Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23409 Sitting 491 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Trab tal-Ħalib

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa l-export refund li jgawdu l-importaturi u l-industrija lokali fuq il-materja prima tat-trab tal-ħalib importat f'Malta mill-pajjiżi ta' l-UE? Kemm se jkun it-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni annwali ta' din il-materja prima wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Minn se jagħmel tajjeb għat-telf ta' dawn il-miljuni ta' liri kemm-il darba l-Gvern ma jilħaq ebda ftehim oħra ma' l-UE wara li nsiru membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Leg 9 PQ #23430 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li biex jiġi iffrankat l-overtime, ħaddiema tal-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika qegħdin jingħataw 34 ktejjeb kull wieħed ta' figuri tal-labour force għall-coding biex dawn jipproċessawhom id-dar b'rata ta' Lm 1.20c il-ktieb?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema ta' l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika qed jagħmlu x-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Interpellant bir-rati kif indikati fil-mistoqsija. Tajjeb jingħad li l-"Labour Force Survey" se jiddaħħal b'mod permanenti fis-sistema ta'l-istatistika. Għaldaqstant il-ħsieb ewlieni hu li x-xogħol fuq dan is-survey jinfirex aktar u li tinħoloq rabat akbar bejn il-fażi tal-"fieldwork" u l-"coding" tas-survey. Dan għandu jgħin sabiex jitnaqqas iż-żmien li fih ikunu jistgħu jinħarġu r-riżultati ta' stħarriġ bħal dan.
Leg 9 PQ #23432 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta Group — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-Air Malta Group tul is-sena 2000? Jista' jaqsamhom xahar b'xahar u jgħid ma' liema sussidjarja ġew assenjati?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #23479 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta International Airport — Tender

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar it-tender ta' tindif fil-Malta International Airport li ġiet approvat dan l-aħħar? Jista' jgħid jekk l-offerta aċċettata kenitx l-aħjar offerta u fuq liema bażi ġiet mgħażula?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li kien hemm disa' (9) offerti għat-tender ta' tindif fil-Malta International Airport li kienet approvata dan l-aħħar. Peress li l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali, ma jkunx fl-interess tal-Kumpanija li tali nformazzjoni tiġi ppubblikata.
Leg 9 PQ #23489 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Household Savings Rate

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23312 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li ġiet riferuta lilu u cioe': jista' jagħti l-household savings rate għas-snin 1999, 2000 u 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-"household savings rate" jew "savings ratio" għas-sena 1999 kien ta' 9.6 fil-mija. Dak għas-sena 2000, l-informazzjoni miġbura s'issa tkopri l-ewwel disa' xhur u għaldaqstant għadha mhix komplita. Dwar is-sena 2001 l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata peress li l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika ma jagħmilx projezzjonijiet dwar din il-materja.
Leg 9 PQ #23491 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Triq is-Santwarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-arbli ġodda tad-dawl fi triq is-Santwarju, Zabbar, ilhom sentejn imwaħħla u ma jinxtgħelux? Billi din is-sena ħaż-Żabbar se jiċċelebra 50 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Grazzja possibli l-Enemalta tara li dawn il-bozoz jintxtegħlu.

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li peress li dan kien proġett tal-Kunsill Lokali, il-materjal kellu jinxtara apposta. Dan il-materjal jasal għall-ħabta ta' l-ewwel ġimgħa tax-xahar li jmiss.
Leg 9 PQ #23494 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi li Malta timporta mingħandhom? Jista' wkoll jindika x'inhuma l-items ta' kull pajjiż li jidħlu ġo pajjiżna?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija tinsab fit-Tabella numru 4 intitolata "Summary of Values of Imports and Total Exports by Country" tal-pubblikazzjoni "Trade Statistics" maħruġa mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika. L-aktar verżjoni riċenti ta' din il-pubblikazzjoni hija dik għall-1999. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-Tabella numru 15 intitolata "Origin and Destination of Imports, Domestic Exports and Re-Exports by Chapter" li tinsab fit-tieni volum ta' l-imsemmija pubblikazzjoni.
Leg 9 PQ #23497 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Performing Right Society

