħu fuq id-day trippers ħalli jassikura benefiċċju ekonomiku akbar għal Għawdex. Il-Gvern determinat biex idawwar it-trend li kienet qabdet taħt il-Gvernijiet preċedenti li jgħalqu l-lukandi f’Għawdex.
Indikaturi li juru kemm l-istess turist, on average, jagħmel iżjed ħin f’ivjaġġar minn turist li jagħżel li jqatta’ l-btala tiegħu f’Malta, ma jeżistux lanqas. Niċċara lill-Onorevoli Interpellant illi din it-tip ta’ data qatt ma kienet teżisti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sejħa għall-ingaġġ u għal mili ta' pożizzjoni nħarġet mill-Awtorità għat-Turiżmu matul l-2014? Jista' jgħid f'kull każ, kif intgħażlet il-persuna biex timla l-post vakanti jekk hux permezz ta' bord tal-għażla jew b'direct appointment? F'każ li kien hemm bord tal-għażla, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-persuni li kienu jiffurmaw il-bord tal-għażla?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm liċenzji għal restoranti ġewwa Għawdex? Kif inhuma mifruxa fil-lokalitajiet ta’ Għawdex dawn il-liċenzji?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi numru totali ta’ ristoranti ġewwa Għawdex li għandhom liċenzja li nħarġet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu huwa ta’ 102. It-tabella li turi f’liema lokalitajiet jinsabu dawn ir-ristoranti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid, wieħed wieħed: min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena l-ispiża fuq safar tagħhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar
San Pawl il-Baħar – inħawi tax-Xemxija u d-Dellija — pilastri
Question
Billi qed jingħad li l-pilastri tal-konkos u l-bażijiet tagħhom fl-inħawi tax-Xemxija u d-Dellija f’San Pawl il-Baħar qed jinżebgħu mill-MTA, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar min iddeċieda li dawn jinżebgħu griżi (kif qed jingħad, lewn il-ġurdien)? Jista’ jieħu l-passi biex dawn l-istess pilastri u bażijiet jinżebgħu kulur iktar adattat għal postijiet bħal dawn?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol li qed isir fl-inħawi tax-Xemxija qed isir fuq inizjattiva tal-Kumitat Nazzjonali għaż-żoni Turistiċi sabiex jiġu mgħejjuna dawk iż-żoni li għandhom bżonn ta’ manteniment. L-imsemmija xogħolijiet qiegħdin isiru wara li l-inħawi indikati tħallew mitluqa għal żmien twil tant li l-pilastri u l-bażijiet tagħhom qatt ma kienu inżebgħu minn mindu saru.
Ix-xogħol qed isir mill-ħaddiema tad-Diviżjoni għax-Xogħolijiet b’kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u b’support finanzjarju tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li tipprovdi l-materjal. L-istess Awtorità ħadet l-inizjattiva sabiex qabel ġie deċiż il-kulur finali, għamlet numru ta’ kampjuni ta’ kuluri differenti lura fl-4 ta’ Novembru 2014. Dan il-proċess tawwal il-bidu tax-xogħolijiet b’madwar tlett ġimgħat. Il-kulur finali ntgħażel bi qbil mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar wara li f’laqgħa tal-istess kunsill ġew diskussi l-imsemmija xogħolijiet.
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qatt ma ħadet l-inizjattiva li tagħżel il-kulur hi waħedha, iżda dejjem ikkonsultat mal-Kunsill Lokali rispettiv, flimkien mal-partijiet interessati u l-entitajiet ikkoċernati f’dan ir-rigward. Il-kulur ġie deċiż li jinbidel ukoll wara li l-Awtorità ilha tisma’ numru ta’ lmenti persistenti mill-pubbliku ta’ San Pawl il-Baħar u anke minn diversi partijiet interessati fil-lokalità dwar il-kuluri ta’ lewn isfar jgħajjat u aħdar li ma kinux jinħassu adattati għall-
promenades
ta’ Buġibba u l-Qawra u li qed jagħtu dehra mhux xierqa lil dan l-inħawi.
Ministeru għat-Turiżmu – xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx fortt direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, minn Marzu 2013 sal-lum, ma ngħata l-ebda xogħol mill-ebda entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jinagħtaw separatament.
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema kienu l-positions of trust li kien hemm fi ħdan l-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-investigazzjoni tal-Air Malta fuq il-każ li kien jinvolvi l-pilota li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn allegatament kien kaġun ta' delay tat-titjira tal-Air Malta minn Milan għal Malta fis-27 ta' Lulju 2012?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, billi l-Ministeru għad m’għandux il-fatti kollha f’idejh, ma jkunx xieraq li f’dan l-istadju tingħata xi forma ta’ risposta. Għaldaqstant, fuq dan il-każ li nqala’ taħt management appuntat minn amministrazzjoni preċedenti, l- Onorevoli Interpellant japprezza li nkunu nistgħu ngħatu risposta fiż-żmien li ġej.
B'referenza għal diversi mistoqsijiet parlamentari dwar il-bejgħ tas-Selmun Palace Hotel, billi donnu l-bejgħ se jinkludi wkoll il-bejgħ tal-Palazz ta' Selmun innifsu, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dan hux il-każ? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jkun hemm xi kundizzjonijiet partikolari dwar l-użu ta' dan l-istess palazz?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-konċessjoni ta’ Selmun ser tinkludi l-Palazz ta’ Selmun li hu ġja’ inkluż fil-konċessjoni ta’ ċens oriġinali datata 16 ta’ Settembru 1976. Dan kollu ser isir dejjem b'rispett lejn ir-regoli tal-ippjanar, kif ukoll lejn dak li hu ta’ valur storiku, bħall-istess Palazz innifsu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol ta' restawr li għandu jsir fuq il-Gżejjer ta' San Pawl? Kemm hu mistenni li jiswa dan ir-restawr u minn min se jsir?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onoveroli Interpellant illi l-ispejjeż ta’ dan ir-restawr ser jiġu ffinanzjati minn Din l-Art Ħelwa - organizzazzjoni non Governattiva. Madanakollu, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ser tipprovdi assistenza finanzjarja ta’ €19,000 sabiex tiġi restawrata l-istatwa ta’ San Pawl li tinsab fuq dawn il-gżejjer.