Dipartiment tas-saħħa — Infermiera li ħarġu bis-sick leave
Question
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija mill-ministru għall-mistoqsija parlamentari 5056, jista' jagħti informazzjoni dwar sick leave ta' nurses li jsofru minn back pain (uġiegħ fid-dahar), minħabba nuqqas ta' statistika f'dan ir-rigward u minħabba l-fatt li bosta nurses jieħdu sick leave minħabba uġiegħ f'daharhom konsegwenza ta' nuqqas ta' faċilitajiet għat-tqandil tal-pazjenti fis-swali? Peress li nħoss li huwa xieraq li l-Parlament ikun informat bl-ispiża konnessa ma' tali sick leave konsegwenza ta' nuqqas ta' faċilitajiet fis-swali, għal darb'oħra nitlob lill-Ministru jagtħi rendikont ta' kemm jammontaw il-ġranet ta' sick leave li ttieħdu mill-infermiera minħabba uġiegħ f'daharhom bejn Jannar u Diċembru 2003?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li kif qed igħid l-Onorevoli Interpellant fl-istess mistoqsija hemm nuqqas ta' statistika, ma għandi xejn x'inżid mat-Tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 5056.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu bil-ħsara l-apparat tal-gastroscope fl-isptar San Luqa? Meta kien bil-ħsara matul is-sena 2003 xahar b'xahar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab informat li hemm sitt gastroscopes fl-isptar San Luqa. Wieħed partikolari kien bil-ħsara bejn il-31/01/03 sas-07/04/03, u bejn il-21/07/03 sa l-20/10/03.
Kien hemm ieħor bil-ħsara bejn l-14/03/03 sa l-14/04/03. Informat li dan il-gastroscope partikolari reġa' kien bil-ħsara fit-13/05/03 u ġie deċiż li ma jintranġax.
Gastroscope ieħor kien bil-ħsara mid-29/07/03 sat-18/11/03. Kien hemm ieħor mit-03/11/03 u għadu ma ġiex irritornat. Gastroscope ieħor kien bil-ħsara mill-05/01/03 sas-26/05/03.
Matul is-sena 2003 dan l-apparat intuża għall-2,108 darba.
L-isptar kiseb is-servizz ta' żewġ gastroscopes oħra.
Il-Gvern Malti qabel fil-prinċipju li jintroduċi l-European Health Insurance Card? Jekk iva, b'seħħ min meta sejjer isir dan - dan aktar u aktar billi ċerti acceding countries bħall Estonia u s-Slovenia sejrin jintroduċuha b'seħħ mill-ewwel ta' Ġunju 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Gvern Malti qabel mad-deċiżjoni tal-Administrative Commission on Social Security for Migrant Workers (CASSTM) li ttieħdet fit-18 ta' Ġunju 2003 biex tiġi ntrodotta l-European Health Insurance Card.
Billi jridu jsiru l-preparazzjonijiet amministrattivi neċessarji biex tiġi implimentata din id-deċiżjoni, l-Ministeru tiegħi, permezz tad-delegazzjoni Maltija li sservi bħala Membru tal-CASSTM talbet formalment li jingħata perjodu transitorju biex Malta tintrduċi l-Card sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2005. Dan il-perjodu transitorju ntalab ukoll minn sitt Membri ġodda, minn ħames Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (Awstrija, Italja, Olanda, Portugall, Renju Unit), kif ukoll minn tliet Membri tal-EFTA (Svizzera, Liechtenstein, Islanda).
Spezzjonijiet fi ħwienet minn uffiċjali tas-sanita'
Question
Jista' il-Ministru jgħid f'Jannar u Frar 2004, f'liema postijiet saru spezzjonijiet fil-ħwienet mill-uffiċjali tas-sanita' u x'passi ttieħdu u l-għala ttieħdu dawn il-passi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol li kellu jsir fuq il-ħajt taċ-ċimiterju tal-Mellieħa li kien fil-periklu li jisfronda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħolijiet neċessarji għall-manutenzjoni meħtieġa fuq il-ħajt indikat issa ġew deskritti mill-perit.
