Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4745 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Ġbir ta' boll/capital gains tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabar boll u capital gains tax f'Għawdex f'trasferimenti ta' proprjeta' mmobbli minn Jannar sas-6 ta' Settembru, 1998 u mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

L-ammont ta` dħul mit-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti ta` proprjeta` immobbli imħallas fl-Uffiċċju ta` Għawdex mill-1 ta` Jannar 1998 sas-6 ta` Settembru, 1998 kien ta` Lm492,566.77,0 u mis-7 ta` Settembru 1998 sas-16 ta` Frar, 1999 kien ta` Lm335,035.16,0. L-ammonti ta` dħul mit-taxxa fuq qliegħ kapitali mħallsa fl-Uffiċċju ta` Għawdex kienu ta` Lm160,005.50,0 għall-perjodu mill-1 ta` Jannar, 1998 sas-6 ta` Settembru, 1998 u ta` Lm137,746 għall-perjodu mis-7 ta` Settembru, 1998 sas-16 ta` Frar, 1999.
Leg 9 PQ #3569 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment, b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Dipartiment Numru u Ditta Meta Nxtraw Kemm swew Lm Ministeru 2 Hewlett Packard Scanjets 1996-97 578 Dwana 1 Hewlett Packard Scanjet 4C 1995 500 Kuntratti 1 Hewlett Packard Scanjet 4P 1996 289 Taxxi Interni 2 Hewlett Packard 1997 400 VAT Xejn -- -- Lottu Pubbliku Xejn -- -- Teżor Xejn -- --
Leg 9 PQ #4555 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

UE — Taxxi/dazji

Question

Peress li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3712, ma kienx spjegat x'inhi s-sitwazzjoni tad-dazju fuq materja prima importata mill-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jkompli jwieġeb id-domanda u ċioe' jgħid jekk id-dazju huwiex se jkun eżentat?

Response (DALLI, JOHN)

Is-sitwazjoni, fir-rigward ta` eżenzjonijiet għandha tkun dik li daħlet fis-seħħ fl-1 ta` Jannar 1995. Fir-rigward tar-rati, billi l-Gvern soċjalista kien ċaqlaqhom mal-introduzjoni tas-sisa, dawn għadhom l-istess kif daħlu fis-seħħ fl-1 ta` Lulju 1997.
Leg 9 PQ #4629 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Sistema tar-refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-konsumatur se jkun jaf min huma dawk in-negozjanti li daħlu jew ma daħlux għas-sistema tar-refunds kif stipulat permezz tal-liġi tal-VAT, jiġifieri dawk li suppost jiġbru l-VAT jew le?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bil-liġi l-ġdida tal-VAT, ħwienet u operaturi oħra ekonomiċi li jagħżlu li jibqgħu barra mis-sistema tar-refunds xorta waħda għandhom l-obbligu li jagħtu rċevuta fiskali jew fattura skond il-liġi. Dawn l-operturi għandhom l-obbligu li jaraw li l-irċevuti jew fatturi li jagħtu jkunu mmarkati bil-kliem EXEMPT fil-każ ta` fatturi u rċevuti fiskali maħruġa bl-idejn, jew bl-ittra EXP fil-każ ta` rċevuti fiskali maħruġa bil-cash register. B`hekk il-konsumatur ikun jista` jgħid jekk dak l-operatur lijixtri mingħandu jkunx qedjiġbor il-VAT jew le. Mill-banda l-oħra, dawk l-operaturi li jagħżlu li jibqgħu barra mis-sistema tar-refunds għandhom ukoll l-obbligu li jirreġistraw mad-Dipartiment tal-VAT bħala persuni eżenti fuq reġistru separat. Għaldaqstant id-Dipartiment ikun jista` jivverifika jekk dawn l-operaturi humiex jimxu mal-liġi f`dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #4771 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Yacht chartering

Question

Billi diversi pajjiżi għandhom taxxa baxxa fuq il-yacht chartering, jista' l-Ministru jgħid jekk f'pajjiżna tapplikax il-VAT bil-15% f'dan ir-rigward, u jekk iva, hemmx ħsieb li nipprovaw insaħħu l-competition edge tagħna f'dan is-settur li jirrendi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-yacht chartering huwa suġġett għat-taxxa tal-VAT bir-rata ta` 15%. Ir-rata preferenzjali ta` 5% tapplika biss għall-akkomodazzjoni turistika.
Leg 9 PQ #4855 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li biha jimxi d-dipartiment ta' l-Inland Revenue dwar nies li għandhom jieħdu refunds ta' taxxa żejda li tkun tħallset? Huwa minnu li jekk ma jkunx hemm flus ivvotati min għandu jieħu ma jieħux ir-refund? Hemm xi limitu ta' snin li persuna tista' ddum tistenna biex tieħu lura r-refunds? Kemm fil-fatt kien hemm flus ivvotati għar-refunds mill-1992 sal-lum sena b'sena? Huwa possibbli li min ilu jistenna biex jieħu refund ta' Lm650 mill-1992 jingħata dan ir-refund bl-imgħax?

