Legislature:
Category:
Reset
Active:

skejjel primarji u sekondarji — social workers jaħdmu fuq l-assentejiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm social workersli qed jaħdmu fuq l-assentejiżmu fl-iskejjel primarji u sekondarji? Jista' jgħid jekk in-numru ta' social workersżdiedux jew naqsux minn Marzu 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm ħdax-il Ħaddiem Soċjali (social workers) u wieħed Senior Social Worker li qed jaħdmu fuq l-assentejiżmu fl-iskejjel primarji u sekondarji. Hemm ukoll Principal Social Worker li tikkordina s-servizzi li jiġu mogħtija. Infurmat ukoll li hemm social worker li qiegħda b’ career break , oħra bil- parental leave u social worker oħra li ġiet seconded ma’ Ministeru ieħor. Minn Marzu 2013 ġew ingaġġati tlett social workers. Minn Marzu 2013 tat ir-riżenja tagħha social worker waħda, f’Ottubru 2014.

skejjel statali — numru ta' youth workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm youth workersli qed jaħdmu fl-iskejjel statali? Jista jgħid jekk in-numru ta' youth workersżdiedux jew naqsux minn Marzu 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm sitt youth workers li qegħdin jaħdmu fl-iskejjel statali. Ma kien hemm l-ebda ingaġġ jew riżenji ta’ youth workers minn Marzu 2013.

Programm ALP

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li bdew il-Programm ALP li sar is-sena li għaddiet ġewwa L-ETC f'Ħal Far? Jista' jgħid kemm kienu l-istudenti li temmew b'suċċess il-programm alternattiv li kien ġie ppjanat għalihom u ħadu iċ-ċertifikat tal-ALP?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li fl-ETC kien hemm 116-il student li bdew il-programm tal-ALP. Minn dawn 73 ħadu ċertifikat ta’ kompetenza jew ta’ attendenza skont il-każ. Nixtieq li nsalvaw iżjed minn dawn l-adolexxenti li qabel kienu jintilfu għax ma kien hemm l-ebda programm għalihom minkejja li ma kienu jagħmlu l-ebda eżami SEC.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, kemm tul ta' ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġibet mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 26812, 26813, 26814, 26815, 26816, 26817, 26818 u 26819 tal-Leġiżlatura IX. ( Informazzjoni Addizzjonali: Ara PL 3650 li tpoġġa f'Seduta 196, nhar l-Erbgħa, 5 ta' Novembru 2014 )

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — bordijiet - chairpersons u membri

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista taċ-chairpersons u membri tal-bordijiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu indikat fil-mistoqsija ngħataw 105 direct order mill-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru u ngħataw għaliex kienu fil-parametri tar-regolamenti tal-procurement tal-Gvern.
Leg 12 PQ #11687 Sitting 195 2014-11-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ix-Xewkija — Ċentru tal-Arti Viżwali u Performattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ġie magħżul biex imexxi ċ-Ċentru tal-Arti Viżwali u Performattiva li nfetaħ fix-Xewkija? Saret sejħa? Kemm applikaw? Xi kwalifiki għandha l-persuna magħżula? X’sar mill-persuni li kienu jmexxu l-iskola tad-Drama fin-Nadur, li issa ngħalqet, u l-iskola tal-Arti f’Għajnsielem, li issa ngħalqet ukoll?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li bħalissa hemm għalliema fil-kariga ta’ officer-in-charge li qed tmexxi t-taqsima tal-mużika fix-Xewkija. Ma saret l-ebda sejħa speċifika għal min se jmexxi ċ-Ċentru għalissa. Bħalissa hemm miftuħa sejħa għall-applikazzjonijiet għal Part-Time adult educators li tinkludi wkoll sejħa għal koordinaturi. Mill-applikanti għal din l-aħħar kariga se tintagħżel persuna sabiex tkun koordinatur tat-taqsima tal-arti u d-drama. L-iskola tad-Drama li kienet fin-Nadur kienet immexxija minn koordinatriċi part-time u li tat ir-riżenja tagħha minn jeddha nhar is-Sibt 20 ta’ Settembru 2014. L-iskola tal-Arti u l-Artiġġjanat f’Għajnsielem kienet titmexxa minn għalliem fil-kariga ta’ officer-in-charge. Din il-persuna llum qed tagħmel xogħol fl-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat Għawdex.
Leg 12 PQ #11688 Sitting 195 2014-11-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ix-Xewkija – Ċentru tal-Arti Viżwali u Performattiva — korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kors hemm preżentament fiċ-Ċentru tal-Arti Viżwali u Performattiva tax-Xewkija u kemm hemm studenti li qed isegwu kull kors?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li fl-Iskola Għawdxija tal-Arti Viżiva u Performattiva infetħu total ta’ 102 korsijiet f’livelli differenti fl-oqsma tal-Arti, Drama u Mużika għas-sena tat-tagħlim 2014/2015. It-total ta’ applikanti għal dawn il-korsijiet huwa ta’ 1206 imqassma kif gej: 225 irreġistraw għal korsijiet tad-Drama, 445 irreġistraw għal korsijiet tal-Arti, u 536 irreġistraw għal korsijiet tal-Mużika.

