Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċittadinanza Maltija — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tingħata t-tweġiba għat-talba li qed tagħmel sabiex hi jkollha ċ-ċittadinanza Maltija li ilha tapplika għaliha snin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż li jsir primarjament mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta. L-applikanta tista’ tagħmel kuntatt direttament mal-Unit taċ-Ċittadinanza billi tibgħat e-mail fuq citizenship@gov.mt jew billi ċċempel fuq 25904168/69 u tagħmel il-mistoqsijiet tagħha lill-uffiċjali responsabbli.

Palazz tal-President – restawr — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru (kemm dawk ta’ restawr kif ukoll ta’ trasformazzjoni biex jilqgħu l-laqgħat ta’ matul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea) fuq u fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern lokali, Kunsilli Lokali u dipartimenti – ħlas lill-individwi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29116 u 29028 u jgħid kemm intefqu flus li ngħataw lil individwi li b'xi mod taw is-servizzi tagħhom lill-kunsill lokali, dipartiment jew segretarjat jew Ministeru, u li tħallsu mill-voti tal-istess dipartiment, segretarjat jew Ministeru, sena b'sena fl-2014, 2015 u 2016 sal-aħħar ta’ Novembru 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Ċittadinanza — Każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' applikazzjoni għaċ-ċittadinanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jiġu pproċessati mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta. L-applikanta tista’ tagħmel kuntatt direttament mal-Unit fuq imsemmi billi tibgħat e-mail fuq citizenship@gov.mt jew billi ċċempel fuq 25904168/69 u tagħmel il-mistoqsijiet tagħha lill-uffiċjali responsabbli.

Applikazzjoni għaċ-Ċittadinanza — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għaċ-ċittadinanza peress li diġà saru l-proċeduri kollha?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Birkirkara – Triq Bontadini – xogħol fuq il-wiċċ tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Bontadini f’Birkirkara tingħata wiċċ ġdid hekk kif partijiet minnha jinsabu fi stat diżastruż?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li huwa mhux f’pożizzjoni li jibni mill-ġdid din it-triq mill-fondi tiegħu. Madankollu l-Kunsill qiegħed f’taħdidiet ma’ Transport Malta u Water Services Corporation sabiex tinstab soluzzjoni ħalli din it-triq tinbena minn fondi ċentrali. Irrid inżid, għal kull bwon fini, li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara kellu żieda ta’ €96,808.38 fl-allokazzjoni tiegħu għas-sena kurrenti.

Heritage Malta – proċedura għal ħruġ ta’ transfers interni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex proċedura ta’ kif jinħarġu t-transfers interni? Jekk fil-pożittiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra din il-proċedura? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid għaliex transfers jingħataw bla proċedura stabbilita? Jista’ wkoll jgħid għaliex is-CEO jew l-Acting HR Manager ġieli joħroġ sejħa għal transfer u ġieli t-transfer jaqbad u jingħata?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Heritage Malta – self ta’ oġġetti mill-kollezzjoni nazzjonali għar-riċerka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk riċerkaturi privati għandhomx il-faċilità li jisselfu oġġetti li jiffurmaw parti mill-kollezzjoni nazzjonali ta’ Heritage Malta għar-riċerka tagħhom? Jekk fil-pożittiv, hemm xi proċedura stabbilita u fil-każ jinfurmana biha?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Heritage Malta – portable toilets fejn l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-CEO ta' Heritage Malta ta l-permess li jitqiegħdu portable toilets fuq il-bankina eżatt ħdejn il-bieb prinċipali tal-Ipoġew ta' Ħal Saflieni? Ma jaħsibx il-Ministru li b'hekk, naqqas l-aċċessibilità fuq il-bankina pubblika għall-persuni li jagħmlu użu ta' din iż-żona?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Heritage Malta — proġetti

Question

Apparti l-proġett tal-Gozo Museum, li huwa proġett imwelled mill-Ministeru għal Għawdex, jista' l-Ministru jgħid xi proġetti kapitali Heritage Malta bdiet minn Marzu 2013 s’issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Heritage Malta – komunikazzjoni mal-Gvern Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħafna mill-komunikazzjoni ta' bejn il-Gvern Ċentrali u Heritage Malta qed issir direttament mill-uffiċċju tal-PPS fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mhux mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali? Jista' jikkonferma li Heritage Malta għadha taħt ir-responsabilità ta' dan il-Ministeru?

Response (BONNICI, OWEN)

Nikkoreġi l-impressjoni żbaljata li għandu l-Onor. Interpellant u nikkonferma li Heritage Malta tagħmel parti sħiħa mill-MJCL. Nieħu l-opportunità li nirringrazzja lill-Principal Permanent Secretary tal-appoġġ b'saħħtu li jagħti lil Heritage Malta.

