Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23237 Sitting 484 2001-02-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Triq A. Erardi - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi nstallata bozza fit-tarf ta' Triq A. Erardi, Zabbar, fejn ma tinfidx - kantuniera ma' Cappucchini Road?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #23284 Sitting 484 2001-02-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fit-Triq tax-Xemx u l-Qamar, li qabel kien jisimha New Street in St. Simon Street, Fgura, hemmx il-ħsieb li jiżdied id-dawl, peress li m'hemmx applikazzjoni għal tliet bozoz?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-deċiżjoni jekk jiżdiedx dawl jew le fi triq partikulari jiddependi minn diversi fatturi fosthom jekk tkunx saret talba u jekk tali talba tkunx ġustifikata.
Leg 9 PQ #23291 Sitting 484 2001-02-02 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Joseph Gravina, Għaxaq tiġi mixgħula peress li hija mudlama?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi nvestigata u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #23293 Sitting 484 2001-02-02 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsaxlokk — Waterpolo pitch

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ħsara li qegħda ssir lill-moll tal-pitch tal-waterpolo f'Marsaxlokk? Jista' l-Ministru jgħid kif l-Enemalta ser tagħmel tajjeb għal din il-ħsara, peress illi din ġrat u qed tiġri kemm ilha li nbniet il-power station peress li ġie diversifikat il-kurrent u l-mewġ jidħol fil-port?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija f'Novembru 1992 għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6176, fejn hemm dettalji dwar ix-xogħol li kien twettaq biex jagħmel tajjeb għat-tibdil li kien sar fil-kurrenti tal-baħar meta nbniet il-Power Station ta' Delimara, liema xogħol kien finanzjat mill-Korporazzjoni Enemalta. Il-Korporazzjoni kienet nefqet madwar Lm240,000 biex isir "wave breaker" biex jilqa' l-mewġ li seta' żdied minħabba d-dredging li kien sar biex tinbena l-Power Station. Ix-xogħol kien sar mid-Dipartiment tax-Xogħolijiet. Billi b'dan il-proġett l-effett tad-dredging kien ġie annullat, xi ħsara li setgħet saret mill-maltemp ma tistax tiġi attribwita għax-xogħol li kien sar in konnessjoni mal-bini tal-Power Station.
Leg 9 PQ #22937 Sitting 482 2001-01-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Kera ta' Ajruplani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ajruplani li kriet l-Air Malta matul l-1995 u 2000? X'tip ta' ajruplani u kemm swew flus f'kull każ dawn l-ajruplani?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu 1995 u 2000 l-Air Malta kriet 24 ajruplan li l-maġġoranza tagħhom kienu mikrija għax-xhur tas-sajf. L-ajruplani kienu ta' dawn it-tipi 19 Boeing 737 1 Airbus 310 1 Airbus 320 1 Airbus 321 1 Avro RJ 70 1 Avro RJ 85 Żgur li l-Onorevoli Interpellant japprezza li informazzjoni dwar il-valur ta' dawn il-kirjiet hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl-interess tal-Kumpanija li tali nformazzjoni ssir pubblika.
Leg 9 PQ #22786 Sitting 481 2001-01-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Problema industrijali

Question

Jista' l-Ministru jinformani dwar l-aħħar żviluppi tal-problema industrjali bejn l-Air Malta u l-kaptani u l-1st officers tagħha dwar is-sitwazzjoni tas-salarji?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li d-diskussjonijiet dwar il-ftehim kollettiv bejn il-Kumpanija u l-Airlines Pilots Association (Malta) għadhom għaddejjin, ma jidhirlix li jkun prudenti li f'dan l-istadju jingħataw xi dettalji dwar xi klawsoli partikulari.

Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni matul is-sena 2000 u fil-ħames snin li għaddew? Kemm minnhom huma manifatturati mill-ST Microelectronics sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija hija kif ġej. Tajjebjingħad li l-figuri għas-sena 2000 huma provviżorji. ESPORTAZZJONI SENA DOMESTIKA RI-ESPORTAZZJONI TOTAL Lm Lm Lm 1995 629,722,987 45,223,719 674,946,706 1996 569,906,855 54,166,619 624,073,474 1997 563,938,379 64,986,868 628,925,247 1998 664,814,303 47,170,541 711,984,844 1999 712,481,624 78,484,270 790,965,894 2000 976,918,467 96,960,483 1,073,878,950 L-informazzjoni mitluba fit-tieni partil tal-mistoqsija ma tistax tingħata għal raġuni ta' kunfidenzjalita' kif ikkontemplat fl-Att ta' l-Istatistika ta' l-1955.

