Peress li d-direttur tad-Diviżjoni tas-Saħħa, jgħid li jrid inaqqas mill-infiq għal ħlas ta' overtime fl-Isptar Monte Carmeli għaliex f'dawn l-aħħar xhur, ċerti gradi ta' mpjegati bħal skrivani, bajjada, WTOs, supervisors, fattigi u saħansitra anke l-hairdresser, ġew eġevolati billi biddlulhom ir-roster tax-xogħol, u ngħatawlhom ammont konsiderevoli ta' sigħat biex fejn qatt qabel ma ħadmu overtime, jibdew jaħdmu huma wkoll?
X'sens jagħmel li ċertu xogħol qed jibda jsir fil-Ħdud u l-festi biex isir ħlas doppju, flok ma jsir fost il-ġimgħa?
Kemm tħallas overtime ta' dawk il-kategoriji ta' mpjegati esklużi nurses, fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ta` min jgħid li l-kontroll tal-overtime qed isir fuq il-gradi kollha mhux biss fl-isptar Monte Carmeli izda f`kull settur tad-Diviżjoni tas-Saħħa.
Matul is-sena 2000, la nbiddlu rosters u lanqas ngħataw oħrajn ġodda. Mill-gradi ta` ħaddiema msemmija, dawk li jagħmlu xogħol ta` overtime il-Ħadd huwa kif ġej:
No.1 W.T.O.
No.1 Supervisor
No.2 Drainage Workers
No.1 Hair dresser
Il-W.T.O., is-Supervisor u d-drainage workers jaħdmu madwar ħames sigħat fil-waqt li l-Hairdresser taħdem xi sagħtejn. Din ta` l-aħħar tagħmel xogħol il-Ħdud biex tagħti dehra aħjar il dawk il-pazjenti li jkunu se joħorġu bil-leave. Ta` min jgħid ukoll li nhar ta` Ħadd ikun hawn aktar viżitaturi mis-soltu u għalhekk qed jingħata servizz ta` hair dresser `l dawk il-pazjenti li jkunu jridu jirranġaw xagħarhom.
Il-fattigi ukoll jaħdmu xogħol ta` overtime il-Ħadd iżda dan isir ġewwa l-wards biex tinżamm aktar indafa.
Fl-ewwel tliet xhur ta` din is-sena, l-overtime mħallsa lill-impjeġati (eskluż n-nurses) jammontaw għal LM56,000.
Peress li dan l-aħħar ingħatat tweġiba fil-Parlament dwar waiting lists ta' konsulenti fil-kirurġija, jista' l-Ministru jindika x-xogħol li sar minn kull firm fil-qasam tal-kirurġija f'dak li huwa: (a) operazzjonijiet;b) konsultazzjonijiet fil-qasam tal-out-patients; u (ċ) turn over ta' pazjenti fis-swali tul is-sena li għaddiet u din is-sena s'issa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għas-sena 1999 kienet kif tidher hawn taħt:
(a) OPERAZZJONIJIET
Firm-Konsulent Numru
------------------------------------------- --
DR. A. CARUANA GALIZIA 651
DR. A GALEA DEBONO 2
DR. A. ZRINZO 120
DR. ALBERT FENECH 1
DR. C. MALLIA 7
DR. C. MALLIA AZZOPARDI 4
DR. C. VELLA 6
DR. E. FARRUGIA 19
DR. E. PULLICINO 312
DR. H. FELICE 6
DR. J. AZZOPARDI 9
DR. J.M. CACCIATOLO 108
DR. J. VAN T`VERLAAT 195
DR. L. BUHAGIAR 8
DR. M. IAPPELLI 1
DR. M.P. VELLA 2
DR. M. VASSALLO 361
DR. R. PARASCANDOLO 1
DR. S. MONTFORT 82
DR. SIMON ATTARD MONTALTO 7
MR. A. ATTARD 813
MR. A. BERNARD 586
MR. A. BIANCHI 25
MR. A. CASSAR 324
MR. A.G. FELICE 1188
MR. A. GATT 536
MR. GRIXTI SOLER 524
MR. A. MANCHE 434
MR. A. ZAMMIT 1050
MR. BENSON 3
MR. C. APAP BOLOGNA 413
MR. C. FEARNE 419
MR. C. GRIXTI 506
MR. C. SAVONA VENTURA 456
MR. C. SCIBERRAS 706
MR. C. SWAIN 1598
MR. D. FELICE 447
MR. D. GATT 1054
MR. D. SAMMUT 12
MR. F. BONELLO 650
MR. F. ZAMMIT MAEMPEL 669
MR. G. BUTTIGIEG 925
MR. G. FELICE 972
MR. I. VELLA 801
MR. J. PACE BALZAN 777
MR. K. GERMAN 1242
