B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27664, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jattira aktar Dental Technologists jidħlu jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa fejn huwa ċar li hemm nuqqas serju fis-servizzi tad-Dentistrija u l-kura tas-snien?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemm l-ebda nuqqas fis-servizzi li joffru d-Dental Technologists.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28543, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont globali li se titħallas Vitals Global Healthcare għas-servizzi mogħtija fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-Isptar Karen Grech sal-aħħar tas-sena 2016? Jista' jgħid mil-liema data bdiet titħallas din il-kumpanija? Jista' jgħid kemm hu l-ammont imħallas kemm għall-Isptar Karen Grech u kemm għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista' jgħid kif ġiet stabbilita din is-somma?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammonti li ser jitħallsu lill-Vitals Global Healthcare sal-aħħar tas-sena dwar l-isptar Karen Grech u l-isptar Ġenerali t’Għawdex huma kkumparabbli mal-ispejjez rikorrenti li kienu mħallsa qabel, fuq l-istess entitajiet.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28546, jista’ l-Ministru jgħid e¿att kemm tħallsu Vitals Global Healthcare mill-Gvern sal-lum għas-servizzi li taw u/li qed jagħtu peress li fir-risposta tiegħu ma ta l-ebda ċifri? Ma jaħsibx li ladarba dawn qed jitħallsu minn fondi pubbliċi, huwa neċessarju li din il-Kamra u l-pubbliku jkun jaf x' qed jitħallsu u xi tħallsu s’issa? Jekk le, jista’ jagħti r-raġuni għaliex ma jridx jippubblika dawn iċ-ċifri li tħallsu minn fondi pubbliċi u ta' xiex tħallsu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi r-remunerazzjoni annwali tad-Direttur tal-Embryo Protection Authority (EPA)? Jista' jgħid ukoll jekk min qed jokkupa l-post ta' Direttur tal-EPA, għandux perks oħra addizzjonali barra r-remunerazzjoni? Jekk iva x’inhuma?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttur tal-Embryo Protection Authority (EPA) hija s-Sinj. Simone Attard. Is-salarju tagħha huwa ta' skala 4.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li każijiet ġodda ta’ dijabete għandhom stennija ta’ aktar minn sena qabel jarahom konsulent fl-outpatients tal-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda pazjent li għandu stennija ta’ aktar minn sena biex jarah Konsulent tad-Dijabete’ fl-Outpatients f’Mater Dei.
Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hemm nies jistennew fuq il-waiting list biex jagħmlu operazzjoni tal-artroskopija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena kien hemm 601 pazjenti jistennew biex jagħmlu l-operazzjoni tal-atroskopija, nfakkarha li fis-sena 2012 taħt l-amministrazzjoni tal-Gvern preċidenti kien hemm 1877 pazjenti jistennew għal din l-operazzjoni.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 25209 u 25074, jista’ l-Ministru jgħid jekk s’issa ħarġux sejħiet għal aktar konsulenti mediċi fis-sena 2016? Jekk iva, f’liema speċjalizzazzjonijiet mediċi? Jekk le, għalfejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena ħargu 16 il-sejħa għal Konsulenti Mediċi.
Sptar Mater Dei – Department of General Surgery — post ta’ Konsulent Mediku
Question
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 25211, 25076 u 24727, jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx is-sejħa għall-post ta’ konsulent fid-Dipartiment tal-General Surgery? Jekk iva, meta u kemm kien hemm applikanti? Jekk le, meta se toħroġ din is-sejħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għal Konsulent fid-Dipartiment tal-Kirurġija ħarget u din il-vakanza kienet imtliet, skont l-esiġenzi tas-servizz, permezz ta’ Konsulent Ġenerali b’interess speċjali fil-Breast Surgery.
Sptar Mater Dei – Department of General Surgery — post ta’ Konsulent Mediku
Question
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 25211, 25076 u 24727, jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx is-sejħa għall-post ta’ konsulent fid-Dipartiment tal-General Surgery b’Interess Speċjali fil-Kirurgija tas-Sider? Jekk iva, meta u kemm kien hemm applikanti? Jekk le, meta se toħroġ din is-sejħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28648 filwaqt li ninformaha li s-sejħa ħarget f’Ġunju tal-2016 u kien hemm applikant wieħed.
