Legislature:
Category:
Reset
Active:

Films li nġibdu Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema kienu l-films li nġibdu Malta, wara li daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida li rat it-twaqqif ta' kummissarju tal-films, li bbenefikaw mill-inċentivi ġodda? X'kien l-ammont għal kull produzzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Booklet Hello IT

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-booklet Hello IT? Għand min sar dan il-bookletu lil min ġie mqassam? Jista’ jgħid kif jiġġustifika l-użu tal-lamination meta mil-lat ambjentali l-użu tal-lamination qed jiġi ristrett?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-ktejjeb HelloIT ġie jiswa b'kollox Lm8,455.61. Din l-ispiża hi maqsuma fi Lm3,607.60 li tħallsu lil ANG għad-disinn, tqassim, u tħejjija tal-films u colour separations u Lm4,847.99 li tħallsu lill-Interprint Ltd għall-istampar ta' 2,000 kopja bil-lingwa Ingliza u l,000 kopja bil-lingwa Maltija.Il-ktejjeb hu pubblikazzjoni tal-Ministeru mqassma lil kull min hu interessat f'attivitajiet pubbliċi tal-Ministeru u lil kull min jitlob kopja għalih. L-għazla ta' l-uzu tal-lamination saret għal raġunijiet estetiċi. Ser niġbed l-attenzjoni ta' l-uffiċjali mill-Ministeru dwar l-osservazzjoni ta' l-Onor. Interpellant dwar l-implikazzjonijiet ambjentali ta' din l-għazla.

Siġġiewi — Vultaġġ baxx

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamenteri 11159 u 11454 jista' il-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq il-feeder il-ġdid u s-substation il-ġdida biex jittaffew il-problemi ta' vultaġġ baxx f'Ta' l-Għolja, Triq Ġdida fi Triq it-Tank, Siġġiewi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żabbar — Triq il-Ward

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex bozza li tinsab ma' arblu fi Triq il-Ward, Ħaż-Żabbar, u allura taqa' fir-responsabbilta' ta' l-Enemalta, minkejja li ilha rrapportata aktar minn 15-il ġurnata għadha ma ġietx mibdula? Jista' jgħid ukoll f'kemm suppost tiġi mibdula bozza mill-Enemalta wara li din tkun ġiet irrapportata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li skond ir-rekords il-bozza li saret referenza għaliha ma kinitx irrapurtata. Il-manutenzjoni meħtieġa issa saret fl-14/09/2005. Bħala medja, bozza ddum madwar sitt ijiem biex tinbidel.

Żejtun — Qtugh tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dan l-aħħar qed jinqata' id-dawl ta' sikwit, speċjalment f'ċerti nħawi taż-Żejtun?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-interruzzjonijiet li qiegħda ssir referenza għalihom kienu riżultat ta' ħsarat f'cables taħt l-art u li jiffurmaw parti mis-sistema ta' vultaġġ għoli fl-inħawi tan-nofsinhar ta' Malta.

Fabbriki f'zoni industrijali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki (il-bini) f'kull zona industrijali f'pajjiżna? Jista' jgħid ukoll kemm hemm kumpanniji f'kull zona, liema huma u kemm timpjega nies kull waħda minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għada qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mercury House/Pender Place — Tenders

Question

Jista' il-Ministru jgħid min tefa' offerta għall-bejgħ ta' Mercury House u Pender Place, San Ġiljan u x'kienet l-offerta relattiva ta' kull tenderer?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li wara sejħa pubblika għal offerti li nħarġet nhar il-21 ta' Marzu 2005, żewġ consortia, The Gardens Plaza Consortium u l-Pender Ville Consortium għamlu offerti. L-offerti mitfugħa kienu ta' Lm6,755,000 u Lm10,600,000 rispettivament.

Rabat — Raba' Nemel

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex bozza pubblika ma' St Lawrence Farmhouse, Raba' Nemel, l/o Rabat, għadha ma twaħħlitx meta t-talba għaliha ġiet approvata aktar minn sena ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-twaħħil ta' lampi ġoddda huwa responsabilita' tal-Kunsill Lokali. L-Enemalta hija responsabbli milli tapprova l-proġett u tipprovdi l-kurrent elettriku.

Mellieħa/Għawdex — Impjant għat-tisfija tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-proġetti għal bini ta' impjant għat-tisfija tad-drenaġġ fil-Mellieħa u f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-disinn taż-żewġ proġetti huwa fi stadju avvanzat u x-xogħol fuq is-siti mistenni jibda Novembru din is-sena wara li jinħarġu l-permessi tal-MEPA.

Enemalta/WSC — Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni ġie rivedut il-kont tad-dawl u l-ilma li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kif ukoll għal liema perijodu qed jirreferi dan il-kont?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li rriżulta' li l-meter ta' l-elettriku kien qed jinqara u joħroġ kont fuq numru b'erba' figuri flok b'ħamsa kif kien suppost. Dan irriżulta meta l-meter nqala fis-sena 2003 u ttieħed l-aħħar qari. Id-differenza fuq il-qari, li kienet kollha konsum, tqassmet fuq il-perjodu ta' bejn Ottubru '99 u Novembru '03. Kieku l-kont nħareġ b'konsum kbir fuq l-aħħar qari, kien ikun ferm ogħla.

Tneħħija ta' arblu

Question

Jista' il-Ministru jara li arblu mimli wires li jinsab quddiem dar li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jiġi rranġat minħabba li qiegħed ikerrah l-ambjent?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-wires li jaqgħu taħt ir-responsabilita' ta' l-Enemalta qegħdin kif titlob is-sengħa.

Cape East — Xogħol għat-tarznari Maltin

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13759 u r-risposta mogħtija, jista' il-Ministru jgħid kemm tgħallmu ħaddiema lokali mill-kumpannija Cape East Malta fix-xogħol speċjalizzat li din tippresta lit-tarzna? Kemm tħallset din il-kumpannija barranija għax-xogħol li għamlet matul l-2004 u l-2005?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta drydocks

Question

No question text.

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li f'Ġunju 2004 Malta Shipyards għamlet sejħa pubblika għal numru ta' servizzi u l-kuntratt kellu jingħata b'sistema ta' tender. Cape East Malta Ltd għamlet proposti f'forma ta' tender bħalma għamlu kumpaniji oħrajn. Wara negozjati intiżi biex jinkisbu l-aħjar kundizzjonijiet għat-tarzna intlaħaq ftehim ma' Cape East u ngħatat il-kuntratt. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kronoloġija tal-proċess.

Malta Drydocks

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13762 u r-risposta mogħtija, peress li fl-istorja ekonomika l-ebda "saħħar" qatt ma kien responsabbli għat-tmexxija azjendali jew kellu responsabbilta' simili, jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-prospetti ta' xogħol għat-tarznari ta' Malta sa l-aħħar tas-sena 2005 u l-ewwel sitt xhur tas-sena 2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-prospetti ta' xogħol għat-tarzna fuq il-bażi ta' dak li hu diġa kkuntrattat sal-aħħar tal-2005 huma tajbin. Qed issir ħidma biex jinkiseb xogħol tajjeb għall-bidu tal-2006.

WSC

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi rimedjata l-problema kbira li hemm fil-post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kawżata minn umdita' kaġun ta' ilma li daħal mill-kanen tal-WSC?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa ħadet passi biex tibdel il-kanna tas-servizz tal-blokk tal-flats in kwestjoni b'riżultat li m'hemmx aktar ħruġ ta' ilma.