Learning Support Zones

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma il-Learning Support Zonesġodda li nfetħu minn Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema skejjel infetħu u kemm hemm studenti li qed igawdu minn dan is-servizz f'kull skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Learning Support Zones ġodda li nfetħu fis-sena skolastika 2013/2014, kif ukoll kemm hemm studenti li qed igawdu minn dan is-servizz, huma: Skola Sekondarja Bniet Ħandaq – 16-il studenta Skola Sekondarja Subien Sliema – 17-il student Skola Sekondarja Subien Naxxar – 18-il student Fis-sena Skolastika 2014/2015 infetaħ Learning Support Zone f’din l-iskola: Skola Sekondarja Bniet Mosta – servizz għadu jibda

Nurture Groups

Question

Jsita' l-Ministru jgħid liema huma in-Nurture Groupsġodda li nfetħu minn Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema skejjel infetħu u kemm hemm studenti li qed igawdu minn dan is-servizz f'kull skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-Nurture Groups ġodda li nfetħu fis-sena skolastika 2013/2014, flimkien mal-għadd ta’ studenti li qed igawdu minn dan is-servizz, huma: Skola Primarja Mosta A u B – 29 student/a Skola Primarja San Pawl il-Baħar – 24 student/a Skola Primarja Sliema – 16-il student/a Skola Primarja San Giljan – 15-il student/a Fis-sena skolastika 2014/2015 infetħu Nurture Groups f’dawn l-iskejjel: Skola Primarja Mellieħa – servizz għadu jibda Skola Primarja Paola A u B – servizz għadu jibda Skola Primarja Ħamrun SS – servizz għadu jibda Skola Primarja Lija – servizz għadu jibda

servizzi biex jitnaqqas l-assentejiżmu fl-iskejjel primarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi ġodda li nbdew minn Marzu 2013 sabiex jitnaqqas l-assentejiżmu fl-iskejjel primarji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizzi ġodda flimkien ma’ miżuri li nbdew minn Marzu 2013 sabiex jitnaqqas l-assentejiżmu fl-iskejjel primarji huma elenkati hawn taħt: 1. Moniteraġġ regolari tal-attendenza permezz tal-E1 platform. 2. Introduzzjoni tal-Medical Certificate Record Card għal kull student minn Novembru 2014. 3. Interventi fil-livell ta’ Kindergarten u introduzzjoni tal-obbligu tal-attendenza regolari minn meta l-istudent jagħlaq ħames snin anke jekk ikun għadu Kindergarten 2. 4. Interventi bikrija mill-iskola ma’ studenti li ma jattendux l-iskola regolari. 5. Involviment tan-Nurture Class ma’ tfal li huma f’riskju li jfallu. 6. Miżura relatata mal-assentejiżmu marbut maċ-ċertifikati mediċi; din il-miżura involviet laqgħat mat-tobba konċernati. 7. Moniteraġġ ta’ ċertifikati mediċi. 8. Tnedija tal-Politika Nazzjonali, Strateġija u Proċeduri dwar l-Attendenza. 9. Implimentazzjoni ta’ proċeduri ġodda biex tiżdied l-attendenza tal-istudenti. 10. Disseminazzjoni fil-Kulleġġi, mal-ġenituri, l-istudenti u mal-istaff fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali dwar il-Politika Nazzjonali, Strateġija u Proċeduri dwar l-Attendenza. 11. Kampanja Nazzjonali dwar l-importanza tal-Attendenza permezz ta’ artikli fuq il-gazzetti, parteċipazzjoni fuq programmi tat-TV, kif ukoll ser jitqassmu fuljetti lil kull student u lil kull familja fuq l-importanza tal-attendenza u parteċipazzjoni sħiħa fil-ħajja edukattiva obbligatorja. 12. Kollaborazzjoni bejn id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u d-Dipartiment tas-Sigurtá Soċjali dwar iċ-Child Supplement Benefit li hu marbut mal-attendenza tal-istudenti eliġibbli. 13. Miżuri legali: a. Infurzar tal-liġi dwar l-attendenza regolari; il-Kummissarju tat-Tribunali Reġjonali qed tirreferi familji li ma jikkoperawx lill-Qorti tal-Familj; b. Tribunal Reġjonali Xlokk bagħat l-aħħar avviż legali lill-ġenituri biex iħallsu il-multi pendenti. Din il-miżura qed tiġi diskussa mat-tribunali reġjonali l-oħra; c. Involviment tal-Korp tal-Pulizija; d. Il-proċeduri li ġew imnedija jirriflettu l-liġi dwar l-Edukazzjoni Kapitlu 327 Artiklu 5. 14. Uffiċjali mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ipparteċipaw b’mod attiv fi Tripartite Committee li twaqqaf bejn erba’ Ministeri (Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, għas-Saħħa, Ministeru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali, u l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ) biex flimkien jitfasslu miżuri biex jiġi indirizzat l-assentejiżmu. Ġie preżentat rapport dettaljat dwar l-Assentejiżmu u fil-ġranet li gejjin ser ikomplu d-diskussjonijiet. Ma’ dawn il-miżuri msemmija baqgħu jingħataw is-servizzi tal-professjonisti kollha fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali lil dawn l-istudenti flimkien mal-Ħaddiema Soċjali skont in-natura tal-każ.