Sptar Mater Dei – rapport annwali tal-operazzjonijiet
Question
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 25170, 24959 u 24726, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei għas-sena 2015 peress li l-Ministru poġġa biss ir-rapport ta’ Jannar 2016 meta l-mistoqsija kienet tispeċifika s-sena 2015 kollha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra r-rapport annwali tal-operazzjonijiet fl-isptar Mater Dei għas-sena 2015.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Ministeru tiegħu jew xi Dipartiment li jaqa' taħtu kkummissjona rapport dwar waiting lists tal-outpatients fl-Isptar Mater Dei? Jista' jikkonferma li dan sar mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jpoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid kemm tħallset il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal dan ir-rapport?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tas-Saħħa ma kkummissjona l-ebda rapport dwar waiting lists tal-outpatients fl-Isptar Mater Dei.
Awtorità għall-Protezzjoni ta' Embrijuni – impjegati — remunerazzjoni
Question
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 28547, jista’ l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija u jgħid l-impjegati tal-Awtorità għall-Protezzjoni ta' Embrijuni (EPA) x' remunerazzjonijiet għandhom u x'perks għandha/u kull impjegat/a?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tlett impjegati tal-Awtorita’ għall-Protezzjoni ta' Embrijuni huma mħallsin skont id-direttiva numru 7 maħruġa mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b’xejn fl-2016 u jaqsam l-informazzjoni skont il-post minn fejn dawn tqassmu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar sa Ottubru tal-2016 tqassmu 783,309 siringi u nirrimarka li dawn is-siringi jitqassmu lill-pazjenti li jbatu bid-diabete jew kundizzjonijiet mediċi oħra, u kif ukoll lill-individwi li għandhom problema ta’ abbż mid-droga.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jikkunsidra li jintroduċi retractable syringes għal min jingħata s-siringi b’xejn sabiex jiġu evitati riskji minn siringi li jitħallew esposti f’postijiet pubbliċi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex innaqsu r-riskji ta’ nies li jittaqqbu b’mod aċċidentali minn labar użati, d-dipartiment tas-saħħa beda kampanja li jitqassmu kaxxi apposta (Sharp Containers) miċ-ċentri tas-saħħa biex il-labar użati jintremgħu b’mod aktar sikur.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna tilfet ħajjitha kawża ta’ overdose ta’ droga s’issa matul l-2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li dawn il-każijiet jeħtieġu analażi tossikoloġiku li jista jieħu ż-żmien, figuri aġġornati għas-sena 2016 għadhom mhux disponibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern ser jibda t-twettiq ta’ sptar ġdid għall-kura tas-saħħa mentali li kien indikat li ser isir fil-viċinanzi tal-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej il-proċess sabiex jinħatar Board ta' Diretturi għas-Saħħa Mentali li se jfassal l-istrateġija f'dawn il-qasam. Dan il-board se jkollu rappreżentanza tal-istakeholders f'dawn is-settur.
Professjonisti fil-qasam tas-saħħa — polza ta’ assigurazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tobba, nurses u allied health care professionals humiex koperti minn polza tal-assigurazzjoni għal claims għal danni li jistgħu jiffaċċjaw jekk jagħtu għajnuna lil persuni barra l-ħin tax-xogħol tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jippreċiza għal liema polza ta' assigurazzjoni qed jirreferi għaliha.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir mix-xogħol tal-Council for Nurses and Midwives sa kemm dan huwa sospiż minħabba l-inkjesta fuq l-allegat tbagħbis fil-voti tal-elezzjoni tal-istess kunsill?
Jista’ l-Ministru jgħid ma’ min ikkonsulta qabel ma ħatar lill-kirurgu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Acting CEO tal-Isptar Monte Carmeli? Huwa minnu li dan il-kirurgu se jkun qed jaħdem fiż-żewġ sptarijiet fuq bażi part-time meta ż-żewġ karigi jitolbu attenzjoni kbira fuq bażi full-time?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija qed jaħdem bħala CEO tal-Isptar Monte Carmeli full-time. Nitlobha tispeċifika għal liema żewġ sptarijiet qed tirreferi.