Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4527 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Titjib ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-toroq fl-area tal-flats il-ġodda ta' Santa Liena, Bormla jiġu mtejba peress li qed joħolqu nkonvinjent għar-residenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #4529 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jara li jonqsu l-ħsarat li qed isiru kemm fis-sistema ta' l-ilma kif ukoll tad-drenaġġ fl-area ta' St.Margerita Bormla? Jista' jgħid x'qiegħed jikkawża dawn il-ħsarat spissi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħsarat li saru fid-drenaġġ saru mill-kuntratturi li qed jagħmlu xogħol ta' bini fil-viċin. Barra minn hekk il-ħsarat huma fil-connections u mhux fil-main sewer. Qed jittieħdu passi biex din il-ħsara tissewwa.
Leg 9 PQ #4537 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett tal-Kottonera lines

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb li jibda proġett li kien ipproġettat mill-gvern preċedenti fuq il-Kottonera lines li hu xogħol madwar is-swar fil-Kottonera? Jekk iva, meta hemm il-ħsieb li jinbeda dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-proġett tal-Cottonera huwa wieħed mill-prioritajiet tal-Gvern u bħalissa il-preparamenti fuq il-proġett huma avvanzati ħafna u hekk kif ikunu maqbula d-dettalji kollha x-xogħol ikun jista' jinbeda.
Leg 9 PQ #4559 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Ambjent — Sezzjoni ta' l-Accounts

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar għoti ta' overtime fis-Sezzjoni ta' l-Accounts u l-Leave Section tad-Dipartiment ta' l-Ambjent (xogħlijiet)? Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex qiegħed jingħata dan l-overtime?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-impjegati fis-Sezzjoni tal-Leave mhux qed jagħmlu sahra. Ta' min jgħid li ilu żmien ħafna ma ssir sahra f'din is-Sezzjoni. Ingħata overtime fis-Sezzjoni ta' l-Accounts għal diversi raġunijiet iżda l-aktar minħabba li kull l-ewwel ġimgħa tax-xahar irid jintbagħat rapport finanzjarju dwar in-nefqa mid-diversi sezzjonijiet tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Minħabba l-volum ta' xogħol involut huwa meħtieġ li jsir xogħol bl-overtime. Barra minn dan, qed jitkompla l-eżerċizzju li kien inbeda s-sena l-oħra biex it-Taqsima tax-Xogħlijiet tidentifika sewwa l-pendenzi kollha li jeżistu mal-'Public Utilities'. Dan qed iservi wkoll biex jiġu identifikati liema telephones, metres tad-dawl u ta' l-ilma, flimkien ma' kirjiet, huma verament responsabbilta' tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Qiegħed isir ukoll eżerċizzju ieħor bil-ħsieb li jiġi determinat jekk 'commitments' li ilhom jidhru fil-kotba tat-Taqsima tax-Xogħlijiet għadhomx validi jew le. Dawn kollha, flimkien ma' l-ipproċessar tal-kontijiet li jiġu mit-tmien 'cost centres', jagħmlu neċessarju l-użu ta' l-overtime biex jinżamm kontroll aħjar ta' l-infiq fil-parametri tal-flus ivvotati fl-Estimi Finanzjarji.
Leg 9 PQ #4560 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Ambjent — Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward l-użu ta' tliet karozzi tal-kiri mid-Dipartiment ta' l-Ambjent f'Beltissebħ li jaqgħu taħtu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-karozzi tal-kiri mikrija mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jiġu utilizzati biex isiru spezzjonijiet meta jkun hemm rapporti ta' każi ta' ksur tal-liġi ta' l-Ambjent u meta jkun hemm bżonn illi jsir studju fuq xi sit partikulari.
Leg 9 PQ #3998 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Qawra — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bix-xogħlijiet li saru mill-5 ta' Settembru 'l hawn, ngħidu aħna għall-kontinwazzjoni tal-garaxxijiet tal-Qawra? Peress li r-residenti jixtiequ li x-xogħlijiet jiġu ffinalizzati, jista' l-Ministru jara li din it-talba tiġi attwata? Jekk fl-affermattiva, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jinsab wieqaf għax ix-xogħol ma kienx qed jiġi esegwit eżattament skond il-permessi maħruġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. It-Taqsima tax-Xogħlijiet qed tistenna l-konferma ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq pjanti ġodda sottomessi mill-istess taqsima.
Leg 9 PQ #4112 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Sliema — Triq Sant Rita - Sprall

