Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-kumitat “Advisory Committee on Healthcare Benefits” m’huwiex qed jiltaqa’ u x’hemm pendenti fuq l-aġenda ta’ dan il-kumitat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Advisory Committee on Healthcare Benefits qed jagħmel xogħol utli u li jikkumplimenta kumitati ta’ esperti sabiex jippjana għall-aħjar użu possibbli tar-riżorsi finanzjarji.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26555, 25723, 25569, 24002, 21476, 14906, 13015, 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid:
a. l-isem tal-persuna appuntata;
b. il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna;
c. id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna;
d. min għażel lill-persuna;
e. il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna;
f. x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata;
g. min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum;
h. jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; u
i. jikkonferma jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 27706 u 27705 jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex fl-2016 kien hemm żieda ta’ trabi li nżammu għall-kura fin-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU) peress li t-tweġiba li ta l-Ministru kellha x’taqsam mal-medja u mhux man-numru ta’ kull sena (sena b’sena) bejn 2010 u l-2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika proviżorja tal-ewwel nofs tas-sena 2016 turi li n-numru ta’ trabi f’NPICU kiber bl-istess rata ta’ tkabbir tal-medja għal perjodu ndikat minnha.
Konsulent tad-Dijabete – pazjenti jistennew biex jarahom konsulent
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26556, 25560 u 25461 u jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jarahom konsulent tad-dijabete peress li l-mistoqsija hija ċara u qed titlob numru ta’ pazjenti u mhux jekk il-lista hijiex fluwida jew le?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tlett kwarti tal-pazjenti li qed jistennew biex jarahom konsulent tad-dijabete għal-ewwel darba ser jinqdew fi żmien massimu ta’ 6 xhur.
Skola Medika ta’ Barts – Għawdex – studenti li bdew l-istudji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student beda l-istudji tiegħu fl-Iskola Medika ta' Barts f'Għawdex f' Settembru 2016? Jista' jgħid jekk hux il-kors mediku kollu huwa ppjanat li jsir f'Għawdex? Jekk le liema partijiet mill-kors se jsiru f'Għawdex u liema partijiet f'Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28281. Ninformaha ukoll illi l-kors mediku se jsir prinċiparjament ġewwa Għawdex. Dan ma jeskludix opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni ma’ Mater Dei u mal-Università ta’ Malta.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23156, jista' l-Ministru jindika kemm hija l-ispiża għal kull ġurnata ta' pazjent li qiegħed fl-Isptar Monte Carmeli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-programmi akkademiċi li kellhom jingħataw bħala parti mill-ftehim tal-Gvern ma’ Barts School of Medicine bdewx jingħataw? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-parametri kollha marbutin ma’ dawn il-programmi akkademiċi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-preparamenti sabiex l-ewwel studenti jibdew jingħataw tagħlim fil-livell ta' under-graduate huma fi stadju avvanzat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ kura qed tingħata fl-Isptar Boffa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Isptar Boffa kien u għadu jservi bħala bażi għad-Dipartiment tad-Dermatologija. Minn Diċembru 2015, wara li saret il-migrazzjoni tal-pazjenti tal-Onkoloġija fl-Isptar Boffa lejn iċ-Ċentru tal-Onkoloġija l-ġdid Sir Anthony Mamo, ammont ta’ sodod bdew jintużaw għal pazjenti li jeħtieġu kura fit-tul.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-introduzzjoni tal-Electronic Patient Record?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret applikazzjoni għal Fondi Ewropej permezz tal-European Regional Development Fund f'April ta' din is-sena għat-twettiq ta’ sistema ta’ National Electronic Health Records.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali f’din il-leġiżlatura bejn April 2013 - Ottubru 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt:
Year
Total (General)MHS Expenditures
2013(April to Dec)
18,773,128.00
2014
28,797,308.00
2015
30,884,542.00
2016-as at October
28,798,964
Ċentru ta’ Matul il-Jum – spiża ta’ kuljum għal kull persuna b’nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża ta’ kuljum għal kull persuna b’nuqqas ta’ saħħa mentali li tattendi fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li attendew fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum minn Jannar sal-aħħar ta' Ottubru tal-2016 hija ta €605,034.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm infetħu Ċentri ta’ Matul il-Jum f’din il-leġiżlatura u jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu aktar ċentri s-sena d-dieħla?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament għandna 5 Ċentri ta’ Matul il-Jum f'Malta u ieħor f'Għawdex għall-użu ta' persuni bi bżonn ta' kura psikjatrika.
Jista' l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta’ dħul gross li għamlet l-Awtorità għall-Protezzjoni ta’ Embrijuni (EPA) minn mindu bdiet topera sal-lum u kemm minn dan l-ammont kien minn ħlas li għamlu koppji li għamlu l-interventi tal-IVF/ICSI u Egg Freezing?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dhul tal-Awtorita’ mindu bdiet topera f’Mejju tal-2013 sal-lum kien ta’ €105,850. Ma dan wiehed irid izid l-ammont li l-gvern ta direttament lill-Awtorita’ (EPA) li huwa €320,000.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi koppji ma jhallsux ghal servizzi tal-IVF moghtija mill-isptar Mater Dei.
Sptar Mater Dei – interventi tal-IVF/ICSI u Egg freezing
Question
Jista' l-Ministru jgħid b’referenza għall-koppji li jagħmlu l-interventi tal-IVF /ICSI u Egg Freezing fl-Isptar Mater Dei, min iħallas l-ammont dovut lill-Awtorità għall-Protezzjoni ta’ Embrijuni, il-pazjenti jew il-gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz għall-proċeduri tal-IVF/ICSI kif ukoll għall-iffrizar tal-gameti (kemm oocytes kif ukoll sperm) li jingħata fl-Isptar Mater Dei huwa bla ħlas għall-koppji. Artiklu 27 tal-Protocol tal-Awtorità jgħid hekk: "The EPA does not charge individual patients for fertility treatments. Service Providers of Centres both public and private, pay a fee to the EPA towards the costs of being regulated and inspected”.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwa tax l-approvazzjoni tiegħu biex il-miżata dovuta mill-koppji lill-Awtorità għall-Protezzjoni ta’ Embrijuni biex jingħataw permess jagħmlu l-interventi tal-IVF /ICSI għoliet minn €90 għal €130 għal kull darba li jsir l-intervent?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma' hemm ebda mizata dovuta mill-koppji lill-Awtorita’ ghall-Protezzjoni tal-Embrijuni.
Taqsima tal-Kura Intensiva — Użu ta’ mediċina skaduta
Question
B’referenza għall-istqarrija li ħareġ il-Gvern nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru 2016, jista’ l-Ministru jgħid, min awtorizza l-użu ta’ mediċina skaduta fuq pazjent fit-Taqsima tal-Kura Intensiva?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejja inkjesta nterna li sa tistabbilixxi dawn il-fatti.
B’referenza għall-istqarrija li ħareġ il-Gvern nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru 2016, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ġewx infurmati li l-mediċina skaduta kienet se tiġi amministrata fuq pazjent fl-ITU qabel ma ġiet amministrata u mhux wara, u li allura t-tnejn li huma approvaw li dan isir?