Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17701 Sitting 340 2000-07-07 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Priġunieri — Maħfriet/Amnestija

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11387 u 17181, jista' l-Ministru jwieġeb min huma l-priġunieri li bejn l-1987 u llum gawdew xi forma ta' maħfra presidenzjali, amnestija jew proklama? X'każ kellhom, sentenzi u pieni? Jista' jagħti t-tweġiba b'dati ta' meta ħareġ il-warrant tal-ħelsien u kemm kien baqagħlhom jiem il-ħabs? X'kienet ir-raġuni ta' kull maħfra li gawdew?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17130 f`Seduta 333.
Leg 9 PQ #17695 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs — Inċidenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17489?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti dwar inċidenti fil-ħabs ikkawżati minn priġunieri minn meta bdew jinżammu records uffiċċjali dwarhom, ċioe` mill-1992, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li l-biċċa l-kbira ta` dawn l-inċidenti kienu ta` ġlied bejn il-priġunieri u li dwarhom ittieħdu passi dixxiplinari interni. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellanti.
Leg 9 PQ #17696 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

PA 2416/00

Question

Jekk il-Ministru m'għandu l-ebda diffikulta', jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni PA 2416/00, inklużi l-pjanti, bid-dettalji tal-proġett pilota hekk kif ippreżentata mit-taqsima proprjeta' tal-gvern?

Response (BORG, TONIO)

M`għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17513.
Leg 9 PQ #17697 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċjali — Sospensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2000 'l hawn, kienx hemm xi uffiċċjali li ġew sospiżi? Kemm kien hemm? Fuq liema kriterji? X'passi ttieħdu jew qed jittieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti dwar uffiċjali li mill-1 ta` Jannar 2000 l`hawn ġew sospiżi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-deskasteru ta` l-Intern hu kif ġej : - Dipartiment Numru Akkużi X`passi ttieħdu Data ta` meta jew qed ġew jittieħdu sospiżi Pulizija 1 Falsifik- Għada għaddejja 03.02.2000 azzjoni ta` l-kumpilazzjoni dokumenti 1 Serq Għada għaddejja 07.06.2000 l-kumpilazzjoni 1 Attakk fuq Għada għaddejja 16.06.2000 persuna l-kumpilazzjoni oħra Servizzi 2 Ksur tar- Pendenti quddiem 19.05.2000 Korrettivi regolamenti il-Kummissjoni dwar tal-ħabs is-Servizz Pubbliku 2 Ksur tar- Pendenti quddiem 08.06.2000 regolamenti il-Kummissjoni dwar tal-ħabs is-Servizz Pubbliku 1 Ksur tar- Pendenti quddiem 09.06.2000 regolamenti il-Kummissjoni dwar tal-ħabs is-Servizz Pubbliku
Leg 9 PQ #17702 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Twaħħil ta' air conditioning

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li issir policy mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kontra t-twaħħil ta' air conditioning inch mal-faċċata tal-proprjeta' f'area meqjusa bħala UCA's peress li dawn ikerrħu l-bini apparati li joħolqu inkonvenjent kbir bl-ilma tal-condensation iqattar fuq in-nies?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qiegħda taħdem fuq Conservation Order biex ikun jista` jitneħħa dan it-tip ta` apparat minn mal-faċċati tal-Belt, u fl-istess ħin toffri alternattivi għal din il-problema.
Leg 9 PQ #17703 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Dish antennas

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li hekk kif l-installazzjoni ta' dish antennas fuq l-bjut għandhom bżonn permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jintalabx ukoll permess għall-installazzjoni ta' solar heating system peress li dawn jistgħu jkunu visibli aktar mill-istess dish antennas?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li skond Avviż Legali Nru. 137 ta` l-1997 - Ordni ta` l-1997 dwar Żvilupp Ġenerali (Nru. 2) - Artiklu 6 (Proċedura ta` notifikazzjoni) li kien ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-12 ta` Settembru 1997, it-tqegħid ta` heating panels solari ma jirrekjedu ebda permess mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar u lanqas notifika bil-GDO sakemm ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fi Klassi 1(iii) ta` l-Avviż Legali fuq imsemmi li jaqra kif ġej : - 'It-tqegħid ta` tankijiet ta` l-ilma u heating panels solari u apparat relatat fuq il-bejt ta` abitazzjoni jew abitazzjonijiet sa għoli massimu ta` 1.2 metri mis-saqaf tal-bejt u, sakemm dawk l-istallazzjonijiet jitqegħdu lura mill-anqas 4.5 metri mill-faċċata ta` quddiem.
Leg 9 PQ #17704 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Dingli — Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet għall-installazzjoni ta' antennas ta' mobile phone f'Ħad-Dingli? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati? L-antenna fuq il-proprjeta' "Aldo Moro" fi Triq il-Kbira, Dingli, għandha l-permessi meħtieġa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet żewġ applikazzjonijiet fil-lokalita` li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant għall-installazzjoni ta` antennas ta` mobile phones li waħda minnhom ġiet approvata fit-28 ta` Frar 2000 filwaqt li l-oħra hija pendenti. Mill-informazzjoni li għandha l-Awtorita`, l-antenna fuq il-proprjeta` li saret referenza għaliha fl-aħħar parti tal-Mistoqsija, hija assoċjata ma` trasmissjonijiet televiżivi lokali.
Leg 9 PQ #17707 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Stray dogs