Tarzna — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fit-Tarznari sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema fit-Tarzna ta' Malta fl-aħħar ta' Jannar ta' kull sena matul dawn l-aħħar għaxar snin kien dan; 1991 3,816 1992 3,698 1993 3,714 1994 3,427 1995 3,310 1996 3,423 1997 3,355 1998 3,230 1999 3,067 2000 2,913 2001 2,784
Leg 9 PQ #22770 Sitting 480 2001-01-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

BSE — Rasting

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani dwar l-użu tal-bar coding magħruf bħala rasting li qed tintuża fil-pajjiżi kollha ta' l-UE sabiex il-konsumaturi jkollhom it-tagħrif tal-cut fuq il-biċċa tal-laħam li jikkonsmaw, fid-dawl tal-protezzjoni li l-konsumaturi jeħtieġu kontra l-periklu tal-BSE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Miżuri għall-kontroll tal-kwalita' tal-laħam kontra l-periklu tal-BSE qed jiġu kkoordinati mid-Dipartiment għas-Servizzi Veterinarji fi ħdan il-Ministeru ta' l-Agrikultura u Sajd u mid-Dipartiment tas-Saħħa. Għaldaqstant nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministri li d-dipartimenti msemmija jiffurmaw parti mid-dekasteru rispettiv tagħhom.
Leg 9 PQ #22997 Sitting 480 2001-01-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC/Enemalta — Qtugħ tas-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni/familji jew stabbilimenti li kellhom is-servizz tad-dawl jew ilma maqtugħa s-sena l-oħra għax waqgħu lura fil-ħlasijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet kien hemm 701 households li kellhom il-provvista ta' l-elettriku sospiża minħabba li kienu waqgħu lura fil-ħlas.
Leg 9 PQ #22998 Sitting 480 2001-01-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Qtugħ fis-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni/familja jew stabbilmenti li kellhom is-servizz tat-telephone mwaqqfa għax waqgħu lura fil-ħlasijiet matul is-sena l-oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li skond l-aħħar Credit Control Run li saret fl-24 ta' dan ix-xahar, in-numru ta' persuni/familji jew stabbilimenti li kellhom is-servizz tat-telefon imwaqqaf minħabba li waqgħu lura fil-ħlasijiet matul is-sena l-oħra, kien kif ġej: LINJA LINJA TIP TA' SERVIZZ RISTRETTA MAQTUGĦA TOTAL Residenzjali 2,132 451 2,583 Negozju 920 143 1,063 Total 3,052 594 3,646

Xita

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm niżlet xita f'Ottubru, Novembru u Diċembru ta' l-aħħar għaxar snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Informazzjoni mitluba, imkejla f'millimetri, kif reġistrata mill-Uffiċċju Meteoroloġiku hija kif ġej: SENA OTTUBRU NOVEMBRU DIĊEMBRU 1991 70.2 20.2 160.4 1992 40.9 9.7 107.2 1993 99.8 80.8 84.6 1994 219.7 77.1 42.9 1995 86.2 50.4 134.1 1996 98.3 28.8 60.7 1997 121.7 160.7 85.8 1998 10.0 72.8 59.3 1999 10.4 420.3 103.9 2000 75.0 14.6 65.4 TOTAL 832.2 935.4 904.3 MEDJA 83.2 93.5 90.4
Leg 9 PQ #22684 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għeriexem Housing Estate

Question

Peress li anzjan ta' 80 sena li joqgħod Blk 3 Għeriexem H E ilu ġimgħat jirrapporta bozza maqtugħa, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment konċernat jara li tiġi rimedjata urġentement qabel iweġġa' serjament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-bozza li qed issir riferenza għaliha diġa nbidlet.
Leg 9 PQ #23031 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Limsuk

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-qgħada tal-Limsuk?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent qed isiru sforzi sabiex it-tmexxija tal-LIMSUK tgħaddi taħt struttura ġdida ta' management, prinċipalment magħmula minn managers Maltin.
Leg 9 PQ #22645 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tabakk — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra kemm hija t-tariffa li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-konsumaturi lokali wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni ta' tabakk importat f'Malta mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22642 waqt is-Seduta numru 477.
Leg 9 PQ #22646 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ross — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra kemm hija t-tariffa li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-konsumaturi lokali wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni ta' ross importat f'Malta mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22642 waqt is-Seduta numru 477.
Leg 9 PQ #22647 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Laħam Aħmar — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra kemm hija t-tariffa li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-konsumaturi lokali wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni ta' laħam aħmar importat f'Malta mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22642 waqt is-Seduta numru 477.
Leg 9 PQ #22648 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Laħam Abjad — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra kemm hija t-tariffa li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-konsumaturi lokali wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni ta' laħam abjad importat f'Malta mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22642 waqt is-Seduta numru 477.
Leg 9 PQ #22946 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Triq il-Wied - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li tiżdied il-qawwa tad-dawl fi Triq il-Wied, Raħal Ġdid, peress li tinsab imdallma ħafna u peress li fil-maġġoranza kbira r-residenti huma anzjani?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li ma hemmx bżonn li jiżdied iddawl fl-inħawi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #22954 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — St Joseph Street - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jiżdied u jiġi mqassam tajjeb id-dawl fi Triq St Joseph, Raħal Ġdid, minħabba n-numru ta' lmenti li qed ikun hemm u li qegħdin dejjem jiżdiedu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li Triq San Ġużepp, Raħal Ġdid hija mdawwla adekwatament.