Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfajliet u guventur tal-Matematika f'Mejju 2000 u f'Mejju 2001? X'kienu l-gradi tar-riżultati li ġiebu l-istudenti f'dawn iż-żewġ eżamijiet? Kemm kien hemm tfajliet u kemm kien hemm ġuventur li ġabu dawn il-grades għaż-żewġ eżamijiet separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istatistika mitluba, flimkien ma' ħafna tagħrif ieħor, ser tkun ippubblikata f'Newsletter Nru 42 u fir-Rapport dwar l-Eżamijiet taċ-Ċertifikat ta' l-Edukazzjoni Sekondarja, li l-Bord tal-MATSEC ser joħroġ f'nofs Jannar.
Kopja ta' dawn ser titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-ewwel seduta wara l-pubblikazzjoni ta' dawn ir-rapporti.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 30103, jista' l-Ministru jerġa jintervjeni fil-każ għax minkejja dak li qal l-Onor. Ministru fit-tweġiba tiegħu is-sitwazzjoni għadha l-istess u l-van għadu jwaqqaf it-tfal fil-main road, jiġifieri fi Triq San Pietru, Kirkop u mhux ħdejn il-Knisja kif inhu suppost u miftiehem? Jista' jara li jittieħdu passi biex dan l-abbuż jieqaf jew jittieħdu passi kontra dan ix-xuffier?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xufier filgħodu kien jgħaddi minn ħdejn il-Knisja, u hekk baqa' jagħmel. Wara nofs in-nhar, billi l-iskola sekondarja ta' San Franġisk tispiċċa fis-2.00pm, ix-xufier sab diffikulta` jgħaddi minn fejn il-Knisja għaliex fil-viċinanza hemm l-iskola primarja ta' Ħal-Kirkop. Din l-iskola tispiċċa fis-2.30pm u t-triq tkun magħluqa għat-traffiku waqt il-ħruġ tat-tfal.
B'danakollu tlabt l-Uffiċċjal inkarigat mit-trasport fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni sabiex jekk jista' jkun ix-xufier jibqa' dieħel bl-istudenti sal-Knisja imbagħad jikser għal Triq San Pietru minn fejn jibqa' sejjer iż-Żurrieq.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-proġetti sportivi li hemm il-ħsieb li se jsiru għall-loghob tal-pajjiżi ż-żgħar fl-2003 u li s'issa ma ingħatawx bidu għalihom?
Meta hemm il-ħsieb li se jinbeda kull proġett?
F'liema stadju jinstab l-ippjanar għal kull proġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proġetti sportivi li hemm il-ħsieb li se jsiru għal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar fl-2003 kollha nbdew.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbidel it-track tal-Marsa għall-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar tas-sena d-dieħla?
Meta se jinqala'?
Ħarġu xi offerti biex dan it-track jitqiegħed mill-ġdid?
Kemm se jiswa?
Kemm se jdum ix-xogħol biex isir?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol biex jinbidel il-wiċċ tat-track tal-Marsa hu mistenni jsir f'Awissu. Id-Dipartiment ħareġ sejħa għall-offerti biex isir dan ix-xogħol. L-istima tat-tender kienet Lm108,000. B'kollox intefgħu tmien offerti li għadhom qed jiġu aġġudikati. Ix-xogħol huwa mistenni jdum bejn erba' u sitt ġimgħat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw sabiex jipprovdu servizz ta' trasport għas-Swimming Promotion Unit?
Min kienu u kemm kienet l-offerta tagħhom?
Min intgħażel u x'servizz hu mistenni minnu?
Għal kemm żmien ser jintalab dan is-servizz?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li kien hemm żewġ applikazzjonijiet sabiex jiġi provdut is-servizz ta' trasport għas-Swimming Promotion Unit. Dawn l-applikazzjonijiet intefgħu minn Paramount Garage u Saviour Galea. Hu mistenni li l-vjaġġi jkunu minn diversi rħula fit-Tramuntana u n-Nofsinhar ta' Malta sal-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali u lura. dan is-servizz ser jintalab għal perjodu ta' 5 xhur.
Peress li t-tenders għadhom qed ikunu analizzati ma jidhirx li jkun xieraq jingħataw id-dettalji mitluba.
Jista' l-Ministru ta' l-Edukazzjoni jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Collective Agreement ta' l-istaff akkademiku li ġie iffirmat dan l-aħħar bejn l-Universita ta' Malta u l-MUT?
X'inhi r-raġuni li l-istaff akkademiku ma ngħatax kopja tal-collective agreement bħal ma kien sar meta kien iffirmat dak ta' l-istaff mhux akkademiku?
Response (GALEA, LOUIS)
Kopja tal-Collective Agreement ta' l-istaff akkademiku li ġie ffirmat dan l-aħħar bejn l-Universita` ta' Malta u l-MUT qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat li għaddej proċess fejn kopji tal-collective agreement qed jiġu stampati.
B'riferenza għat-tweġiba parlamentari mogħtija fl-14 ta' Lulju 1999 għall-interpellanza 8356, jista' jgħid lil liema għaqdiet imsemmija sar it-trasferiment ta' art u faċilitajiet tal-Gvern; lil liema għaqdiet ma sarx u għaliex? Dawn għallinqas jistgħux jkunu assigurati mill-użu ta' l-art jew il-faċilita li qed jużaw illum? Hemm għaqdiet sportivi oħra li se jsirilhom transferiment ta' art u faċilitajiet u min huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għaqdiet imsemmija fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8356 kollha ingħataw titlu fuq l-art/faċilita` tal-Gvern minbarra dawn it-tlita:
St. Venera Boċċi Club - minħabba oġġezzjoni mid-dipartiment ta' l-Artijiet;
Zebbug Rangers FC - minħabba nuqqas ta' qbil fuq it-tip ta' titlu peress li partijiet mill-art għadhom ma ġewx akkwistati mill-Gvern;
Valletta Waterpolo Club - minħabba problemi amministrattivi fil-kumitat.
