Jista’ il-Ministru jgħid min hija l-konsulenta Ingliża li tinsab fl-iskola speċjali Guardian Angel? Jista’ jgħid kif intgħażlet u x’inhi r-raġuni li nħass il-bżonn li tinġieb persuna minn barra? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħha u kemm qed titħallas? Jista’ il-Ministru ġentilment ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li Mrs Cecilia Sheratt għandha rwol ta' advisor ma' l-iskola Guardian Angel. Ir-rwol tagħha huwa li tgħin fl-implimentazzjoni u ż-żvilupp tal-kurrikulu ta' l-iskola u li tagħti appoġġ lill-għalliema fl-ippjanar tax-xogħol tagħhom. Mrs Sheratt kienet magħżula mill-Kap ta' l-iskola għall-esperjenza tagħha f'dan il-qasam. Mrs Sheratt mhix impjegata mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Ix-xogħol tagħha huwa mħallas bħala proġett li l-iskola applikat għalih u akkwistat mill-fondi tal-Kunsill tal-Kurrikulu Nazzjonali. Mrs Sheratt hija mħallsa Lm5 is-siegħa, bil-patt li l-ammont ma jaqbisx l-Lm2,800. Informat ukoll li din il-persuna in fatti qed tagħti ħafna aktar siegħat milli qed tiġi mħallsa għalihom.
Jista’ il-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fl-iskola speċjali Guardian Angel il-kurrikulu minimu nazzjonali ġie mwarrab u qed jitħaddem dokument li jismu Equals?
Jista’ jgħid ukoll jekk hux minnu jew le li l-kundizzjonijiet ta’ l-għalliema f’din l-istess skola se jinbidlu?
Jikkonferma l-Ministru li hemm numru ta’ klassijiet li m’għandhomx dawl jew inkella dawl biżżejjed u adegwat?
Jista’ jgħid jekk it-tfal li jattendu din l-iskola speċjali hux se jibqgħu jieħdu ċerti benefiċċji li qed jieħdu fil-preżent bħal, ngħidu aħna, l-ikel?
Jista’ jgħid ukoll x’inhi r-raġuni li minkejja li żdiedu t-tfal f’din l-iskola ma żdidux l-assistenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Speċjali Guardian Angel, il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali qiegħed jitħaddem mill-għalliema ta' din l-iskola. Id-dokument imsejjaħ EQUALS huwa biss għodda sabiex l-għalliema ikunu jistgħu iħaddmu aħjar il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali.
Dwar it-tibdil fil-kundizzjonijiet ta' l-għalliema m'hemm l-ebda ħsieb li se jinbidlu.
Is-sub-station li nbniet mill-Enemalta se tiġi energised fil-jiem li ġejjin. Għaldaqstant il-klassi li għad m'għandiex servizz ta' dawl se jkollha dan is-servizz fi żmien qasir. Din il-klassi għandha aperturi biżżejjed biex ikollha dawl adekwat b'mod naturali.
It-tfal li qed jaħdmu f'din l-iskola se jibqgħu jieħdu l-istess benefiċċji li qegħdin jieħdu fil-preżent.
Informat li l-klassijiet kollha moqdija tajjeb ħafna u m'hemm ebda bżonn li jiżdiedu l-assistenti fil-mument.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-policy li jiġu aċċettati secondments ta' PE teachers ma' sports associations għadhiex tgħodd u jekk le meta u għaliex twaqqfet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dan l-aħħar kienet saret reviżjoni tal-policy dwar ir-rilaxx ta' uffiċjali pubbliċi li jingħataw leave bi ħlas biex jagħtu servizz lill-organizzazzjonijiet mhux Governattivi fosthom organizzazzjonijiet sportivi.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-Ċirkolari OPM 28/2005 li ġġib id-data tal-21 ta' Ġunju 2005, fejn hemm spjegazzjoni sħiħa dwar il-kriterji li jistabilixxu l-eliġibilita' u l-metodu ta' selezzjoni flimkien mat-termini tar-rilaxx.