Question

Jista' l-Ministru jiżgura li numru ta' klieb (stray) li jiġġerrew fil-lokalita' ta' Marsxlokk, Żejtun u Birżebbuġia kif ukoll il-Qawra jinġabru mit-toroq peress li ġejt mgħarraf li f'dawn il-lokalitajiet kien hemm inċidenti ta' persuni li kienu aggrediti minn dawn il-klieb speċjalment filgħodu kmieni u tard filgħaxija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li għalkemm il-Pulizija ma kelliex rapporti ta` persuni aggrediti minn klieb li jkunu jiġġerrew barra, ser jittieħdu passi sabiex jekk hemm xi klieb bħal dawn jiġu miġbura mill-S.P.C.A.
Leg 9 PQ #17728 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Għajn Tuffieħa — Camping Site

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri fir-rigward ta' dawk li jikkampjaw f'Għajn Tuffieħa? Jista' jgħid jekk sarux xi diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet? Jekk iva, ma' min? Xi progress sar? Jista' jagħti d-dettalji?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-Pjan Lokali tal-Majjistral ta` Malta li għadu mhux finalizzat, biċċa art f`Għajn Tuffieħa ġiet identifikata għall-ikkampjar. Din l-art hija lokalizzata fil-viċinanzi immedjati tal-lukanda Golden Sands, lejn it-Tramuntana, u kienet tifforma parti mill-barracks militari u l-art tal-madwar. Hu ppjanat li l-Pjan Lokali in kwistjoni jkun rilaxxat għall-Konsultazzjoni Pubblika fil-ħarifa li ġejja. Malli r-rappresentazzjonijiet tal-pubbliku jiġu sottomessi, il-Pjan Lokali jiġi ppreżentat lil Awtorita` ta` l-Ippjanar sabiex jiġi emendat, u mgħoddi lill-Gvern għall-approvazzjoni finali. Fil-preżent l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed tipproċessa applikazzjoni għall-permess ta` l-iżvilupp mill-iScouts Association.
Leg 9 PQ #17741 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Tal-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi ħsieb sabiex min għandu art li kienet tal-Knisja u llum għandu l-bini fuqha, u hija b'ċens perpetwu rivedibbli wara 100 sena, (bi stima ta' perit), li jkun jista' jibbenefika minn xi skema sabiex iċ-ċens ikun jista' jinfeda?

Response (BORG, TONIO)

Is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant ġie nnotat u ser ikun ikkunsidrat flimkien ma` oħrajn li diġa` saru.
Leg 9 PQ #17505 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Faċilita' Korrettiva Kordin — Snajja