New York u Pariġi – xogħol ta’ Valentin de Boulogne – persuni

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-individwu/i li akkumpanjaw (jew li se jakkumpanjaw) ix-xogħol ta' Valentin de Boulogne fit-triqithom lejn New York u Pariġi?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali (AKL) — flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali (AKL) li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari Responsabbli mill-Kunsilli Lokali (KL) jgħid kemm ħadu flus ras għal ras ir-reġjuni kemm ilhom reġjuni u kemm ilha li bdiet tiffunzjona l-Aġenzija LESA, maqsuma sena b'sena? Jista’ jingħata rendikont ta’ x'inhi s- sitwazzjoni finanzjarja tar Reġjuni kif inhi llum? Jista’ jingħata rendikont ta’ kemm jitħallsu kirjiet minn fejn joperaw il-KL u jekk f'dawn il-kirjiet jirriżultax li hemm konflitt ta' interess?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra: 1. Rapport tal-flejjes li r-Reġjuni ngħataw mill-aġenzija LESA, provdut mill-istess aġenzija mit-twaqqif tal-aġenzija i.e.: mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-31 ta’ Ottubru 2016; 2. Balance sheets provduti mill-ħames Kumitati Reġjoanli li juru l-qagħda finanzjarja tagħhom; u 3. Tabella bl-informazzjoni miġbura mingħand il-Kunsilli Lokali li turi l-ħlas tagħhom ta’ kera għall-postijiet minnfejn qed joperaw bħalissa. Intant infurmat li biex wieħed jara jekk hemmx kunflitt ta’ interess, dan ikun jirrikjedi li kull kuntratt tal-kirja jiġi eżaminat u riċerkat biex jinstab jekk hemmx xi parentela bejn il-kerrej u l-membri tal-Kunsilli rispettivi. L-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li dan jirrikjedi riżorsa kbira ta’ ħin, staff u flus. Madankollu, jekk l-Onor. Interpellant għandu xi informazzjoni ta’ allegat kunflitt ta’ interess nitolbu jgħaddieha minnufih lili ħalli nqabbad lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali sabiex jinvestiga.

Ordinanza dwar id-Drittijiet ta’ Xhieda – tariffi riveduti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu riveduti t-tariffi fl-iskeda kollha tal-Kap. 108 tal-Liġijiet ta’ Malta (Ordinanza dwar id-Drittijiet ta' Xhieda)?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Heritage Malta — Dipartiment jew Sezzjoni - elenku ta' impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' impjegati li għandhom parentela ma' xulxin u saħansitra jaħdmu fl-istess Dipartiment jew Sezzjoni f'Heritage Malta? Jista' jinforma l-gradi li jinsabu fihom kull parentela?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoggi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Heritage Malta — Impjegati - parentela

Question

Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' impjegati li għandhom parentela ma' xulxin u jaħdmu ġo Heritage Malta imma f'Dipartiment jew Sezzjoni Differenti? Jista' jinforma l-gradi li jinsabu fihom kull parentela?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: Coordinator Exhibitions, Design & Upkeep Senior Clerk Visitor Services Executive Fort St Elmo Skilled Tradesman Exhibitions, Design & Upkeep Senior Executive Estate management Senior Clerk Visitor Services Head Curatorial Manager Finance Curator Gozo Manager Visitor Services Executive Human Resources Skilled Tradesman Projects

Kunsill Lokali tal-Kalkara — kunsillier li ħebb għal impjegat ta' Heritage Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux informat li Kunsillier Laburista fil-Kunsill Lokali tal-Kalkara ħebb għall-impjegat ta' Heritage Malta quddiem dawk preżenti waqt attività Soċjali organizzata f'April 2016 mill-Isports and Social Club Committee? Jista' jgħid jekk dan il-każ ġiex rapportat lill-pulizija mit-tmexxija ta' Heritage Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-okkazjoni li qed jirreferi għaliha l-On. Interpellant seħħet waqt attività soċjali barra l-ħin tax-xogħol, li għaliha l-persuni kkoncernati kienu preżenti fil-kapaċita personali tagħhom. Dak li ġara jidher li kien limitat għal asserzjonijiet verbali, tant li l-persuni kkonċernati ittransiġew bonarjament il-vertenza bejniethom wara li kkonsultaw mal-avukati tagħhom.

Site Executives — Visitor Services - ċaqliq

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk għandux il-ħsieb li jiġu transferred/posted is-Site Executives li jinsabu fil-Visitor Services wara li s-CEO ġimgħat ilu informa lis-Senior Curators li dawn tal-bidu kienu se jiċċaqilqu? Jekk fl-affermattiv, meta se jsir dan ħalli ma tibqax tirrenja l-inċertezza u d-demotivazzjoni fost dawn l-impjegati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-impjegati ta’ Heritage Malta jiccaqalqu meta jkun il-waqt opportun skond l-esigenzi tal-agenzija

Heritage Malta — proċeduri ta' stampar intern

Question

Jista' l-Ministru jinforma x'inhi l-proċedura preżenti f'dik li hi stampar intern li ġieli sar ġewwa Heritage Malta? Jista' jikkonferma li m'għadux isir stampar u impjegati qed jintalbu mill-Manager Exhibitions & Upkeep li taħtu jaqa' dan id-Dipartiment sabiex ċertu xogħol jiġi outsourced?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ghadu jsir stampar intern f’Heritage Malta, izda dan jiddependi mill-qies mehtieg (ma jistax isir ikbar minn A3 bl-apparat interni), u mill-kwantita, peress li jekk ikunu mehtiega hafna kopji ikun izjed effettiv bhala prezz li dawn jigu outsourced.