Question

Jirriżultalu l-Ministru illi diversi sidien ta' ħwienet/negozji ż-żgħar qed jiġu avviċinati mill-performing right society biex iħallsu talli jkollhom xi casette/CD jdoqq fil-premises tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li s-Small Business Unit waslitilha nformazzjoni li kien hemm każ wieħed li fih spetturi tas-Soċjeta' tal-Performing Right marru f'ħanut u talbu ħlas skond il-liġi. Is-sid tal-ħanut aċċetta li jħallas.
Leg 9 PQ #23402 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Makkinarju Reprografiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1995 u l-2000 kemm ġew importati: a) photocopy machines b) fax machines c) computer printers d) scanners e) kull makkinarju ieħor bi klassifikazzjoni differenti li jgħamel xogħol reprografiku?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #23368 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Street Lighting

Question

Jista' l-Ministu jgħid jekk jistax jkun hemm xi forma ta' street lighting fit-traf ta' Triq il-Ballut, San Ġwann li jagħti għall-pjazzetta li twassal għal-Nut Street?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #23179 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pompi awtomatiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pompi tal-petrol li għandhom pompi awtomatiċi li b'hekk il-konsumatur jkun jista' jixtri il-petrol minnhom meta jkunu magħluqa? Fejn jinstabu f'Malta u f'Għawdex? X'informazzjoni tingħata mill-Enemalta lit-turisti dwar il-ħinijiet tal-ftuħ tal-pompi u dwar dawk li huma awtomatiċi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-preżent hawn 58 pompa tal-petrol f’Malta u 9 f’Għawdex li għandhom pompi awtomatiċi. F’Malta, dawn jinsabu f’Ħal Lija, in-Naxxar, Blata l-Bajda, Ħal Luqa, Birkirkara, Bir id-Deheb, il-Mosta, il-Kappara, il-Marsa, il-Gżira, ir-Rabat, iż-Żurrieq, Raħal Ġdid, Santa Venera, San Ġiljan, il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, il-Floriana, Ħal Tarxien, Ħal Qormi, is-Siġġiewi, l-iMsida, il-Fgura, tas-Sliema, Ħaż-Żebbuġ, Saint Andrews, il-Gudja, Ħal Safi, iż-Żejtun u Ħ’Attard, mentri f’Għawdex dawn qiegħdin ix-Xewkija, ir-Rabat, l-iMġarr, Għajnsielem u x-Xagħra. Mhuwiex il-kompitu tal-Korporazzjoni Enemalta li tagħti lit-turisti informazzjoni dwar il-ħinijiet tal-ftuħ tal-pompi tal-petrol.
Leg 9 PQ #23201 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

W.S.C.

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu rranġati x-xogħlijiet li saru fi Triq il-Katakombi, ir-Rabat mill-WSC peress li l-asfalt ġie ogħla mil-livell tat-triq normali u qed jinblokka l-ilma kif ukoll ikun ta' nkonvenjent kbir għar-residenti u anzjani li jiffrekwentaw din it-triq fir-Rabat?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tiġi nvestigata u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #23339 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li l-Enemalta tara li jiġi trasferit arblu tad-dawl li jinsab viċin id-dar Fedele, Triq il-Barrani, Żejtun li żmien ilu kien ġie trasferit temporanjament biex jitlesta xi bini u baqa' imwaħħal fit-triq taħt il-bankina minkeja li l-bini in kwistjoni ilu li tlesta? Billi dan l-arblu qed ikun ta' periklu għat-traffiku possibli l-Enemalta tieħu passi biex dan issa jerġa' jiġi imċaqlaq la darba x-xogħol tlesta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li qiegħdin isiru l-arranġamenti meħtieġa biex l-arblu msemmi jitneħħa fl-aqsar żmien possibbli.
Leg 9 PQ #23086 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet ta' l-ilma u tad-dawl u li magħhom sar xi ftehim ta' kif jista' jiġi mħallas il-kont matul is-sena l-oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li kemm il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kif ukoll il-Korporazzjoni Enemalta joffru lill-konsumaturi tagħhom ftehim ta' pagamenti biex jitħallsu l-attretrati tad-dawl u ilma. Matul is-sena 2000 il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ipproċessat 267 ftehim ma' konsumaturi li kienu waqgħu lura fil-ħlas tal-kontijiet. L-informazzjoni relattiva għal ftehim simili dwar konsum ta' dawl qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #217 Sitting 485 2001-02-05 Written · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Ġwann — Triq taż-Żwejt