Question

Jista' l-Ministru jara li jerġa' jinfetaħ l-isprall li hemm fil-bidu tat-Triq Sant Rita f'Tas-Sliema peress li mindu nstadd, l-ilma tax-xita qed jimla' din it-triq bi problemi serji għar-residenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lit-Taqsima tax-Xogħlijiet biex tara tistax tirrimedja għal din il-problema.
Leg 9 PQ #4424 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dingli — Monument ta' Francis Ebejer

Question

Jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet li bħalissa qegħdin isiru fuq il-paviment tal-Monument ta' Francis Ebejer, f'Ħad-Dingli, jsiru b'mod li ma jtellfux il-flow tat-traffiku li juża t-toroq ta' madwar dan il-monument?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Interpellant qed isir fuq pjanti li jiffurmaw parti minn proġett tal-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli. Il-kwestjoni tal-flow tat-traffiku ġiet diskussa mal-Kunsill ta' Ħad-Dingli u x-xogħol li għaddej miexi fuq dan il-ftehim.
Leg 9 PQ #4425 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ġie mqassam il-vot ta' embellishment tas-South bejn it-tliet lokalitajiet involuti? Liema proġetti jkopru kull vot għal kull lokalita' separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-vot 'Embellishment tas-South' issa ġie integrat fil-vot 'Upgrading of Main Touristic Areas'. Il-vot ġie mqassam hekk: Qawra/Buġibba Lm200,000. Marsaxlokk/B'Buġia/Marsascala Lm500,000. Sliema/Pembroke/San Ġiljan Lm500,000. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #3312 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998? Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fl-okkażjoni tal-Milied 1998, l-impjegati kollha fis-Segretarjat Privat u dawk fis-Segretarjat Permanenti ingħataw rigal żgħir bħala apprezzament għax-xogħol tagħhom. L-ispiża totali laħqet is-somma ta' Lm445.60. Irrid ngħid li dan sar skond il-prattika tul l-aħħar snin, inklużi s-sentejn taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Leg 9 PQ #3777 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Kalkara — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk matul din is-sena kurrenti hemmx previst li t-toroq li qegħdin jdawru l-Appartamenti Indipendenza l-Kalkara jsiru billi hemm ħafna ilmenti mir-residenti li huma aktar milli ġustifikati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #3831 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Xbiex — Ta' Xbiex Terrace - Garaxxijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla ix-xogħol fuq il-garaxxijiet li hemm taħt Ta'Xbiex Terrace, Ta'Xbiex? Għaliex waqaf ix-xogħol? Kemm ilu wieqaf? X'jista' jsir biex jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti li jużaw din it-triq in kwestjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Minn informazzjoni li għandi dawn il-garaxxijiet huma propjeta' privata.
Leg 9 PQ #4107 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Mdina Rehabilitation Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jwaqqaf l-Imdina Rehabilitation Committee? Se jitwaqqaf matul l-1999? X'riżorsi hemm allokati għalih? Min se jkun ir-rappreżentant fuqu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Dan il-Kumitat se jitwaqqaf din is-sena, ur-riżorsi allokati għalih jammontaw għal Lm200,000.
Leg 9 PQ #4296 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mad-dipartimenti diversi li jħaddan il-Ministeru għall-Ambjent? Jista' l-Ministru jgħid illum, fejn hu mpjegat kull ħaddiem irrispettivament inkluż dawk fil-ministeru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Leg 9 PQ #4299 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Ambjent

