Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pazjenta marida b'kanċer

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li hu każ urġenti ta' kanċer? jintbghatu separatament.

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-każ qed jiġi investigat.

Sptar Mater Dei – faċilità tal-IVF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Isptar Mater Dei għandux faċilità tal-IVF liċenzjata u/ jew awtorizzazzjoni neċessarja mill-awtoritajiet tas-saħħa? Jekk iva, jista’ jgħid meta nħarġet il-liċenzja u/ jew awtorizzazzjoni neċessarja?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-licenzja hija valida ghal sentejn.

Sptar Mater Dei – karigi – salarji u benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11830 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li qed jokkupaw il-karigi li ġejjin u għal kull wieħed/waħda jgħid x’inhuma s-salarju u benefiċċji oħra li għandhom bħala parti mill-impjieg tagħhom: a. CEO – Sptar Mater Dei; b. Deputy CEO – Sptar Mater Dei; c. Director of HR – Sptar Mater Dei; d. Clinical Director – Sptar Mater Dei; u e. CIO – Sptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-persuni li qed jokkupaw il-karigi huma kif gej: CEO- Ivan Falzon Director of HR – Emeline Fenech Clinical Director – Joseph Zarb Adami. Ma hemm l-ebda persuni inkarigati bhala Deputy CEO u CIO.

Sptar Mater Dei — karigi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11831 u jgħid min mil-lista tal-persuni li qed jokkupaw il-karigi li ġejjin qed jokkkupa kariga/xogħol ieħor f’xi istituzzjoni entità, bord jew organizzazzjoni oħra tal-Gvern? Għal kull każ, jista’ jagħti d-dettalji tal-kariga jew ix-xogħol l-ieħor; a. CEO – Sptar Mater Dei b. Deputy CEO – Sptar Mater Dei; c. Director of HR – Sptar Mater Dei; d. Clinical Director – Sptar Mater Dei; u e. CIO – Sptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ivan Falzon li huwa CEO tal-Isptar Mater Dei huwa ukoll Chairman Medical Plus Malta Ltd u Chairman Change Management Ltd, liema karigi huma it-tnejn bla hlas. Emeline Fenech hija Membru tal-ORNIS committee u ghandha rwol ta' advisor fis-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari ghas-Sahha.

Ingaġġ ta’ infermiera barranin

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12136, jista’ l-Ministru jirrispondi t-tieni parti tal-mistoqsija u jgħid x’inhuma n-nazzjonalitajiet tal-infermiera?

Response (MIZZI, KONRAD)

Mill- 2010 sal- 2014 l-infermiera ingaggati kienu gejjin mill- : Albanija, Belgju, Bulgarija, Cina, Estonja, Filippini, Franza, Germanja, Grecja, Indja, Irlanda, Kanada, Latvja, Litwanja, Nigerja, Olanda, Pakistan, Polonja, Renju Unit, Rumanija, Serbja, Slovakkja, Spanja, Italja, Ungerija,

Ommijiet ta' età ta' 43 — trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ommijiet ta' 43 sena u aktar li kellhom tarbija fis-snin 2012, 2013 u 2014 sal-lum?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numru ta’ ommijiet ta' 43 sena u aktar li kellhom tarbija fis-snin 2012, 2013 u 2014 sa l-aħħar ta Settembru 2014 huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt: Età (snin) Numru ta’ ommijiet 43 sena u aktar 2012 17 2013 17 2014 (1 ta’ Jannar sal- 30 ta’ Settembru) 17

Kont tad-dawl pendenti — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar kontijiet pendenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u l-problema issa hija solvuta.

benefiċċju soċjali — każ ta' individwi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12989 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jsir kuntatt ma dawn iż-żewġ anzjani lid-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament rigward każ ta' benefiċċju soċjali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qiegħed jiġi investigat.
Leg 12 PQ #13153 Sitting 226 2015-01-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

