Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fondazzjoni trasport għall-ħajja indipendenti — Għajnuna finanzjarja

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-gvern hux beħsiebu jissokta bl-għajnuna finanzjarja għall-fondazzjoni trasport għall-ħajja indipendenti? Tikkonferma l-Ministru li attwalment din il-fondazzjoni qed tkeċċi xi ħaddiema għax, skond id-diriġenti stess tal-fondazzjoni, il-gvern mhux qed javvanza l-flejjes li kien javvanza preċedentement?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ma għandu ebda ħsieb li ma jkomplix jiffinanza s-servizz ta' trasport aċċessibbli għal persuni b'diżabilita kif kien qed jagħmel. Filwaqt li ma nistax nirrispondi dwar l-operat u t-tmexxija ta' Għaqda mhux Governattiva, għax din hi awtonoma f'dan ir-rigward, nassigura lill-Onor. Interpellant li jekk il-Fondazzjoni Trasport Ħajja Indipendenti qed tkeċċi xi nies dan żgur mhux riżultat li l-Gvern ma għaddiliex il-flus li kien jgħaddilha qabel permezz tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fuq rakkomandazzjoni tal-NGOs Project Selection Committee.

Detox centre

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm tobba, paramediċi u staff ieħor li huma assenjati esklussivament maċ-ċentru Detox ta' Malta? Tista' tgħid kemm minn dawn għamlu korsijiet speċjalizzati għall-kura mill-abbuż tad-droga? Hemm staff ieħor hekk imħarreġ li jista' jiġi assenjat lid-Detox u fil-fatt huma assenjati f'taqsimiet oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Detox centre

Question

Tista' il-Ministru tgħid bħalissa kemm huwa n-numru ta' dawk li jabbużaw mid-droga li kull xahar ifittxu għajnuna miċ-ċentru Detox f'Malta? Tista' tagħti n-numru għal Jannar sa Mejju separatament? Kemm minn dawn għandhom taħt it-18-il sena? Kemm għandha l-iżgħar persuna li fl-ewwel ħames xhur tas-sena marret għall-kura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tal-Pieta' — Appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb biex il-bieb ta' barra ta' Binja tal-gvern f'Tal-Pieta' jiġi mibdul kif jinfetaħ minħabba li qed ikun ta' inkonvenjent għal residenta anzjana li toqgħod hemmhekk u li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jinvestiga.

Fgura — Appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex binja tal-gvern fil-Fgura - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - m'għandhiex bieb ta' barra? X'passi se jieħu d-dipartiment biex isir bieb?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li fil-Fgura hemm diversi binjiet tal-Gvern, nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili, anki b’mod kunfidenzjali, l-indirizz komplet tal-binja li qed jirreferi għaliha.

Fgura — Applikazzjoni għal xiri ta' fond

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'sar mill-każ ta' applikant mill-Fgura - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - u li bosta xhur ilu applika biex jixtri l-fond li joqgħod fih?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fit-12 ta’ Jannar 2005, il-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant applikat taħt l-iskema Sir Sid Darek biex tixtri l-appartament mikri mill-Gvern. Peress li l-proprjeta` hi amministrata mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet, fl-24 ta’ Jannar 2005, l-Awtorita` tad-Djar talbet l-approvazzjoni ta’ dak id-Dipartiment qabel tkompli tipproċessa l-applikazzjoni. Hekk kif l-Awtorita` tirċievi l-approvazzjoni mitluba tkun tista` tipproċedi.

Bormla Proġett fi Triq San Ġwann

Question

Issa li l-proġett ta' Triq San Ġwann, f'Bormla tiela' ġmielu, tista' il-Ministru: a) tgħid kemm se jkun hemm appartamenti (units) u garaxxijiet? b) tgħid kif se ssir l-allokazzjoni tagħhom? c) kif u meta se jkun riabilitat il-ġnien żgħir (area ta' żvog għan-nies ta' hemm fuq) li hemm quddiem il-Cospicua Rangers F.C.?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-proġett indikat mill-Onor. Interpellant jinkorpora 51 appartament u 27 garaxx. L-Appartamenti se jkunu allokati b'kera skond il-policies kurrenti filwaqt li l-garaxxijiet se joħorġu għall-bejgħ permezz ta' offerti pubbliċi. Ninsab infurmata wkoll li qed jiġu preparati l-pjanti dwar il-ġnien żgħir li jinsab ħdejn din il-binja. Ix-xogħol fuq dan il-ġnien mistenni jibda wara li jkunu ħarġu l-permessi meħtieġa u wara li toħroġ talba għall-offerti għal dan ix-xogħol.