B'Kara — Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti qed jaħdem fuqhom il-ministeru li għandhom x'jaqsmu ma' Birkirkara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li xi proġetti li l-Ministeru ħadem fuqhom li għandhom x'jaqsmu ma' Birkirkara huma: (i) Konklużjoni tax-xogħlijiet u 'handing over' taċ-Ċentru Ċiviku ġdid f'Birkirkara. (ii) Xogħol ta' twessiegħ f'xi partijiet tal-kanal ta' l-ilma fl-inħawi ta' Cane Street.
Leg 9 PQ #4300 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Ambjent

B'Kara — Ftuħ ta' Ċentru Ċiviku

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jinfetaħ Ċentru Ċiviku f'Birkirkara? Liema dipartimenti tal-gvern se jkunu f'dan iċ-ċentru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bħalissa qiegħed isir 'handing over' lid-dipartimenti li sejrin jokkupaw dan iċ-ċentru. Dan il-bini ser jiġi okkupat minn dawn id-dipartimenti: 1. Kunsill Lokali B'Kara li jinkludi Day Care Centre 2. Dipartiment tas-Saħħa li jinkludi wkoll il-Podoloġija 3. Dipartiment tas-Servizzi Soċjali 4. Uffiċju tas-Sanita' 5. Librerija Pubblika.
Leg 9 PQ #4352 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Żebbuġ — Mdina Road - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol ta' ristruttura ta' kanal għall-ilma fi Mdina Road, Żebbuġ u kif avżat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Diċembru 1998, Advert No. 197? Jista' l-Ministru jagħtina kopja tal-kuntratt u tal-kondizzjonijiet annessi miegħu li kopja tagħhom ingħatat lill-kuntrattur li ħa l-offerta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol jikkonsisti f'modifikazzjoni ta' passaġġ ta' l-ilma eżistenti min-naħa għall-oħra tat-triq u li finalment jispiċċa ġo passaġġ li jagħti għall-wied ta' Ħal-Qormi. Il-pjan huwa li jkun hemm sistema li l-ilma, li normalment jinġabar wara kull xita f'din il-parti ta' Mdina Road, ikollu mnejn jgħaddi aktar malajr u b'hekk tonqos l-inkonvenjenza li teżisti bħalissa. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għal dan ix-xogħol.
Leg 9 PQ #4402 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Birżebbuġia — Kontrada tal-Papa

Question

Jista' l-Ministru jara li fil-kontrada tal-Papa, Birżebbuġia, fil-parti li qegħda tiġi mnaddfa u mħammla sabiex jiġu kkostruwiti diversi units, jara li tiġi allokata parti għal ħwienet u outlets oħra simili peress illi din l-area hija sprovista minn kull servizz domestiku simili?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #4404 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Birżebbuġia — Tal-Papa - Recreational area

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn huwa maħsub li jiġi riservat bħala green area u żviluppat f'recreational area, fil-Kontrada tal-Papa, Birżebbuġia peress illi jidher li mhux se jitħalla spazju għall-iżvoġġ tat-tfal? Jista' l-Ministru jgħid meta tali xogħlijiet fuq tali spazju se jibdew?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Żebbuġ — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx ħsieb għal xi proġett biex itaffi mill-problema ta' flooding li qed jiffaċċjaw r-residenti taz-zona "Tad-Dawl" ta' Ħaż-Żebbuġ, peress li dawk ir-residenti sofrew minn ħsarat konsiderevoli fil-proprjeta' tagħhom, partikolarment fil-maltemp ta' Jannar ta' l-1998?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Din il-problema li d-Dipartiment huwa konxju tagħha, ġiet mgħoddija lill-Konsulenti ta' l-iStorm-Water Master Plan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Dawn għamlu studju profond, u għaddew rapport b'suġġerimenti preliminarji li qegħdin jiġu kkunsidrati mid-Dipartiment. Ir-residenti milquta kellhom laqgħa ma' rappreżentanti tal-Ministeru għall-Ambjent u tad-Dipartiment fejn ġie spjegat lilhom dan kollu.