servizzi biex jitnaqqas l-assentejiżmu fl-iskejjel sekondarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi ġodda li bdew minn Marzu 2013 sabiex jitnaqqas lassentejiżmu fl-iskejjel sekondarji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizzi ġodda flimkien ma’ miżuri li nbdew minn Marzu 2013 sabiex jitnaqqas l-assentejiżmu fl-iskejjel sekondarji huma elenkati hawn taħt: 1. Moniteraġġ regolari tal-attendenza permezz tal-E1 platform. 2. Introduzzjoni tal-Medical Certificate Record Card għal kull student minn Novembru 2014. 3. Interventi bikrija mill-iskola ma’ studenti li ma jattendux l-iskola regolari. 4. Involviment tal-Learning Zones ma’ tfal li huma f’riskju li jfallu. 5. Introduzzjoni tal-Alternative Learning Programme provdut għal studenti li huma fil-Form 5 li huma batuti akkademikament u anke ma jattendux skola regolari jew ma kinux qegħdin jattendu skola. 6. Moniteraġġ ta’ certifikati mediċi. 7. Tnedija tal-Politika Nazzjonali, Strateġija u Proċeduri dwar l-Attendenza. 8. Implimentazzjoni ta’ proċeduri ġodda biex tiżdied l-attendenza tal-istudenti. 9. Disseminazzjoni fil-Kulleġġi, mal-ġenituri, l-istudenti u mal-istaff fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali dwar il-Politika Nazzjonali, Strateġija u Proċeduri dwar l-Attendenza. 10. Kampanja Nazzjonali dwar l-importanza tal-Attendenza permezz ta’ artikli fuq il-gazzetti, parteċipazzjoni fuq programmi tat-TV, kif ukoll ser jitqassmu fuljetti lil kull student u lil kull familja fuq l-importanza tal-attendenza u parteċipazzjoni sħiħa fil-ħajja edukattiva obligatorja. 11. Kollaborazzjoni bejn id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u d-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali dwar iċ-Child Supplement Benefit li hu marbut mal-attendenza tal-istudenti eligibbli. 12. Miżuri legali: a. Infurzar tal-liġi dwar l-attendenza regolari; il-Kummissarju tat-Tribunali Reġjonali qed tirreferi familji li ma jikkoperawx lill-Qorti tal-Familja; b. Tribunal Reġjonali Xlokk bagħat l-aħħar avviż legali lill-ġenituri biex iħallsu il-multi pendenti. Din il-miżura qed tiġi diskussa mat-tribunali reġjonali l-oħra; c. Involviment tal-Korp tal-Pulizija; d. Il-proċeduri li ġew imnedija jirriflettu l-liġi dwar l-Edukazzjoni Kapitlu 327 Artiklu 5. 13. Uffiċċjali mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ipparteċipaw b’mod attiv fi Tripartite Committee li twaqqaf bejn erba’ Ministeri (Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol , għas-Saħħa, Ministeru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali, u l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali) biex flimkien jitfasslu miżuri biex jiġi indirizzat l-assentejiżmu. Ġie preżentat rapport dettaljat dwar l-Assentejiżmu u fil-ġranet li ġejjin ser ikomplu d-diskussjonijiet. Ma` dawn il-miżuri msemmija baqgħu jingħataw is-servizzi tal-professjonisti kollha fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali lil dawn l-istudenti flimkien mal-Ħaddiema Soċjali skont in-natura tal-każ.