KWH ikkunsmati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12799 u jgħid kemm ġew ikkunsmati KWH fit-tliet setturi li ġejjin? (a) domestiku (b) kummerċjali u (ċ) industrijali bejn l-1 ta’ April 2012 u l-aħħar ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid kemm ġew ikkunsmati KWH fl-istess tliet setturi separatament għall-perjodu mill-1 ta’ April 2013 u l-aħħar ta’ Marzu 2014? Kemm kien il-cost kif ukoll l-ammont ta’ sussidju li ngħata f’kull wieħed miż-żewġ perjodi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġia tal-mistoqsija parlamentari 12799.

il-Mellieħa — żona tal-Għoljiet - servizz ta' elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-aħħar jiem, residenti fiż-żona tal-Għoljiet tal-Mellieħa (Mellieħa Heights) qed ikollhom is-servizz tal-elettriku fir-residenzi tagħhom maqtugħ b'mod regolari? Jista' jgħid x'miżuri ttieħdu sabiex dan l-inkonvenjent ma jibqax iseħħ kif seħħ fl-aħħar jiem ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi twettaq it-tibdil meħtieġ fis-sistema tad-distribuzzjoni sabiex dawn id-diffikultajiet jiġu evitati. Sadanittant, l-Enemalta qed tagħmel aktar studji tal-provvista tal-elettriku f’din iż-żona biex tiżgura li l-klijenti jieħdu s-servizz meħtieġ.

Pazjenti – Interventi barra minn Malta – Għażla ta’ kirurgu u/jew speċjalist

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10351, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ każijiet fejn il-pazjent għażel il-kirurgu li għamilu l-intervent barra minn pajjiżna (mingħajr ma jsemmi l-isem tal-pazjent)? Għal kull każ, jista’ jgħid kemm ħallas il-Gvern u lil min ħallas?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-Treatment Abroad Committee ma kellu l-ebda pazjent li ressaq it-talba tiegħu biex jagħżel il-kirurgu li għamillu l-intervent.

Pazjenti – Interventi barra minn Malta – Għażla ta’ kirurgu u/jew speċjalist

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10351, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ pajjiżi “fejn il-Gvern għandu ftehim” skont kif dan hu mifhum fit-tweġiba msemmija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-Gvern għandu ftehim iffirmat mal-Ingilterra u l-Italja.

Pazjenti – Interventi barra minn Malta – Għażla ta’ kirurgu u/jew speċjalist

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10351, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwida u/jew proċeduri u/jew kriterji u/jew paramentri li jintużaw biex jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar kif jiġu milqugħa jew miċħuda t-talbiet tal-pazjenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-kirurgu jrid ikun jaħdem ġewwa Ċentru Publiku ġewwa pajjiż fejn il-Gvern għandu ftehim u li jkun ikkonfermat li l-isptar huwa ta’ reputazjoni tajba u għandu l-kapaċità neċessarja biex jofri is-servizz rikjest. Il-pazjent jiddiskuti din ix-xewqa mal-Konsulent Kuranti tiegħi li imbagħad jagħmel it-talba f’isem il-pazjent.

Angiograms

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11665, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni ukoll xahar b’xahar għall-perjodu minn Jannar 2011 sa Frar 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qasam tas-Saħħa – fondi kapitali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11820 u jagħti rendikont (proġett proġett) ta’ kemm u fiex intefqu l-fondi kapitali fil-qasam tas-saħħa (għas-sena 2014) ta’ €60.8m?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Angiograms ikkanċellati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm angiograms ikkanċellati minn Jannar 2012 sa Settembru 2014, u jagħti l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-figuri huma kif gej: 2012: 166 2013: 192 2014: 147

Problema fil-pajpjiet tal-ilma — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-perusna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li hemm xi leakage fil-kanen jew pajpiet taħt l-art?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u l-persuna kkonċernata ġiet ikkuntatjata.

Problema bil-main tal-Ilma — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema bil-main tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u l-problema issa hija solvuta.

Sptar Mater Dei — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu każ fl-Isptar Mater Dei dwar injection għall-uġiegħ kawżat minn slipdisc?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-Każ qed jiġi investigat.

Nutritionists u dieticians

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn nutritionists u dieticians irreġistrati f’Malta? Kemm minnhom huma impjegati mal-Gvern u kemm minnhom huma allokati mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tieghu lill-ministeru ikkoncernat.