Legislature:
Category:
Reset
Active:

Speed cameras

Question

Jista’ il-Ministru ġentilment jgħid jekk l-ispeed cameras humiex kalibrati (calibrated) f'Malta jew le? Kull meta jiġu hekk kalibrati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li kull speed camera li hija nstallata u topera f’Malta, hija koperta minn ċertifikat validu ta’ kalibrazzjoni maħruġ mill-fabbrika b’perjodu validu ta’ sena. L-imsemmija dokumenti ġew verifikati mill-awtoritajiet kompetenti Maltin. Dawn l-apparati jiġu kalibrati kull sena minn laboratorji akkrediti barra minn Malta, peress li għalissa hawn Malta għadu ma ġiex stabbilit laboratorju speċjalizzat f’dan il-qasam partikulari.

ADT — Post ta' Manager Gozo

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15208, jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti u kwalifiki meħtieġa għal din il-pożizzjoni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li r–rekwiżiti u kwalifiki meħtieġa għal din il-posizzjoni msemmija huma :- - tlett snin esperjenza fil-qasam tal- middle management - litterat fit-teknologija tal-informatika - kommunikazzjoni tajba kemm bil-miktub kif ukoll bil-kelma - ħiliet ġenerali ta' tmexxija

Triq ta' Ħal Far

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' devjazzjoni tat-toroq li se ssir biex tkun tista' tiġi rikostruwita t-triq ta' Ħal Far? Din id-devjazzjoni tipprovdi għal twessiegħ tat-toroq eżistenti? Jekk fl-affermattiv, is-sidien u l-persuni li joqogħdu fl-irziezet affettwati ġew informati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li r-rotot li ser jintużaw bħalha devjazzjoni waqt ix-xogħlijiet ta' rikostruzzjoni ta' Triq Ħal Far qed jiġu ndikati bil-kulur aħmar fil-pjanta li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Tul dawn ir-rotot ġew identifikati xi partijiet li jirrikkjedu xi twessiegħ u bħalissa qed issir il-koordinazzjoni mas-sidien ta' l-artijiet li jistgħu jiġu milquta mit-twessiegħ inkwistjoni u l-istess sidien ser ikunu nfurmati qabel ix-xogħol iseħħ. L-Awtorita' identifikat ukoll xi rotot oħra fl-inħawi li jistgħu jintużaw bħalha devjazzjonijiet, partikolarment it-triq li twassal sa l-inħawi magħrufa bħalha tal-Papa iżda l-pjanijiet finali għal meta u kemm tul ta' żmien din it-triq ser tintuża għadu ma ġiex stabbilit. L-Awtorita' qed tikkunsidra wkoll l-impatt li tali devjazzjoni jista' jkollha fuq iż-żona abitata li hija aċċessibbli mill-istess triq minn Triq Ħal Far biex dan l-impatt ikun wieħed proporzjonat għall-karatteristiċi ta' l-istess żona.

Vetturi fl-Imdina

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-policy li karozzi reġistrati fuq indirizz fl-Imdina biss jistgħu jidħlu f'din il-belt għadhiex fis-seħħ? Jekk fl-affermattiv, kemm hu n-numru ta' vetturi liċenzjati? Jistgħu jitwaħħlu cameras fuq id-dħul ta' l-Imdina biex jiġi kkontrollat l-abbuż ta' vetturi mhux awtorizzati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li dwar ir-restrizzjoni ta’ dħul u passaġġ ta’ vetturi fl-Imdina hemm fis-seħħ l-Avviż Legali 359 ta’ l-2004 li jipprovdi għal liema vetturi jistgħu jidħlu u jiċċirkolaw fl-Imdina. Kopja ta’ dan l-Avviż Legali, kif emendat ukoll bl-Avviż Legali 329 ta’ l-2005, qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Jien infurmat ukoll li sa l-aħħar ta’ Settembru li għadda kien hemm 215-il vettura b’liċenzja fuq residenza fl-Imdina. Peress li l-installar u l-operat ta’ cameras hu f’idejn il-Kunsilli Lokali, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel l-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Madankollu, teżisti wkoll il-fehma li peress li jeżistu diversi eċċezzjonijiet kif jirriżulta mir-regolamenti stabbiliti, hu aktar għaqli li dawn ir-regolamenti jibqgħu jkunu infurzati f’kull ħin mill-pulizija u mill-gwardjani lokali milli permezz tal-cameras.