Nurture Groups — skejjel u professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel li qed jipprovdu s-servizz ta' Nurture Groups fl-iskejjel? Jista' jgħid liema huma il-professjonisti li qed jaħdmu f'dan is-servizz f'kull skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iSkejjel Primarji li qed jipprovdu s-servizz ta’ Nurture Group huma: Floriana Pieta’ Marsa Ħamrun GP Birżebbuġa Żurrieq Sta Venera Msida Birkirkara Cospicua Senglea Vittoriosa Żejtun A Żejtun B Marsaskala Fgura A Fgura B Rabat Attard San Ġwann Gżira Qormi SS Qormi SG Victoria Għawdex Mosta A Mosta B San Pawl il-Baħar Sliema San Ġiljan Mellieħa Paola A Paola B Ħamrun SS Lija Għalliema u Learning Support Assistants (imħarrġin fil-qasam ta’ SEBD) jieħdu ħsieb u jipprovdu servizz fin- Nurture Group.

learning Support Zones — skejjel u professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel li qed jipprovdu s-servizz ta' Learning Support Zones fl-iskejjel? Jista' jgħid liema huma l-professjonisti li qed jaħdmu f'dan is-servizz f'kull skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iSkejjel Sekondarji li qed jipprovdu s-servizz ta’ Learning Support Zone huma: Mrieħel Bniet Ta’ Paris Subien Santa Luċija Bniet Żejtun Bniet Verdala Subien Cospicua Bniet Ħandaq Subien Ħandaq Bniet Kirkop Subien Tarxien Bniet Ħamrun Subien Żebbuġ Subien Blata l-Bajda Bniet M’Assumpta Bniet St Andrews Bniet Pembroke Bniet Sliema Subien Gżira Subien Naxxar Subien Mosta Bniet Żokrija Subien Victoria Għawdex Bniet Victoria Għawdex Subien Għalliema u Learning Support Assistants (imħarrġin fil-qasam ta’ SEBD) jieħdu ħsieb u jipprovdu servizz fil- Learning Support Zone .

Skolasajf — Rapport ta’ inkjesta

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport konklużiv tal-inkjesta li saret rigward tifel ta’ tliet snin li fit-18 ta’ Awwissu 2014 ħareġ mill-iskola (SkolaSajf) tal-Fgura u nstab waħdu barra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #11679 Sitting 194 2014-11-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Għawdex –studenti fl-Università ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-intake ta’ studenti residenti f’Għawdex għal kull kors li beda din is-sena fl-Università ta’ Malta? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u kemm nisa? Għal kull kors, jista’ l-Ministru jgħid dawn l-istudenti, kemm nisa u kemm irġiel, mil-liema lokalitajiet f’Għawdex ġejjin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Malta Racing Club – rapport

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-rapport li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'rabta mal-mistoqsija parlamentari 11264? Fl-istess waqt, jista' jgħid kemm tħallsu kull membru li ffurmaw il-bord li ħadmu fuq l-istess rapport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-ispiża dwar ir-rapport li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b’rabta mal-mistoqsija parlamentari 11264 kienet dik relatata mal-ħlas tal-membri li ffurmaw il-bord, jiġifieri: Chairman tal-bord – ammont gross ta’ €495.32 Żewġ membri tal-bord – ammont gross ta’ €173.88 kull wieħed Segretarju tal-bord – ammont gross ta’ €173.88.

Malta Racing Club — Rapport – passi fil-konfront taċ-Chairman tal-KMS

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ittiħdux passi fil-konfront taċ-chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport meta kif indikat fir-rapport anness mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11264 f'pagna 9, l-istess chairman naqas f'żewġ okkażjonijiet li jitla' jixhed, kif kien obbligat li jagħmel, meta kien mitlub li jagħmel dan u x-xhieda tiegħu kienet ta' importanza kbira kif jindika l-istess rapport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ħa nota tar-rapport u ser jieħu l-passi li huma xierqa biex jiġu salvagwardjati l-interessi tal-Kunsill Malti għall-Isport. Ninforma lill-Onor. Membru li l-Ministeru kkunsidra l-eżitu tar-Rapport ta’ Inkjesta u ser jieħu l-passi neċessarji biex dak li hu msemmi fir-rapport ma jiġix ripetut.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #11504 Sitting 193 2014-10-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ċentru tal-Università f’Għawdex – kors tal-Kriminoloġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-kors tal-Kriminoloġija li kellu jibda fiċ-Ċentru tal-Università ta’ Għawdex fil-bidu ta’ din is-sena akkademika fil-fatt ma bediex? X’kienu r-raġunijiet għal dan u min ħa d-deċiżjoni li ma jsirx?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Università rċeviet tmien applikazzjonijiet għall-kors tal-Kriminoloġija li kellu jibda fiċ-Ċentru tal-Universita` f’Għawdex. Waħda minn dawn l-applikanti għażlet li ssegwi kors ieħor. B’hekk in-numru ta’ applikanti għal dan il-kors niżel għal sebgħa. L-uffiċċju tal-Finanzi tal-Universita` iddetermina li dan in-numru kien baxx wisq biex l-Universita` tibda dan il-kors f’Għawdex u dawn kollha ġew offruti post fuq il-kors li beda Malta.