MR. LEHOVSKY 21
MR. N. FORMOSA 478
MR. N. MONTANARO GAUCI 662
MR. P. BURGE 4
MR. T. FENECH 920
MR. T.R. MORLEY 25
PROF. A.J. PSAILA 4
PROF. C.L. CUTAJAR 839
PROF. G. LAFERLA 1039
PROF. H. GALEA 59
PROF. M. BRINCAT 764
Unspecified 517
--------------------------------------------- -
Total 24364
------------------------------------------- ---
(b) KONSULTAZZJONI FL-OUT-PATIENT
Consultant New Cases Follow-ups
------------------------------------------------ ---
Prof. C.L. Cutajar 806 2795
Prof. G. Laferla 776 1831
Mr. C. Swain 1112 2360
Mr. A. Zammit 1190 2832
Mr. A. Attard 880 2098
Mr. N. Formosa 934 1044
Mr. D. Gatt 1258 2199
Mr. A. Felice 928 2880
------------------------------------------ --------
(c) TURNOVER
SWALI ADMISSIONS DAY CASES
------------------------------------------- -------
General Surgery 8704 17
Urology 1404 4
Cardiothoracic 1271 362
Orthopaedic 2875 847
Neurisurgical 300 -
Paediatric 1881 -
ENT 1570 31
Ophthalmic 1970 1331
Burns unit 114 275
Endoscopy - 3216
Day Surgery Unit - 4719
-------------------------------------------- -------
L-informazzjoni għal din is-sena għada qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn spiżeriji f'Malta u Għawdex u fejn jinsabu f'kull lokalita'?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhi l-proċedura sabiex jinfetħu aktar spiżeriji?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li f'Malta u Għawdex jeżistu total ta' mitejn u seba' spiżerija. Il-lokalitajiet fejn jinsabu dawn l-ispiżeriji qegħdin indikati fil-lista (Dok. A) annessa.
Peress li diskussjonijiet dwar proċedura sabiex jinfetħu aktar spiżeriji għadhom għaddejjin, risposta ma tistax tingħata f'dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin, ta' każijiet, f'Malta u f'Għawdex separatament, ta'
LUPUS ERYMATOSUM u ta' mard ieħor li jista' jkun konness ma' din il-kondizzjoni bħal: (a) Raynaud's Disease; (b) Crest Disease; u (ċ) Rheumatoid Arthritis?
X'inhu n-numru ta' każijiet ta' pazjenti li jsofru minn Still's Disease, tul l-istess perijodu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-mard li semma l-Onorevoli Interpellant mhuwiex notifikabbli lill-awtoritajiet tas-Saħħa u għalhekk ma hemmx statistika nazzjonali fuqu. Mit-tagħrif miġbur fl-isptar San Luqa jirriżulta li fl-isptar daħlu numru ta' pazjenti b'dan il-mard, kif jidher hawn taħt:
Mard 1995 1996 1997 1998 1999
__________________________________________________ ____
Systemic Lupus
Erythematosus 31 17 9 14 9
Raynaud's Disease 6 0 3 10 1
Crest Syndrome* n/a n/a n/a n/a 0
Rheumatoid Arthritis 16 19 20 9 32
__________________________________________________ _____
* Qabel l-1999 ma kien hemm l-ebda `code' speċifika għal
Crest Syndrome.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet konkreti jeżistu sabiex titħeġġeġ il-kisba ta' ħiliet ta' Stress Management fost il-Maltin u l-Għawdxin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-problema ta' stress fost il-poplu Malti u Għawdxi hija waħda li għad trid tiġi studjata b'mod xjentifiku. Dan it-tip ta' riċerka tista' tagħti direzzjoni biex jiġi mfassal pjan nazjonali sabiex l-istress jiġi meqjus fuq livell ta' risk factor.
Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa kellu opportunita' li jagħmel intervent fuq `focus groups' fil-kommunita' bit-tema ta' `Stress Management'. Iżda, dan is-servizz huwa limitat peress li r-riżorsi ta' Dipartiment sa llum ma jagħtux possibilta' li ssir fuq bażi nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-psikjatri u psikologi fi ħdan id-diviżjoni tas-saħħa jmexxux support groups għal xi kategorija ta' persuna fid-diffikulta', u jekk fl-affermattiv, x'tip ta' support groups imexxu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari qegħda tinġabar u r-risposta tingħata aktar tard.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta tipprovdix trattament ta' botulinum toxin biex inaqqas l-ispastiċita' fi tfal b'Cerebral Palsy?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Botulinum Toxin qiegħed jiġi wżat f'ċerti każijiet fi tfal bi problemi njuroloġiċi, li jinkludi dawk b'Cerebral Palsy. Dan żgur li m'huwiex trattament normali għal kull każ ta' Cerebral Palsy u fil-fatt jingħata biss f'ċertu ċirkustanzi ta' din il-marda.
F'Malta, meta jkun hemm xi pazjent li jista' jkollu bżonn Botulinum Toxin, aħna nirreferu dan il-każ lil Prof. Brian Neville, Great Ormond Street Hospital For Sick Children London, għall-opinjoni tiegħu. Wara eżami njuroloġiku, ortopediku u eżami njurofiżjoloġiku dettaljat mit-Team tiegħu, jiġi deċiż jekk ikunx hemmx bżonn dan it-trattament jew le.
Jista' l-Ministru jelenka l-membri kollha tal-Kummissjoni Nazzjonali tas-Saħħa Mentali u jindika mil-liema oqsma ta' rappreżentanza ġejjin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-membri kollha tal-kummissjoni Nazzjonali tas-Saħħa Mentali huwa kif jidher hawn taħt.
Name and Surname Present Occupation Position on
Commission
-------------------------------------- ----------------
Prof. M`Therese Prof. of Anatomy- Chairperson
Camilleri Podesta University of Malta
------------------------------------------------ ------
Dr. Ray Busuttil Director General- Member
Health
------------------------------------------------ ------
Mr Joseph Saliba Director of Psychiatry- Member
Mount Carmel Hospital
---------------------------------------- --------------
Dr. Angela Abela Lecturer Clinical- Member
Psychology
------------------------------------------------ ------
Mr Paul Sciberras Clinical Psychologist Member
Mount Carmel Hospital
------------------------------------------------ ------
Ms Liliana Caruana- Housewife Member
Colombo
------------------------------------------------ ------
Prof Mark Prof-Insitute of Member
O`Callaghan Health Care-Health
Services Management
Division SLH
--------------------------------------------- ---------
Ms Louise Xerri Social Work Co- Member
Ordinator - MCH
--------------------------------------------- ---------
Mr. Joseph Busuttil Occupational Therapist- Member
MCH
--------------------------------------------- ---------
Mr Joseph Borg Manager Nursing Services Member
MCH
--------------------------------------------- ---------
Mr Charles Pace Lecturer-University Member
of Malta
------------------------------------------- -----------
Hon Ms Dolores Member of Parliament Member
Cristina
------------------------------------------------ ------
Ms Marisa Micallef Chairperson Housing Member
Leyson Authority
--------------------------------------- ---------------
Ms Connie Magro Nursing Officer- Member
Mental Health
Association
------------------------------------- -----------------
Ms Elaine Bonello Occupational Psychologist Member
E.T.C.
------------------------------------------ ------------
Mr Joe Gerada Chief Executive Officer Member
SWDP
-------------------------------------------- ----------
Ms Rita Formosa Executive Officer- Member
Customs Dept.
------------------------------------------- -----------
Ms Doris Gauci Manager - Villa Chelsea Secretary
--------------------------------------- ---------------
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mis-7 ta' Mejju, 1987 sal-25 ta' Ottubru, 1996?
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' mpjieg ingħataw dawn il-ħaddiema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bħal ma kelli l-okkażjoni nirrispondi f`dan it-tip ta` mistoqsijiet, sakemm ma tingħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex riħa xejn pjaċevoli li qiegħda tkun hemm fis-Sala San Franġisk fl-Isptar San Vinċenz de Paule titneħħa peress li qed tkun ta' inkonvenjent kemm għall-pazjenti tas-sala kif ukoll viżitaturi li jżuru l-qraba tagħhom f'din is-sala?