L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tlestew u waslu fl-istadju ta' ħruġ ta Tender, biex wara jinbeda w jitlesta x-xogħol neċessarju.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-berġa ta' Ħ'Attard hix se tiġi refurbished? Jekk iva, fiex se jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm se tkun l-ispiża?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li għall-Berġa ta' Ħ'Attard hemm pjanijiet biex tiġi refurbished. Fil-fatt diġa' saru laqgħat u taħditiet f'Jannar li għadda u ntbagħtu perit u ħadddiema tad-Dipartiment biex jispezzjonaw il-post u jirraportaw.
Il-Kunsill Lokali issa qiegħed jistenna minn naħa tal-AFM biex dawn, bħala s-sidien tal-proprjeta', jagħtu l-permess meħtieġ sabiex id-Dipartiment tal-Kura Primarja jkun jista' jutiliżża l-area li kienet tintuża mill-iScouts u li tagħmel parti mill-kumplesstal-berġa.
L-ispiża ta' dan ix-xogħol għadha ma ġietx stmata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists li għandhom il-grad ta' principal?
Jista' jgħid x'inhuma r-responsabbiltajiet ta' dawn l-occupational therapists li għandhom dan il-grad?
Jista' jgħid fejn qegħdin jaħdmu fil-preżent dawn il-principal occupational therapists?
Jista' jgħid min huwa obbligat li jassumi r-responsabbilta' ta' tmexxija f'każ li xi ħadd minn dawn il-principal occupational therapists ikunu fuq leave fit-tul per eżempju maternity leave?
Jista' jgħid jekk hemmx xi kumpens għal min jassumi tali responsabbilta' (principal occupational therapist) mingħajr ma jkollu l-grad?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellent.
Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' kemm hemm sodod fixed height sala b'sala (swali kollha) fl-isptar San Luqa?
Kemm hemm hydraulic beds (jiġifieri li jistgħu jitilgħu u jinżlu) sala b'sala (swali kollha) fl-isptar San Luqa?
Kemm hemm lifters (manual hoists u electronic hoists) sala b'sala (swali kollha) fl-isptar San Luqa?
Kemm hemm hydraulic beds li għandhom bżonn tiswija sala b'sala (swali kollha) fl-isptar San Luqa?
Kemm hemm lifters (manual lifters u electronic lifters) bil-ħsara sala b'sala (swali kollha) fl-isptar San Luqa?
Min hu responsabbli mill-manutenzjoni u mit-tiswija tal-hydraulic beds u lifters fl-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni ghadha qed tingabar. Risposta tinghata aktar tard.
Sptar San Luqa — Taħriġ fuq tqandil għall-infermiera u paramediċi
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa organizzawx xi forma ta' taħriġ fuq tqandil (lifting and handling) ta' pazjenti għall-infermiera u paramediċi ta' l-isptar San Luqa bejn Jannar 2003 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab informat li d-dipartiment tal-post registration studies fi ħdan l-istitut għall-kura tas-saħħa (IHC) joffri l-kors ta’ lifting and handling (Moving and Handling) bħala wieħed mill-korsijiet, liema kors ma ġiex offrut għall-perjodu sena 2003/04 minħabba konkorrenza baxxa.
Hemm il-ħsieb li tali kors jiġi offrut għas-sena 2004/05.
Dipartiment tas-saħħa — Infermiera li ħarġu bis-sick leave
Question
Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' kemm jammontaw il-ġranet ta' sick leave li ttieħdu mill-infermiera minħabba wġiegħ f'darhom bejn Jannar u Diċembru ta' l-2003?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ammont kbir ta' siegħat ta' xogħol minn numru ta' impjegati tad-Diviżjoni u dan iwassal għal nefqa żejda mill-fondi pubbliċi, l-Onor. Interpellant huwa mitlub li jindika l-utilita' tal-Mistoqsija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:
2004(Jannar u Frar)
Diviżjoni tas-Saħħa Lm3,823
Sptar Monte Karmeli Lm 176
Medical Products Regulatory Authority Lm 483
(qabel magħrufa bħala Medicines Regulatory Unit)
Neqfa sħiħa għas-sena 2003
Diviżjoni tas-Saħħa Lm24,100
Sptar Monte Karmeli Lm 542
Medicines Regulatory Unit Lm 2,112