Legislature:
Category:
Reset
Active:

AFM – suldati stazzjonati mal-Ministeri

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3414, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-ħtieġa li jkollu żewg suldati tal-AFM stazzjonati fil-Ministeru tiegħu u jekk dan kienx il-każ ukoll qabel Marzu 2013 mal-Ministeru tal-Intern ta’ dak iż-żmien?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba raġunijiet ta' sigurta, l-Ministeru ħass il-bżonn li żewġ suldati tal-Forzi Armati ta' Malta jkunu stazzjonati mal-Ministeru. Qabel ma kienx hemm suldati stazzjonati.

Detention centres – impjegati trasferiti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3347, għaliex l-informazzjoni kienet skorretta meta d-domanda kienet dwar trasferiment ta’ impjegati Għawdxin mid-Detention Services għal mat-taqsima f’Għawdex tas-Civil Protection Department u meta fil-fatt kien hemm mill-inqas żewġ impjegati Għawdxin li għaddew mid-Detention Services għal mat-taqsima Għawdxija tas-Civil Protection Department bejn Ġunju u Lulju 2013? Jekk il-Ministru ma ġiex infurmat bl-ismijiet tagħhom nista’ faċilment ngħaddihomlu.

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għad-domanda parlamentari 3347 li saret minnu stess, fejn hu qal li kien hemm ħames transfers u mhux tnejn, għalhekk it-tweġiba li kienet ingħatat kienet koretta.

Civil Protection Department – impjegati trasferiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm, meta u minn liema entitajiet (inkluż l-Uffiċċju tal-Karti tal-Identità, l-Awtorità tad-Djar, u d-Detention Services) ġew trasferiti ħaddiema lejn is-Civil Protection Department wara Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-uffiċjali li ġew ttrasferiti minn entitajiet oħra lejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili minn wara Marzu 2013, kienu kif jidru hawn taħt

San Pawl il-Baħar — pulizija fl-għassa

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif se jiġi assigurat li jkun hemm pulizija preżenti f’kull ħin fl-għassa ta’ San Pawl il-Baħar b’mod partikolari matul ix-xhur tas-sajf?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Għassa ta' San Pawl qed topera 24 siegħa kuljum u qed tiġi msaħħa bir-rondi tar-Rapid Intervention Unit

Korp tal-Pulizija — transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il transfer fil-Korp tal-Pulizija ġew ordnati bejn l-24 u s-26 ta' Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu indikat kien hemm trasferiment ta' membru tal-Korp wieħed.

Reati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrappurtati fis-sena 2012 u fis-sena 2011 u f’liema lokalitajiet twettqu dawn ir-reati? X’tip ta’ reati twettqu f’kull lokalità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li n-numru globali ta’ reati kriminali li ġew rapportati lill-pulizija fis-snin 2011 u 2012, f’għases madwar Malta u Għawdex u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata komuni magħrufa bħala PIRS (Police Incident Reporting System), huwa kif gej. Sena 2011 – 14,244 reat kriminali rapportat Sena 2012 – 15,623 reat kriminali rapportat Informazzjoni aktar dettaljata, skond il- lokalita’ u t-tip ta’ reati rrapportat tinsab mat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Forzi Armati ta’ Malta – xogħlijiet ħdejn il-heliport t’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol għamlu l-Forzi Armati ta’ Malta fuq talba tal-Ministru għal Għawdex fl-għelieqi ħdejn il-heliport f’Għawdex f’dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li membri tal-Forzi Armati ta' Malta qed inaddfu iż-żona minn terrapien tal-kostruzzjoni, imbarazz u materjal ieħor li twaddab bla kontroll fi snin preċedenti fl-inħawi ta' Santa Cecilja, Għawdex. Dan minbarra li jiswa biex titnaddaf u titwitta din iż-żona, qed iservi ukoll bħala taħriġ għall-membri tal-Forzi Armati ta' Malta fuq l-inġenji l-kbar. Filwaqt li dan it-tip ta' xogħol fil-passat sar bosta drabi ġewwa Malta, din hija l-ewwel darba li qed jipparteċipaw fi progett għal Għawdex.

Korp tal-Pulizija – xogħol ta’ waiter

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3373 dwar il-ħlas li sar lill-Pulizija li servew ta’ waiters fl-ikla tal-Girgenti tas-27 ta’ Ġunju 2013, jista’ l-Ministru jgħid f’liema data sar il-ħlas?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpallant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 7099 li saret minnu stess.

Korp tal-Pulizija – xogħol waqt okkażjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Pulizija kien xogħol għall-ikla fil-Girgenti tas-27 ta’ Ġunju 2013, kemm bħala catering services (bħal chefs u waiters) u kemm bħala banda tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b'kollox kien hemm hamsa u erbghin (45) membru tal-Korp tal-Pulizija.