Jista' l-Ministru jgħid jekk din ir-riħa hijiex kawża ta' nuqqas ta' ndafa f'din is-sala?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa segwiex l-Unjoni Ewropea li f'direttiva ordnat it-tneħħija mis-suq ta' mediċini li jneħħu l-ġuħ u b'hekk jintużaw minn nies li jkunu qed jagħmlu d-dieta? Kemm hemm minn dawn il-mediċini għall-bejgħ f'Malta? Dawn jittieħdu bi preskrizzjoni speċjali fuq karta maħruġa mid-dipartiment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tas-Saħħa isegwi x`jiġri f`pajjiżi oħra inkluz dawk ta` l-Unjoni Ewropeja, imma ma jiġix infurmat immedjatament u uffiċjalment fuq deċiżjonijiet ta` l-awtoritarjiet tas-saħħa dwar tneħħija jew sospensjoni ta` mediċini minn fuq s-suq.
L-informazzjoni li rċieva d-dipartiment tas-saħħa dwar it-tneħħija ta` mediċini tal-ġuħ minn fuq is-suq Ewropew s`issa kienet biss opinjoni tal-kumitat espert li ġiet referita lill-Kummissjoni Ewropeja. Id-dipartiment għadu ma rċieva l-ebda pożizzjoni uffiċjali li ħadet il-Kummissjoni Ewropea dwar dan ir-rigward.
Huwa l-obligu u r-responsabilita` tal-persuna risponsabli fi ħdan il-kumpanija importatriċi tal-prodott li tinforma lid-dipartiment tas-saħħa dwar bdil fil-liċenzjar tal-prodotti konċernati barra minn Malta.
Tnejn mill-prodotti li għandhom `fenfluramine` u `dex-fenfluramine` bħala ingredjenti kienu ġew irtirati mis-suq lokali fis-17 ta` Settembru 1997. L-uniku mediċina li għad hawn fuq is-suq lokali hija `phentermine` li tiġi preskritta fuq riċetta ħadra bħala mediċina kontrollata. Din il-mediċina ma titqassamx lill-pazjenti mis-servizz governativi.
Id-dipartiment segwa mill-qrib din is-sitwazzjoni u rċieva informazzjoni fis-6 t`April mill-awtorita tas-Saħħa Ingliża wara deċiżjoni li ttieħdet mill-kummissjoni Ewropeja. Id-dipartiment ħa azzjoni ibbażata fuq din id-deċiżjoni u waqqaf l-importazzjoni u t-tqassim tal-mediċina `phentermine` minn fuq is-suq lokali. It-tobba u l-ispiżjara kollha ġew notifikati dwar din id-deċiżjoni b`ċirkulari maħruġa mid-dipartiment tas-Saħħa fis-7 t`April 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw siringi b'xejn mill-isptarijiet, kliniċi tas-saħħa, eċċ. separatament għax-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Ikun possibbli li jingħad kemm inġabru minn dawk li jabbużaw mid-droga?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:
Sirinġi Siringi lill-persuni li TOTAL
lill-dijabetiċi abbużaw mid-droga
--------------------------------------- ------------------------
Jannar 2000 24362 11582 35944
------------------------------------------------ ---------------
Frar 2000 24404 10822 35226
___________________________________________ ____________________
Marzu 2000 25662 13399 39061
___________________________________________ ____________________
TOTAL 74428 35803 110,231
_________________________________________ ______________________
Is-servizz ta' dentist huwa b'xejn għal-liema kategorija ta' pazjenti (adulti, tfal, eċċ) fl-Isptar San Luqa bħala in-patients u out-patients u fiċ-ċentri tas-saħħa?