Tabelli tat-traffiku

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15462 u jgħid kemm fadal jitwaħħlu tabelli tat-traffiku overhead u mal-ġenb tat-triq? Kemm mit-tabelli li twaħħlu ġratilhom ħsara u jeħtieġ li jinbidlu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jonqos komplessivament 158 tabella tat-traffiku x’jitwaħħlu. Dawn huma maqsuma :- Sinjali tal-ġenb ta’ Triq Overhead 129 29 Mit-tabelli kollha li twaħħlu ġrat ħsara b’kawża aċċidentali jew b’atti vandali fuq 161 minnhom. Dawn huma maqsuma :- Sinjali tal-genb ta’ Triq Overhead 150 11

Number plates

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15464 u jgħid kemm inħarġu number plates personalizzati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hawn żewġ sistemi fis-seħħ ta' number plates personalizzati. Hemm waħda li bdiet fis-seħħ fl-1995 fejn inħarġu 74,285 number plate. Filwaqt li mill-2004 bdiet sistema ta' number plates personalizzati fejn in-nies jagħtu offerta għalihom. Minnmindu bdiet inħarġu 101 number plates.

Minibuses

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15461 u jgħid x'inhi r-raġuni għala l-minibuses il-ħomor jistgħu jinxtraw second hand u fil-każ tal-mini buses bojod jistgħu jinxtraw ġodda biss?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li skond il-ftehim li kien ġie iffirmat f’Lulju ta' l-1998 bejn il-Koperattiva tal-Mini Buses u l-Awtorita' (dak iż-żmien Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku), Mini Bus mill-ħomor tista' tkun ilha maħruġa sa ħames snin u nofs, filwaqt li l-vannijiet il-bojod, skond il-ftehim iffirmat mar-RACA (Rent a Car Association) f’Ġunju tan-1998, il-vannijiet għandhom ikunu ġodda.

Wied il-Għajn — Trasport għall-Universita'

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15355, 15101 u 15453 u in vista tal-fatt li hemm 216 studenti universitarji minn Wied il-Għajn, jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni ma jinbediex servizz ta' karozza tal-linja diretta għall-universita'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15101. Ta’ min wieħed jinnota li l-Awtorita’ dwar it-Trasport għamlet stħarriġ xjentifiku fl-aħħar ġimgħa t’Ottubru li minnu ġie stabbilit li f’ġimgħa kien hemm patrunaġġ ta’ 74 student fuq rotot numru 17, 19, 22 f’ħinijiet differenti li jitilqu minn Wied il-Għajn għal Ħaż Żabbar minn fejn mbagħad titlaq ir-rotta diretta għall-Universita; jiġifieri kważi 15-il student kuljum jew inkella 4 studenti għal kull vjaġġ. Minkejja dan xorta għadha qiegħda tiġi studjata l-possibilita’ li f’xi ħinijiet tibda titlaq rotta diretta minn Wied il-Għajn għall-Universita’.

ADT — Vetturi li jidħlu l-Belt

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu d-dħul għas-sena 2005 ta' l-ADT mil-liċenzji għall-vetturi li jidħlu l-Belt? Kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Passiġġieri fuq tal-linja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il passiġġier fuq tal-linja beda jew spiċċa l-vjaġġ tiegħu fil-Floriana jew il-Belt matul is-sena li għaddiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant mhux possibbli li tinġabar.

ADT — Karozzi tal-linja

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15406 u jgħid x'inhu n-numru ta' vjaġġi li jsiru mill-karozzi tal-linja kull ġurnata f'kull venda separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-medja tal-Kamra.

Mosta — Triq il-Ħtajriet

Question

No question text.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi x-xogħol li għandu x’jaqsam mat-Triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kien beda u s’issa sar xogħol fuq il-parti t’isfel tat-triq u fuq it-toroq ta’ madwarha. Saru wkoll l-applikazzjonijiet meħieġa mall-MEPA biex ikun jista' jiġi ppreparata l-alignment ġdid tat-triq. Meta jitlesta x-xogħol fuq l-alignment minn naħa tal-MEPA, ikunu jistgħu jsiru l-preparamenti tal-pjanti meħtieġa biex ikun jista' jiġi ffinalizzat ix-xogħol.

Guidelines for road construction works

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokument "Standards and guidelines for road construction works, design details for road construction, guidelines for the standard presentation of design documents and road engineering standards"?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

ADT — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tat-toroq residenzjali li saru mill-ADT matul dawn l-aħħar 12-il xahar, inkluż it-tul ta' kull triq, kull lokalita' separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Dipartiment tal-liċenzji u ttestjar

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' arretrati dovuti mill-pubbliku lid-dipartiment tal-liċenzji u ttestjar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Guidelines dwar l-immaniġjar tat-traffiku

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti u guidelines for the implementation of traffic management safety measures and temporary diversion of traffic?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Vetturi bl-ittra "Y"

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex tħalla l-użu ta' l-ittra "Y" f'number plate meta tali vettura tkun waħda privata u mhux għall-użu pubbliku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.