Appartament tal-gvern — Lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid għalfejn il-lift li ġie istallat fil-block - dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - għadu ma jistax jintuża mir-residenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fl-14 ta' Ġunju 2005, l-Awtorita' tad-Djar tagħat lill-inkwilini tal-blokk hand-overtal-lift li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant.

Ħal Kirkop — Żvilupp fuq art fi Triq il-Ħawħ

Question

B'riferenza għal permess PA 1559/04 f'Ħal Kirkop, tista' il-Ministru tgħid jekk b'dan l-iżvilupp li se jseħħ minn naħa ta' l-awtorita' tad-djar fuq l-art tal-joint office fi Triq il-Ħawħ hux se jibqa' jiġi ggarantit l-aċċess għal ġirien li għandhom l-appoġġ ma' din l-għalqa biex jieħdu l-ilma mill-bir eżistenti li hemm f'dan il-post, peress li dan l-aċċess, li preżentement jinsab miftuħ mid-djar ta' dawn il-ġirien li għandhom l-appoġġ ma' din l-għalqa, ilu jitħalla għal aktar minn 50 sena mill-knisja u mill-joint office?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-art in kwistjoni għad ma ġietx trasferita lill-Awtorita' tad-Djar mill-Joint Office. B'dan kollu, l-Awtorita' ser tindaga mall-Joint Office dwar l-aċċess li rrefera għalih l-Onor. Interpellant.

Sigurta' Soċjali — Ċertifikati tal-mard

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm inħarġu ċertifikati ta' mard is-sena l-oħra u mingħajr ma tagħti ismijiet ta' tobba tgħid jew tagħti breakdown ta' kemm ħarġu ċertifikati kull wieħed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 11813.

Sigurta' Soċjali — Revision of pay ta' pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk saritx revision of pay fuq il-pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Sigurta' Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tinforma lil persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kemm trid tkun il-pensjoni tagħha biex tkun intitolata għall-SKA?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Aġenziji tal-gvern — Support line

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema huma dawk l-aġenziji tal-gvern li għandhom is-servizz ta' xi support line? Minn meta bdew dan is-servizz u għalxiex? X'kien l-ammont ta' telefonati li kellhom, sena b'sena mill-2001 'l hawn, u kif dawn it-telefonati kienu mqassma, eżempju, vjolenza domestika, abbuż tat-tfal, eċċ., eċċ.?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli bl-informazzjoni mitluba f'Mistoqsija Parlamentari Numru 12858.

Spezzjoni ta' Post

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12544 fejn inti weġibt li l-urġenza li rriferejt għaliha ma teżistix, peress li l-post indikat ma kienx l-abitazzjoni ta' l-applikant, nirriferik ġentilment għal żewġ persuni li isimhom qed jintbagħat separatament li jikkonfermaw li din kienet l-abitazzjoni tagħhom kif ukoll għall-housing inspection li saret wara li ġara l-inċident fejn il-housing inspector innifsu ikkonfermalhom bil-fomm l-urġenza tal-każ tagħhom fis-sit li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li skond rapport tal-Pulizija li għandu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, liema rapport sar wara l-inċident minn waħda mill-persuni ndikati mill-Onor. Interpellant flimkien ma' l-għarus tagħha, jindika ċar li l-post hu "r-residenza futura" ta' din il-koppja.

Servizzi soċjali — Relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhijiex intitolata għal relief meta din m'għandhiex biex tgħix u żewġha nqata' mill-ewwel parti tar-reġistru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Tigne' housing project — Tqassim ta' flats

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jitqassmu l-flats lill-ex residenti tal-housing project ta' Tigne'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12666 f’Seduta 275.

Għajnuna soċjali — Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se tintbagħtilha l-pensjoni wara l-mewt ta' żewġha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12699, niċċara li qed nirriferi għal diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena. Għaldaqstant tista' issa l-Ministru tirrispondi din id-domanda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, din is-sena kien hemm direttur wieħed li skadielu l-Performance Agreement. Dan kien id-Direttur tad-Dipartiment għall-Bini u Tiswija ta' Djar, li reġa ġie riappuntat.

Xogħol ta' manutenzjoni f'dar privata

Question

Tista' il-Ministru tara li jsir il-kuntratt ta' sussidju fuq xogħlijiet ta' titjib fir-residenza ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ħalli dan ix-xogħol ikun jista' isir fil-ġranet tas-sajf?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qiegħda fil-proċess li tiġbor l-informazzjoni meħtieġa minn diversi entitajiet biex jiġi verifikat jekk il-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant tissodisfax it-test tal-mezzi biex tibbenefika taħt Skema 5. Ninsab infurmata wkoll li hekk kif jitlesta dan il-proċess, il-persuna konċernata tiġi nfurmata jekk tikkwalifikax u l-ammont li tkun ser tingħata, skond il-każ.