Il-prostheses li jirrakkmanda dentist huma b'xejn għal-liema kategorija ta' pazjenti (adulti, tfal, eċċ) fl-Isptar San Luqa u fiċ-ċentri tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-servizz ta' dentist hu b'xejn għal dawn il-kategoriji ta' pazjenti fl-isptar San Luqa (in-patients u outpatients) u fiċ-ċentri tas-Saħħa:
A. Intitolati għal kura komprensiva li tinkludi mili tas-snien u
protesi (ta' materjal u kostruzzjoni permessi mill-
laboratorju dentali):
(a) Tfal li jattendu l-iskola sa ma jagħlqu s-sittax-il sena
(tinkludi kura bl-Ortodontja u ma tinkludix mediċinali jekk
mhux intitolati taħt (b);
(b) persuni ntitolati għall-karta roża
(ċ) il-Pulizija u l-Forzi Armati ta' Malta sar-rank ta'
Non-Commissioned Officers
(d) persuni qed jiskontaw sentenza fil-Faċilita' Korrettiva
Kordin u fis-Substance Abuse Therapeutic Unit tal-Mtaħleb
(e) residenti fiċ-Ċentri u sptarijiet tal-anzjani u tal-kura
mentali (tal-Istat)
(f) persuni oħrajn rikoverati fi Sptarijiet tal-Istat għal mard
kroniku inkluż l-Isptar Boffa
(ġ) pazjenti bi ħtiġijiet mediċi speċjali
(B) Intitolati għal kura parzjali i.e. dijanjosi inkluż
investigazzjonijiet radjografiċi u tal-laboratorju; kura ta'
natura preventiva inkluż tindif tas-snien, medikazzjonijiet
topiċi fil-ħalq, splints għal sfunzjonijiet dento-maxillo-
faciali (eskluż l-Ortodontja); kura kirurġika taħt
anestesija lokali u ġenerali
(a) Il-popolazzjoni ġenerali ta' Malta
Jistgħu jingħataw mediċinali b'xejn għal perjodu massimu ta' tlitt ijiem lil dawk il-pazjenti li jintbagħtu lura d-dar mis-swali tal-Isptarjiet tal-Istat.
Każijiet speċjali fejn tintilef protesi waqt li l-pazjent ikun rikoverat ġos-swali jiġu kkunsidrati fuq il-merti tagħhom u x-xogħol tar-restawr jista' jingħata b'xejn mill-Isptar kkonċernat.
Peress li fl-inħawi taċ-ċentri tas-saħħa fil-Furjana qed jinstabu ħafna siringi wżati, tista' tinbidel il-proċedura li biha sabiex wieħed jingħata siringa ġdida jrid jirritorna dik użata?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-proċedura li sabiex wieħed li jabbuża mid-droga jingħata siringa ġdida irid jirritorna dik użata kienet konsidrata u studjata. Il-konklużjoni kienet li għal ħafna raġunijiet din ma kienetx prattika fiċ-ċirkostanzi lokali, primarjament għaliex jekk din tiġi inforzata, min ma jirritornax is-siringa irid jiġi irrifjutat bil-konsegwenzi kollha li jistgħu jirriżultaw. Is-sistema ta` studjata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar bejn l-1987 u l-1996 mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bħal ma kelli l-okkażjoni nirrispondi f`dan it-tip ta` mistoqsijiet, sakemm ma tingħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2000, kemm saret sorveljanza biex jiġi żgurat li l-fossa ma tfurx fi Triq Galilei fil-Kortin tal-Mellieħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li sorveljanza fuq il-fossa fi Triq G. Galilei, Kortin, Mellieħa fl-ewwel tliet xhur tas-sena saret mill-ispettur tas-Saħħa tad-distrett fid-dati segwenti: 13 u 21 ta` Jannar 2000, 3, 14 u 25 ta` Frar 2000, 8 u 23 ta` Marzu 2000.
Din il-fossa qegħda tiġi mbattla regolarment kull gimgħa u l-ebda ilment li din il-fossa kienet qegħda tfur matul il-perjodu ndikat ma` ġie irrapurtat lil dan id-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-1987 u 1996 sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Diġa kelli l-okkażjoni nirrispondi li f`dan it-tip ta` mistoqsijiet, sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni li f`dan il-każ tkopri disa` snin.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-enrolled nurses li applikaw biex jidħlu fulltime mad-dipartiment tal-kura ta' l-anzjani, u li fl-4 ta' Marzu ħareġ ir-riżultat ta' l-interviews tagħhom, se jingħataw iċ-ċertifikat ta' l-appointment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li, kuntrarju għal snin ta' l-imgħoddi, din is-sena l-faċċata ta' l-Isptar San Luqa ma kenitx mixgħula fil-jiem tal-festi ta' Jum il-Ħelsien kif kien isir fi snin imgħoddija? Jekk iva, għaliex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li s-switch li jixgħel il-faċċata ma nxtegħelx bi żvista.