Response (DALLI, JOHN)

Il-flus ivvotati għar-refunds mill-1992 sal-lum kienu ta` Lm18,241,000 maqsuma hekk: 1992 2,000,000 1993 1,500,000 1994 1,500,000 1995 1,400,000 1996 3,000,000 1997 3,000,000 1998 2,841,000 1999 3,000,000 Kif diġa kelli l-okkażjoni ngħid is-sistema tar-refunds fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni għandha tinbidel u kulmin ikollu jieħu lura xi taxxa li tkun tħallset żejda din għandha titħallas lura fi żmien determinat, u jekk id-Dipartiment jonqos li jħallas f`dan iż-żmien ikollu jħallas l-interessi. Il-lum il-liġi ma tipprovdix sa meta għandu jsir il-ħlas tar-refunds jew li dawn għandhom jitħallsu b`xi imgħax. Kif għidt fil-Mistoqsija Parlamentari numru 4674 l-ammont ta` ħlas ta` refunds huwa marbut mal-flus ivvotati fl-estimi finanzjarji annwali. Meta d-Dipartiment jiġi biex jiddetermina liema refunds għandhom jitħallsu jieħu in konsiderazzjoni diversi fatturi bħalma huma l-ammont dovut, kemm ilu dovut, il-kategorija tat-taxpayer u dan dejjem fil-kuntest tal-flus ivvotati.
Leg 9 PQ #4225 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Ħlas minn DJ's barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallsu taxxi DJ's barranin li qed jieħdu sehem fir-rave parties li qed isiru? Mingħajr ma nsemmi ismijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm ħallsu kull wieħed?

Response (DALLI, JOHN)

Fid-Dipartiment ma jinżammux records ta` barranin impjegati lokalment bħala entertainers f`kategoriji differenti, imma mħalta kollha f`daqqa. Kull barrani li għandu working permit, min jimpjegaħ, jinżamm responsabbli għal kull taxxa li dak il-barrani jista` jkollu xi jħallas anke wara li l-barrani jkun telaq minn Malta.
Leg 9 PQ #4297 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Roħs fil-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk illum, xahar wara mill-introduzzjoni tal-VAT, għadux bil-fehma li esprima jumejn wara l-Budget ta' l-1999, fis-sens li bil-VAT kellhom jorħsu 40,000 prodott? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti li raħsu u b'kemm raħsu? Jekk le, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wassluh biex jibdel il-fehma tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Jekk wieħed jara r-rapport fuq l-impatt soċjali li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jara li hemm eluf ta` prodotti li għandhom jorħsu bl-introduzzjoni tal-VAT. Dawn huma l-prodotti kollha li l-Gvern li kien jagħmel parti minnu l-Onor Interpellant impona fuqhom taxxa tal-Konsum ta` 21% u li issa din tniżżlet għal 15%. Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Gvern li kien jagħmel parti minnu kellu pjani biex il-prodotti kollha maħdumin Malta wkoll jispiċċaw b` taxxa ta` 21%.
Leg 9 PQ #4738 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Finanzi

Għawdex — Proprjeta' mmobbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet akkwistata proprjeta' mmobbli f'Għawdex minn persuni li m'humiex residenti f'Għawdex bil-permess tal-Ministru tal-Finanzi bl-AIP minn Settembru 1998 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Ħmistax-il permess ingħataw taħt l-Att dwar l-Akkwist ta` Proprjeta` Immobbli minn Persuni mhux Residenti biex persuni li mhumiex residenti f` Għawdex ikunu jistgħu jakkwistaw proprjeta` immobbli f`Għawxdex matul l-1 ta` Settembru, 1998 sal-15 ta` Frar, 1999.
Leg 9 PQ #4746 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonijiet — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienet il-persuna barranija li ġiet ikkummissjonata sabiex tħejji rapport dwar il-pensjonijiet u materji oħra relatati mill-Ministru preċedenti tiegħu? Kemm tħallset din il-persuna għar-rapport li għamlet? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan ir-rapport?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-predeċessur tiegħi fl-amministrazzjoni l-oħra kien ikkummissjona rapport dwar il-pensjonijiet u materji relatati minn Watson Wyatt Actuaries ta` Surrey, fir-Renju Unit liema rapport kien sotomess f`Awissu 1998. Dan ir-rapport kien finanzjat mill-Middle Sea Insurance Co. Ltd u mill-Mid Med Life Assurance Co Ltd. Peress li dan ir-rapport baqa` fi stadju ta` `draft` ma nħossx li għandi nqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #4747 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Bord ta' l-Appell