Jista' il-Ministru jgħid jekk matul din is-sena l-Ministeru jew id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni rċevewx ilmenti dwar bejgħ ta' kotba minn skejjel? Jista' jgħid liema skejjel kienu qed jagħmlu dan? Jikkonferma li bejgħ ta' kotba mill-iskejjel mhux permess li jsir? Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għall-past papers?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'din is-sena skolastika il-Ministeru irċieva ilment wieħed dwar il-bejgħ ta' kotba minn skejjel.
Informat ukoll li mhux permess li jsir bejgħ ta' kotba mill-iskejjel ħlief għall-past papers ta' l-eżami tal-Junior Lyceum li huma stampati mill-Istamperija tal-Gvern.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema f’kull skola primarja, sekondarja u post-sekondarja fl-iskejjel tal-gvern f’Malta ? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm tfal f’kull klassi fl-iskejjel primarji u sekondarji ta’ l-Istat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' għalliema fl-iskejjel tal-Gvern huwa hekk :
Primarji - 885 Sekondarji - 1992 Post-Sekondarji - 196
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet numru 14513 u 14514, f'Seduta 302 għat-tieni parti tal-Mistoqsija.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar xhur kienx hemm xi rapport dwar l-istipendji qabel ma l-gvern ħabbar tnaqqis f’din is-sistema? Jekk fl-affermattiv, jista’ ġentilment ipoġġi kopja ta’ dan ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif jaf l-Onor. Membru, wara r-Rapport Chalmers li diġa pubblikat, kien hemm xhur ta' diskussjonijiet mal-Kunsill Studenti Universitarji dwar ir-reviżjoni tas-sistema ta' l-istipendji.
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14977, jista’ allura jgħid jekk jeżistix xi mekkaniżmu ieħor sabiex isir magħruf kemm hawn nies illitterati f’pajjiżna minbarra ċ-ċensiment li jsir kull għaxar snin? Hemm għallinqas xi statistika dwar kemm jista’ ikun dan in-numru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li apparti ċ-ċensiment li se jibda jitwettaq dan ix-xahar, l-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jirriċerka r-rata ta' illitteriżmu minn żmien għal żmien fl-istħarriġ li jorganizza. Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika f'Lulju, 2004 ir-rata ta' litteriżmu reġistrata hija ta' 92.8%.
Jista’ il-Ministru jgħid xi programmi qed jitwettqu taħt l-EDRC minn meta Malta saret membru ta’ l-Unjoni Ewropea? Kien hemm xi bidla minn meta sirna membri? Fiex kienet tikkonsisti din il-bidla?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jiista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-iskejjel sekondarji mhux qed jitħalla li jintuża l-workbook ta' l-istudji soċjali u minħabba f'hekk qed jagħmlu fotokopji tiegħu bi spiża żejda? Min qed iħallas għall-fotokopji li qed isiru?
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-warrants board? Jista' jgħid min hija s-segretarja ta' dan il-bord? Jikkonferma li s-segretarja preċedenti rriżenjat bosta xhur ilu u ma kien hemm ħadd li kien qed jagħmel ix-xogħol tagħha u b'konsegwenza t' hekk bosta xogħlijiet ma sarux?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-membri tal-Warrants Board huma Margaret M Ellul, Assistent Direttur, John Fernandez, Uffiċjal Edukattiv u John Preca Uffiċjal Edukattiv. Is-segretarja tal-Bord kienet Mariosa Micallef li għalqilha l-kuntratt u x-xogħol tagħha qed isir minn uffiċjali pubbliċi oħra skond il-ħtieġa. Il-Bord wettaq ix-xogħol tiegħu regolarment.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15071 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu f'Għawdex f'dawn l-qosma bejn Jannar u Settembru tas-snin 2003, 2004 u 2005: 1) mal-gvern, 2) fil-qasam tal-manifattura u 3) fil-qasam tat-turiżmu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' ħaddiema jaħdmu f'Għawdex bejn Jannar u Settembru tas-snin 2003, 2004 u 2005 fl-oqsma kif irrefera għalihom l-Onor. Membru huma hekk :