Immigranti – integration policy

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm updates dwar l-integration policy ta' immigranti f'Malta? Hemm xi pjanijiet mill-Gvern biex jimplimenta xi tip ta' integration programmes u jekk iva hemmx possibiltà li jkunu mogħtija aktar dettalji?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi id-domanda tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Is-Swieqi – uffiċjali fl-għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal hemm stazzjonat fl-għassa tas-Swieqi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għassa tas-Swieqi tinfetaħ 24 siegħa kuljum. F’din l-għassa minn tal-anqas ikun hemm tlett uffiċjali. Apparti minn dawn isiru għadd ta’ foot patrols skond l-eżiġenzi, kif ukoll żdiedu r-rondi tar-Rapid Intervention Unit fl-akwata speċjalment għall-perjodu tas-sajf.

SWAT — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il membru se jkun hemm jew hemm bħala SWAT fir-Rapid Intervention Unit?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed issir taħriġ ta’ SWAT fir-Rapid Intervention Unit. Ġaladarba dan it-taħriġ jitlesta, 50 membru fir-Rapid Intervention Unit se jkollhom taħriġ speċjalizzat ta’ l-iSWAT. Dan it-taħriġ ikompli jinfirex mar-Rapid Intervention Unit skont l-eżiġenzi tas-servizz.

Korp tal-Pulizija – xogħol ta’ waiters — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta tħallsu tal-extra dawk il-Pulizija li kellhom iservu l-ikel fl-ikla tal-Girgenti f’Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-Pulizija li kienu xogħol kif indikat fil-mistoqsija kollha thallsu fit-22 ta’ Jannar 2014.

MIA – spetturi tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spettur tal-pulizija hemm responsabbli mis-sigurtà tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm spettur wieħed li hu nkarigat mis-sigurta' tal-ajruport internazzjonali ta' Malta.

Malta Police Association — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kellu mal-Malta Police Association sal-lum, apparti l-laqgħa li kellu f’Mejju 2013 dwar it-twaqqif ta’ union għall-pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret laqgħa ma’ rapreżentanza tal-Malta Police Association, fejn ġie diskuss it-twaqqif tal-Unions tal-Pulizija. Ovvjament meta l-Malta Police Association tħoss il-bżonn li titkellem miegħi, il-bieb tal-Ministeru huwa dejjem miftuħ.

Tapping ta’ telefonati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet ġodda għall-tapping ta’ telefonati ta’ individwi bejn Jannar 2013 u Ġunju 2014? Kemm kien hemm linji tapped meta l-Partit Laburista ħa l-Gvern f’idejh? Kif u kull meta jiġi aġġornat il-bżonn jew in-nuqqas ta’ bżonn li telefonati ta’ subscriber jibqgħu jiġu tapped? Kemm hawn email accounts u text message accounts sorveljati? Huwa spiss iż-żmien li jintalbu rapporti dwar l-individwi li jkunu qed jiġu segwiti? Hemm xi ħsieb li l-għażla ta’ min jiġi tapped tittieħed minn idejn il-Ministru? Fil-verità d-deċiżjoni ta’ min jiġi tapped qiegħda f’idejn il-Ministru?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba s-sensitivita tad-domanda, r-risposti kollha jingħataw lis-Security Committee fil-laqgħa li hemm maħsub li ssir dalwaqt.

Phone tapping

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu saru requests għall-phone tapping minn meta daħlet il-liġi ta’ SS fit-2009 sa Marzu tal-2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nirrileva li d-data 2009 mhix korretta, l-informazzjoni mitluba tingħata lis-Security Committee mwaqqaf skont il-liġi u li hu maħsub li jiltaqa dalwaqt.

Persuni barranin jgħixu f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hawn barranin jgħixu hawn Malta, lokalità b'lokalità, u għall kull lokalità, minn liema pajjiż huma dawn il-barranin inkluż l-ammont għal kull pajjiż f'dik il-lokalità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rispota għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Qtil ta’ Flamingo fis-Salini – Inkjesta Maġisterjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Pulizija fil-jum li fih qed issir din l-interpellanza għadha ma ħaditx passi kriminali kontra min kien involut fil-qtil ta’ flamingo fis-Salini bejn it-3 u l-4 tal-Ġunju 2013 u li dwar dan il-każ saret u intemmet l-inkjesta maġisterjali?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pulizija ħarget it-taħrikiet kontra erba persuni li kienu nvoluta fil-ka¿ in kwistjoni, fl-24 ta' Marzu 2014. Ninforma l-Onor. Interpellant li l’Proċess Verbal fuq l-istess każ kien intbagħat lill Avukat Ġenerali mil-Maġistrat inkwerenti fis-16 ta' Dicembru 2013 u f’Jannar l-Ispettur investigattiv ħa ħsieb li jikkonsulta ma l-Avukat Ġenerali fuq il-każ, biex eventwalment setgħa jkollu il-kopja tal-Process Verbal li ġie presentat il-Qorti u joħroġ it-taħrikiet. Il-każ issa qiegħed għal ewwel dehra, għas-sebgħa ta’ Mejju, quddiem il-Magistrat.