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin x'inhuma s-snajja' li jiġu mgħallma? Kemm-il persuna tattendi għal kull sengħa u għal kemm-il siegħa fil-ġimgħa? Jiġu mgħallma suġġetti akkademiċi? Kemm-il persuna tattendi u għal kemm-il siegħa fil-ġimgħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin hemm diversi workshops li fihom jaħdmu l-priġunieri. Dawn jikkonsistu kif ġej :- Carpentry Book binding Aluminium Fitter Tailor Electrician F`dawn il-workshops isir dak ix-xogħol kollu neċessarju għal manteniment tal-faċilita`. Fir-rigward tal-workshop tal-book binding isir ukoll xogħol għal xi dipartimenti oħra tal-gvern. Fil-preżent qed jingħataw lezzjonijiet fis-sengħa ta` l-elettriku (Licence A) u hemm ħames (5) priġunieri li qed jattendu l-lezzjonijiet li jammontaw ħames sigħat fil-ġimgħa. Hemm tnax-il (12) priġunier li qed jattendu lezzjonijiet tal-pottery. Dawn il-lezzjonijiet jammontaw għal tmin (8) sigħat fil-ġimgħa. Ninsab infurmat ukoll li bħalissa il-priġunieri qed jiġu mgħallma diversi suġġetti fuq bażi volontarja kif jidher fit-tabella hawn taħt. Suġġett Sigħat fil-Ġimgħa Numru ta` Priġunieri Malti 6 5 Computer 6 6 Art 'A' Level 2 1 Bible Study 2 kull ħmistax 5 Mathematics 4 3 Chess 4 8 Ingliż 6 6 Computer 'O' Level 2 1 Life Skills 4 10 Taljan 'A' Level 4 1 Social Skills 2 4 Psychology 1 4 Art 4 12 Lateral Thinking 2 5 Philosoph 2 7 Matul ix-xahar ta` Ġunju ingħata kors mill-E.T.C. fis-suġġett Aspects of Work li għalih attendew ħames priġunieri li ser jingħataw ċertifikat mill-E.T.C. Il-priġunieri li qed jinżammu fit-taqsima taż-żgħażagħ qed jiġu mgħallma is-suġġetti segwenti: Computer lezzjoni ta` siegħa fil-ġimgħa Ingliż lezzjoni ta` siegħa fil-ġimgħa Malti lezzjoni ta` siegħa fil-ġimgħa PSE lezzjoni ta` siegħa fil-ġimgħa Social Skills lezzjoni ta` msemmija hawn fuq huma compulsory. Qed jingħata kors mill-ETC fuq is-suġġett Aspects of Work u wara ser jingħataw ċertifikat. Hemm żewġ priġunieri li qed jitgħallmu l-mużika u tnejn oħra s-sengħa tal-elettriku Licence A.
Leg 9 PQ #17614 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif l-Awtorita' ta' l-Ippjanar se tippermetti t-twaqqigħ ta' mħażen li jintużaw mill-Maltacom fuq ix-xatt tal-Birgu bħala parti mill-proġett tal-Kottonera meta dawn l-imħażen huma meqjusa storiċi u ilhom mibnija mill-1820? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-dipartiment tal-mużewijiet ġiex konsultati fuq dan il-każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-twaqqiegħ ta` l-imħażen li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ġie permess bħala parti mill-applikazzjoni li saret lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Dan il-permess ingħata wara li saret konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Mużewijiet u l-Kumitat Konsultattiv għall-Ħarsien tal-Wirt Storiku (HAC). Dan ta` l-aħħar ukoll għamel diversi spezzjonijiet fuq is-sit qabel ma għamel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
Leg 9 PQ #17635 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqbdu persuni joqogħdu Malta illegalment din is-sena? Ta' liema nazzjonalita' kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel sitt xhur ta` din is-sena, inqabdu 301 persuna li kienu Malta illegalment. Dawn kienu minn dawn il-pajjiżi: Armenja Irlanda Libja Palestina Sirja Bulgarija Italja Marokk Pakistan Tuneżija Eġittu Ġordan Moldovia Romanija Turkija Iraq Lebanon Niġerja Russja Jugoslavja Ingilterra Ċina
Leg 9 PQ #17636 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu immigranti illegali din is-sena? Minn liema pajjiżi kienu? Kemm ġew iddeportati persuni illegali din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17635 f`din l-istess Seduta. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li matul l-ewwel sitt xhur ta` din is-sena tneħħew minn Malta 290 persuna barranija li b`xi mod kienu Malta llegalment.
Leg 9 PQ #17460 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħruġ ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija hijiex qed tinvestiga kif inbeda l-ħruq ta' siġar quddiem il-kulleġġ De La Sale u biswit l-iskola Verdala (Ġużeppi Despott) nhar il-Ġimgħa 23 ta' dan ix-xahar? Fiex waslet din l-investigazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant għadu qed jiġi nvestigat mill-Pulizija.
Leg 9 PQ #17628 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qbid ta' tjur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu għasafar, tjur jew ħlejjaq oħra maqbuda mill-pulizija sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid kemm mietu minnhom fil-magħluq sakemm intelqu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika.