Ħaddiema Għawdxin Mal-Gvern Fil-Manifattura Fit-Turiżmu
Diċembru 2002 3,321 1,255 566
Settembru 2003 3,300 1,033 638
Diċembru 2003 3,305 1,023 603
Settembru 2004 3,245 960 670
Diċembru 2004 3,267 952 566
Settembru 2005 (Provisional) 3,224 898 651
Jista' il-Ministru jara jekk min imexxi l-iskola primarja ta' San Ġiljan jistax, u għandux id-dritt li ma jħallix tifel ta' tliet snin li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jidħol l-iskola u saħansitra hedded li jekk jinġieb l-iskola kien se jinforma lill-pulizija? Jista' jara x'inhi s-soluzzjoni għal dan il-każ għall-ġid ta' kulħadd?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kap ta' l-iskola qatt ma hedded li jinforma l-pulizija jekk it-tifel jinġieb l-iskola. L-awtoritajiet edukattivi qed jieħdu ħsieb dan il-każ speċjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew minfuqa flus fl-iskema tal-youth specialisation studies scheme mis-sena 2000 sa Ottubru 2005? Jista' jagħti d-dettalji separatament għal kull sena? Jista' jgħid ukoll x'kienu l-korsijiet li għalihom ġew imqassma dawn il-flus?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-Sezzjoni Żgħażagħ ħarġet is-somma ta’ Lm57,314.39 bħala ammont imħallas fuq l-interessi mis-sena 2000 sa Ottubru 2005.
Fis-sena 2000, it-total kien ta’ Lm10,335.74;
Fis-sena 2001, it-total kien jammonta ghal Lm9,198.35;
Fis-sena 2002, it-total kien ta’ Lm12,498.26;
Fis-sena 2003, it-total ammonta ghal Lm11,556.01;
Fis-sena 2004, it-total ammonta ghal Lm8,846.68 u
Fis-sena 2005, it-total kien ta’ Lm4,879.35
Il-korsijiet kienu jvarjaw minn MSc Renewable Energy Systems Technology; MSc Archaeological Computing; MA Int. Journalism; MSc Educational Psychology; Masters Project Management; MA Critical and Cultural Theory; MA Early Modern European History; MSc in Architecture; Mphil/PhD in Lexical Develoment; MA in Political & Admin. Studies; MSc Occupational Therapy; MSc Forensic Dentistry; MA Design Management; MSc Photonics; BA(Hons) Film Studies; MA Music Composition; MA Applied Theatre; MSc Cultural Management and Policy; Specialisation in Nuclear Medicine; Biochemistsry & Cell Biology; Veterinary Medicine; MSc Advances Clinical Studies; MSc in Structural Steel Design; European Masters in Environmental Technology; Degree in Economics and Marketing in the Agroindustrial System; Doctor of Philosophy in Anatomy & Genetics; MSc in marine Environmental Protection; MSc in Automotive Engineering; BA Hons in 3D Digital Character Animation; MA Marketing Communications, MSc in Information Security; MSc in RF Communication Systems; MSc Social and Public Communication; MA Preventive Conservation
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus bis-saħħa tal-faċilita' li teżisti bejn l-FTS u l-APS minn meta daħal fis-seħħ dan il-ftehim? Jista' jgħid ukoll kemm flus ġew imħallsa lura mill-gvern jew l-FTS?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sat-30 ta' Settembru 2005 intefqu Lm6,240,331.71 bis-saħħa tal-faċilita' li awtorizza l-Gvern bejn il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada u l-APS minn meta daħal fis-seħħ dan il-ftehim. Ninsab informat ukoll li sat-30 ta' Settembru 2005 tħallas l-ammont ta' Lm268,166.00 lura lill-bank bħala 'loan repayment'.
Jista’ il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14483 u jgħid matul dan is-sajf fejn sar xi xoghol fl-iskejjel? Min kien il-kuntrattur li għamel dan ix-xoghol u kemm ġie jiswa? Meta nbeda dan ix-xoghol u meta tlesta?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14482, jista’ il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kumitat tal-Youth specialisation studies scheme credentials?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kumitat tal-Kredenzjali tal-Youth Specialisation Studies Scheme għal din is-sena kienu Dr. James Calleja, Chairperson, Edward Calleja, Annabelle Vassallo, Dr. Justin Fenech u Mariella Orlando bħala membri.