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4505 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u ċioe' jista' l-Ministru jgħid u jara meta se jibdew jinstemgħu l-appelli ta' l-1995 u l-1996 tal-VAT quddiem il-bord ta' l-appell? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pendenti petizzjonijiet ta' l-appell quddiem dan il-bord u kemm s'issa ġew deċiżi mill-1995 'il hawn? Jista' l-Ministru jara wkoll kemm hemm pendenti f'dak ta' CET quddiem l-istess bord ta' l-appell?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-smiegħ ta` l-appelli mill-Bord ta` l-Appelli tal-VAT beda f`Mejju ta` l-1996. In-numru ta` appelli pendenti sas-17 ta` Frar 1999 kien ta` 1,125, filwaqt li n-numru ta` appelli li ġew deċiżi sa` l-istess data kien ta` 396. In-numru ta` appelli pendenti quddiem it-Tribunal ta` l-Appelli tas-CET sas-17 ta` Frar kien ta` 230.
Leg 9 PQ #4766 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħareġ benefiċċji soċjali l-gvern, benefiċċju b'benefiċċju, mill-1979 'il quddiem u kemm ibbenefikaw nies sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #4767 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonijiet

Question

Wara l-istudji preliminari dwar pensjonijiet li saru minn WATSON Wyatt ACTUARIES u mis-Sur Reno Camilleri għall-MCED, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi studji oħra f'isem il-gvern preżenti dwar il-pensjonijiet mill-elezzjoni ġenerali 'il hawn?

Response (DALLI, JOHN)

Wara l-istudju dwar il-pensjonijiet li kkummissjona l-Onorevoli Interpellant meta kien Ministru tal-Finanzi, ma sar l-ebda studju ieħor dwar din il-materja f`isem il-Gvern preżenti.
Leg 9 PQ #4770 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Taxxi ġodda

Question

Il-gvern qiegħed jikkonsidra, permezz tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, li jdaħħal inċentivi ġodda ta' taxxa li jiffavorixxu t-tkabbir tas-sehem tal-leasing f'pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni qiegħed jipprepara draft regulations li għandhom jirregolaw il-mod kif jiġu intaxxati transazzjonijiet ta` finance leasing f`pajjiżna. Meta dawn jitlestew isiru l-konsultazzjonijiet neċessarji mal-korpi interessati, u wara jidħlu fis-seħħ permezz ta` Legal Notice.
Leg 9 PQ #4772 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

National insurance/dejn nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-fond tan-national insurance kif ukoll id-dejn nazzjonali fis-snin 1958, 1960 u 1970?

Response (DALLI, JOHN)

Sena National Insurance Fund Dejn Nazzjonali Lm Lm 1958 1,097,426 1,247,390 1960 1,400,227 2,878,350 1970 1,189,386 31,542,930
Leg 9 PQ #4775 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Servizz Pubbliku — Ftehim kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għadhom ma rċevewx l-arretrati dovuti mill-Ftehim Kollettiv? Meta hemm il-ħsieb li jkun irċevihom kulħadd?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Dipartiment tat-Teżor awtorizza l-ħlas ta` arretrati skond kif stabbilit mill-Ftehim Kollettiv lil kull kategorija ta` Uffiċjali Pubbliċi \ Impjegati tal-Gvern li għan-nom tagħhom saret talba f`dan ir-rigward mid-dipartimenti konċernati u liema ħlas kien ukoll konfermat mill-Uffiċċju tal-Management u Personnel fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Infakkar ukoll lill-Onor Interpellant li jekk jaf b`xi każ partikolari fejn il-ħlas ta` arretrati għadu ma sarx jgħarraf b`dan lid-Dipartiment tat-Teżor ħalli l-każ ikun jista` jiġi investigat.
Leg 9 PQ #4800 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

Indiċi tal-Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna f'liema okkażjonijiet is-Segretarju Parlamentari għas-Self Employed uża l-politika ta' persważjoni biex jikkonvinċi xi importaturi jew bejjiegħa biex iraħħsu l-prezzijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #4801 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

Indiċi tal-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-prodotti li roħsu skond price list ta' supermarket ewlieni li qiegħdha għandu?

Response (DALLI, JOHN)

Ma naħsibx li għandi npoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra billi l-prezzijiet kienu, għadhom u jibqgħu fi stat ta` tibdil u nformazzjoni bħal din tista` tagħti lok għal misinterpretazjoni. Pero l-Onor Interpellant jista` jekk irid jara u jgħarbel id-dettalji tal-informazzjoni kollha fil-price list li qiegħed jirreferi għaliha.
Leg 9 PQ #4802 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

Indiċi tal-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti se jittieħdu biex il-prezzijiet li għolew mingħajr ġustifikazzjoni jerġgħu għal dak li kienu qabel?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #4803 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jibbenefikaw single parent families u familji oħra li qed jirċievu ċ-children's allowance permezz taż-żewġ emendi li tressqu fil-budget li ppreżenta tliet xhur ilu, li proprju jikkonċernaw single parent families kif ukoll tibdil fil-liġi taċ-children's allowance?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.