Leg 9 PQ #17664 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Manikata — Kaċċaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fiż-żona tal-Miżieb ġol-Manikata wżata mill-kaċċaturi, liema żona jieħu ħsiebha l-kumitat organizzattiv fi ħdan il-federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti li għandhom titolu validu ta' pussess li jingħata u ġie kkonfermat minn amministrazzjonijiet differenti inħariġitx xi permess ta' bini, radam, landscaping jew xorta oħra? Jekk le, jaf il-Ministru li dan ix-xogħol qiegħed isir abbużivament u llegalment bi ħsara għal kumitat aktar 'il fuq imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar approvat applikazzjoni (PA 837/00) għall-installazzjoni ta` radio antenna fil-Miżieb Pumping Station, limiti tal-Mellieħa. Ninsab infurmat ukoll li l-Awtorita` ħarġet ukoll erba` avviżi ta` infurzar li d-dettalji tagħhom qed jidhru hawn taħt : Nru. ta` l-Avviż Deskrizzjoni Stat ---------------- ------------ ---- ECF 630/00 Dumping without permit at Riferuta sabiex Ix-Xagħra l-Ħamra, tittieħed azzjoni Mellieħa diretta kif provdut mill-Liġi ta` l- Ippjanar ECF 917/99 Dumping on site without Riferuta sabiex permit at Il-Mejjieli, tittieħed azzjoni limits of Mellieħa diretta kif provdut mill-Liġi ta` l- Ippjanar ECF 108/00 Dumping of material Riferuta sabiex without permit at tittieħed azzjoni Il-Mejjieli, limits diretta kif provdut of Mellieħa mill-Liġi ta` l- Ippjanar ECF 326/97 Illegal dumping on Riferuta sabiex garigue at Triq ix- tittieħed azzjoni Xagħra ta` Barra, diretta kif provdut Mellieħa mill-Liġi ta` l- Ippjanar
Leg 9 PQ #17665 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Mellieħa — Kaċċaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiż-żona ta' l-Aħrax limiti tal-Mellieħa liema żona hija wżata mill-kaċċaturi u liema żona jieħu ħsiebha l-kumitat organizzattiv fi ħdan il-federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti li għandhom titolu validu ta' pussess li ngħata u li ġie kkonfermat minn amministrazzjonijiet differenti inħariġx xi permess ta' bini, radam, landscaping jew xorta oħra? Jekk le, jaf il-Ministru li dan ix-xogħol qiegħed isir abbużivament u llegalment bi ħsara għal kumitat aktar 'il fuq imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar approvat applikazzjoni (PA 5131/98) li kienet tipproponi żieda fil-fond tal-ħamrija fuq art diġa` kkultivata f`sit magħruf bħala l-Aħrax tal-Madonna, l-Aħrax ta` Ġewwa, limiti tal-Mellieħa, liema sit jaqa` f`art magħrufa aktar bħala l-Aħrax tal-Mellieħa. Ninsab infurmat ukoll li l-Awtorita` ħarġet ukoll tliet avviżi ta` infurzar li d-dettalji tagħhom qed jidhru hawn taħt: Ref. No. of Notice Description Status ------------------ ----------- ------ EC 109/96 Removal of alka and An application top soil, excavation reference PA of a resevoir without 4802/98 is pending permit on this site EC 106/00 Levelling and dumping File referred for without permit direct action EC 314/96 Shooting range without An application to permit sanction reference PA 1036/96 is pending
Leg 9 PQ #17678 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jitħallas direttur fil-Planning Authority?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li s-salarju annwali tad-Direttur ta` l-Ippjanar li hu l-kap tad-Direttorat fil-Planning Authority hu kif ġej: Lm 13,792 salarju; Lm 2,000 allowance għall-spejjeż ġenerali; Lm 748 allowance għall-petrol; Re-imbursement u/jew ħlas ta` spejjeż ta` telephone; Performance Bonus sa massimu ta` 15% tal-paga bażika fis-sena; Id-Direttur għandu wkoll l-użu ta` karozza ta` l-Awtorita`.
Leg 9 PQ #17454 Sitting 335 2000-07-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Armi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm bħalissa huwa n-numru ta' armi reġistrati mal-pulizija? Jista' jagħti breakdown tat-tip ta' armi? Jista' jgħid kemm-il arma ġiet reġistrata matul din is-sena, xahar b'xahar? X'kienu dawn l-armi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent hawn 61,982 arma tan-nar reġistrati mal-Pulizija kif jidher fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din iċ-ċifra tkopri kemm is-snieter (44,350) kif ukoll air weapons (5,525) kif ukoll ammont sostanzjali ta` 'antique weapons'. Ninsab infurmat ukoll li matul l-ewwel ħames xhur ta` din is-sena, l-armi reġistrati kienu kif ġej : - Jannar 80 Frar 114 Marzu 211 April 119 Mejju 228 Dawn huma snieter(68%), air weapons, percussion u flintlock pistols, starting pistols, rifles, black powder pistols u harpoons.