Sa llum dawn l-għaqdiet għadhom jistgħu jużaw il-faċilitajiet bħal qabel.
Bħalissa qegħdin isiru preparamenti sabiex isir it-trasferiment ta' art/faċilitajiet lill-għaqdiet li jidhru fil-lista. Minħabba li x-xogħol għadu ma ġiex iffinalizzat kollu, il-lista tista' tinbidel.
Jistax il-Ministru b'referenza għad-domanda numru 29868 jinforma l-kamra kif dawn intefqu skola skola u huwiex possibli jiġi indikat l-lingwa tal-kotba mixtrija?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ispiża f'kotba lill-iskejjel tal-Junior Lyceums tas-subien u tal-bniet għas-sena skolastika 2001/2002 kienet kif se nsemmi:
Girls' Junior Lyceums Lm
Maria Reġina - Blata l-Bajda 10,389.56
Santa Tereża - Mrieħel 12,200.28
Sir Adrian Dingli - St. Patrick's 8,778.43
Margeret Mortimer - Sta Luċija 10,581.84
Carlo Diacono - Żejtun 8,626.09
Can. Ġan Franġisk Agius de
Soldanis - Victoria - Gozo 9,020.37
Boys' Junior Lyceums
St Joseph - Paola 10,208.58
Dun Ġużepp Żammit (Brighella) -
Ħamrun 9,446.30
Mikiel Anton Vassalli - Tal-Ħandaq 9,040.30
Ġużeppi Despott - Verdala - Cospicua 5,091.26
Ninu Cremona - Victoria - Gozo 4,763.71
Total 98,146.60
Jista' l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti, nisa u rġiel, sena b'sena mill-1991 sas-2001 mill-Universita' ta' Malta? Kemm Maltin u kemm Għawdxin? Kemm 1) first degree 2) second degree 3) third degree
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fl-iskejjel statali kemm huwa estiż is-servizz ta' l-email:
1) fost l-għalliema
2) fost il-kapijiet
3) fost l-istudenti
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'dawk l-iskejjel li għandhom aċċess għall-Internet, kull student u għalliem se jkollu l-possibilta` ta' 'email account'.
Kull skola għandha l-'email address' tagħha li jista' jiġi utilizzat mill-Amministrazzjoni ta' l-Iskola.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba tal-lingwa Franċiża nxtraw tul is-sena 2001 għal libreriji pubbliċi, kemm intefqu flus u kemm minn dawn għaddew lil librerija reġjonali tal-Birgu u dik li waslet biex tkun lesta fil-Fgura?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul l-2001 id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji xtara 154 ktieb bl-ilsien Franċiż għal-libreriji pubbliċi, li swew Lm229.
24 minn dawn il-kotba intbagħtu fil-Librerija tal-Birgu u 4 kotba oħra intbagħtu fil-Librerija tal-Fgura.
Jista' l-Ministru jinforma lill-kamra kemm kotba tal-lingwa Ingliża nxtraw tul is-sena 2001 għal libreriji pubbliċi, kemm intefqu flus u kemm minn dawn għaddew lil librerija reġjonali tal-Birgu u dik li waslet biex tkun lesta fil-Fgura?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul l-2001 id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji xtara 7,020 ktieb bl-ilsien Ingliż għal-libreriji pubbliċi, li swew Lm10,236.
272 minn dawn il-kotba intbagħtu fil-Librerija tal-Birgu u 137 kotba oħra intbagħtu fil-Librerija tal-Fgura.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba tal-lingwa Taljana nxtraw tul is-sena 2001 għal libreriji pubbliċi, kemm intefqu flus u kemm minn dawn għaddew lil librerija reġjonali tal-Birgu u dik li waslet biex tkun lesta fil-Fgura?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul l-2001 id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji xtara 1634 ktieb bl-ilsien Taljan għal-libreriji pubbliċi, li swew Lm235.
31 minn dawn il-kotba intbagħtu fil-Librerija tal-Birgu u 9 kotba oħra intbagħtu fil-Librerija tal-Fgura.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba tal-lingwa Ġermaniża nxtraw tul is-sena 2001 għal libreriji pubbliċi, kemm intefqu flus u kemm minn dawn għaddew lil librerija reġjonali tal-Birgu u dik li waslet biex tkun lesta fil-Fgura?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul l-2001 id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji xtara 99 ktieb bl-ilsien Ġermaniż għal-libreriji pubbliċi, li swew Lm163.
15 minn dawn il-kotba intbagħtu fil-Librerija tal-Birgu u 2 kotba oħra intbagħtu fil-Librerija tal-Fgura.
Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-iżvilupp tat-talba tar-Rabat Scout Group sabiex jkollhom Ċentru ġdid fejn jorganizzaw aħjar lit-tfal tar-Rabat u l-Mtarfa?
Response (GALEA, LOUIS)
Identifikajna biċċa art li ġiet inkluża ma' artijiet/faċilitajiet oħra li ser jitressqu għall-approvazzjoni tal-Parlament biex jingħataw b'titlu legali lir-Rabat Scout Group biex jiġu milqugħa l-ħtiġijiet tagħhom