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza ġo Triq taż-Żwejt San Ġwann ħdejn l-istage li hemm minħabba dlam kbir?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #23304 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl u Ilma — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament,il-kont tad-dawl u l-ilma tagħha min Lm 22.90 ġie Lm 469.64, meta din l-persuna tgħix weħidha u minkejja li rrapportat kemm-il darba, ħadd mid-dipartiment ma ħa passi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex jiġi nvestigat u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa. Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Membru tinfurmani meta kienu d-drabi li l-persuna in kwistjoni kellmet lill-Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #23305 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex ser isiru l-bozoz il-ġodda fi Triq Alessandru u Triq Dliela Żabbar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-deċiżjoni jekk jiżdiedx dawl jew le fi triq partikulari jiddependi minn diversi fatturi fosthom jekk tkunx saret talba u jekk tali talba tkunx ġustifikata.
Leg 9 PQ #23327 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk fil-Malta Shipbuilding ħarġitx tender biex jinbiegħ l-scrap tal-ħadid jew ingħatatx direct order? Jekk ingħata b'direct order, min ta l-ordni? Għaliex ma ntbagħatx security guard kif normalment isir biex jintiżen u għaliex ma ntiżinx fid-dwana ta' Kordin kif isir normali u minflok ingħata li jintiżen minn kumpanija privata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Malta Shipbuilding ma biegħet l-ebda scrap b'direct order. Kien hemm enquiries ma' erba' scrap dealers u l-bejgħ sar skond l-aħjar offerta. L-iscrap intiżen fuq miżien ta' kumpanija indipendenti fil-preżenza kontinwa ta' uffiċjal tal-Malta Shipbuilding u l-ispejjeż kollha relatati tħallsu mill-iscrap dealer li kien qed jixtri.
Leg 9 PQ #23328 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarx xi rapport minn Ulstein fuq ix-Ship Equipment Stores li hemm fil-Malta Shipbuilding fejn ġie indikat li dawn l-aħħar tliet xhur kien hemm diżordni f'dawn l-istores? Jistax wkoll jinforma lill-Kamra jekk dan in-nuqqas jistax iservi ta' dannu għall-Malta Shipbuilding? L-istock taking li kien inbeda' fil-Malta Shipbuilding f'Settembru li għadda fuq il-materjal li inxtara minn Ulstein għall-kumpanija Gozo Channel tlesta? Jekk ma tlestiex, x'inhi r-raġuni? Jista' l-Ministru jiċċekkja jekk dan l-stock taking twaqqafx b'kapriċċ minn xi manager u jekk fl-affirmattiv x'passi ttieħdu kontra min hu responsabbli?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li Ulstein ilmentaw kemm-il darba dwar it-tmexxija ta' l-Equipment Stores waqt li kien għaddej il-bini tal-vapuri tal-Gozo Channel. Il-management tal-Malta Shipbuilding ħa l-passi u neħħa lill-uffiċjal li kien responsabbli minn dawn l-istores u ssostitwieh b'uffiċjal ieħor. Ninsab infurmat ukoll li l-istock taking tlesta.
Leg 9 PQ #23235 Sitting 484 2001-02-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Triq il-Baħrija - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi nstallata bozza fit-tarf ta' Triq il-Baħrija, Zabbar, fejn ma tinfidx - kantuniera ma' Cappucchin Road?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.