Legislature:
Category:
Reset
Active:

AFM – changing of the guards quddiem il-Palazz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ta l-ordni biex tieqaf iċ-changing of the guards quddiem il-Palazz, il-Belt mill-Forzi Armati ta’ Malta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 8358.

Emergency Response Team – xiri ta’ vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3972 li kienet tittratta dwar xiri ta’ vetturi għas-Civil Protection Department peress li t-tweġiba li ngħatat kienet dwar reinstatement fil-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni koretta għall-mistoqsija parlamentari 3972.

Korp tal-Pulizija – ingaġġ ta' kuntistabbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu fil-Korp tal-Pulizija l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li sa ftit żmien ilu kien impjegat mal-Arriva?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjal tal-Pulizija indikat ġie ngaġġat fil-Korp bħala Kuntistabbli tar-Riżerva fit-13 ta' Frar 2014.

Qorti – moħqrija tal-annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati b'moħqrija tal-annimali mill-2010 sal-lum? Jista’ jagħti break down sena b'sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jidher fit tabella t’hawn taħt:

American Citizen — obtaining Maltese citizenship

Question

Can the Hon. Minister state what are the requirements for an American Citizen who is married to a Maltese and living in Malta in order to obtain her Maltese citizenship?

Response (MALLIA, EMANUEL)

In accordance with article 6(1) of the Maltese Citizenship Act (Cap 188), the person concerned has the right to be registered as citizen of Malta if: - on the date of application s/he would still be married to the said citizen of Malta; - had been married for at least five years after the celebration of marriage or if on the date of application s/he is separated de jure or de facto had lived with his/her spouse for at least five years after marriage; and - the Minister responsible for citizenship matters is satisfied that the grant of citizenship is not contrary to the public interest

Studju dwar l-iskali tal-Pulizija

Question

B’referenza għall-artiklu fis-Sunday Times tad-9 ta’ Frar 2014 intitolat “Malta has more top brass Police than Britain’s Met”, u fejn iċ-chief of staff tiegħu hu kkwotat jgħid, “the restructuring was the result of a study which showed how to fight modern crime effectively.”, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tali studju u jgħid min għamel dan l-istudju? Meta sar dan l-istudju?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din id-deċiżjoni ttieħdet wara konsultazzjoni vasta ma’ diversi oqsma fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u esperti oħrajn.

Bord tal-Għażla – Detention Services Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kien magħmul il-Bord tal-Għażla sabiex ġew jew se jiġu ingaġġati numru ta’ detention services officers fil-ġranet li ġejjin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Għażla kien magħmul mis-Joseph St John (Chairperson), is-sur James Pearsall (Membru) u s-sur Eric Saliba (Membru).

Detention Services Officers – ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il detention services officer ġew ingaġġati jew se jiġu ingaġġati fil-jiem li ġejjin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ntgħażlu 40 applikant u 39 minnhom ġew imsejjħa biex jibdew l-ingaġġ fit-3 ta Marzu 2014. Tnejn minn dawn irrifjutaw l-ingaġġ u saret talba mal-PSC biex il-post tagħhom jimtela minn oħrajn skond l-Order of Merit ippubblikata.

Kummissarju tal-Pulizija – żjara fl-Italja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni taż-żjara fuq xogħol fl-Italja li l-Kummissarju tal-Pulizija għamel nhar il-Ħadd, 2 ta’ Marzu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux il-prassi li tingħata nformazzjoni dwar żjarat ta’ din ix-xorta minħabba raġunijiet ta' sigurtà.

Kummissarju tal-Pulizija – żjara fl-Italja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li ż-żjara fuq xogħol fl-Italja li l-Kummissarju tal-Pulizija għamel nhar il-Ħadd, 2 ta’ Marzu saret permezz ta’ jet privat?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Niforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari 8275.

Serq minn djar, karozzi u ħwienet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtat serq minn djar, karozzi u ħwienet, skont il-każ fil-lokalitajiet li jiffurmaw is-7 distrett elettorali mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-lum?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji dwar in-numru ta’serq minn djar, karozzi u ħwienet, min lokalitajiet li jagħmlu parti mis-Seba’ Distrett, mil-1 ta’ Jannar 2013, sa l-aħħar ta’ Ġunju 2014.

Bejgħ ta’ bombi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħadet il-pulizija dwar tip ta’ bomba li qed tinbiegħ lit-tfal fil-festi? Din it-tip ta’ bomba (magħrufa bħala bomba safra) hija legali li tinbiegħ over the counter inkluż lit-tfal?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li prassi fil-pulizija hi, li dawk l’uffiċċjali li jkunu xogħol f’lokalitajiet fejn ikun qed jiġu ċċelebrati il-festi, jagħmlu spezzjonijiet fejn ikun qed isir bejgħ ta’ oġġettti relatati maċ-ċelebrazzjonijiet, biex jiġi żgurat li ħadd ma jkun qiegħed ibiegħ lill xi persuni jew jesponi għal bejgħ xi splussiv, bi ksur tal-provedimenti tal-Ordinanza dwar l-Esplosivi, Kap 33. Il-Pulizija reggħu ġew notifikati, biex waqt il-festi dawn l-ispezzjonijiet ikomplu u jittieħdu passi kollha jekk jinstab xi materjal illegali.

Mosta — qtil ta' qtates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għala l-Pulizija sal-lum għadhom ma ppubblikawx il-footage kollu mis-CCTV cameras kollha involuti li jistgħu jitfgħu dawl fuq min qed iwettaq il-qtil brutali tal-qtates u klieb fil-Mosta, peress li sal-lum, 17 ta' Frar 2014, l-impressjoni li qed tingħata hija (kif anke qalet is-Sindku tal-Mosta) li huma l-Pulizija li ma jridux li jixxandru l-filmati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pulizija kienet ippublikat il-filmat relatat, l-inċident tat-3 ta' Frar 2014, fejn kienu iddendlu kelb u qattus mal-knisja tal-Mosta. Inżid li wara dan l-inċident u kif kien ġara wara kull inċident simili, l-investigazzjonijiet komplew sakemm il każ kien solvut. Filfatt nhar il-Ħamis, 20 ta' Marzu 2014 il-Pulizija resqet persuna l-Qorti fejn ġiet mixlija b'diversi akkużi relatati mal-inċident. Sal-lum il-każ għadu sub-judice.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-vetturi kollha mikrija jew leased mingħand il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament lil kull dipartiment tal-Gvern, awtorità, korporazzjoni jew kwalunkwe entità governattiva oħra fid-dekasteru minn Marzu 2013 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija, u jindika wkoll, f’kull każ, saritx sejħa pubblika għall-offerti u jekk le, jgħid għaliex le?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perijodu msemmi, inkrew tmien karozzi mingħand il-kumpanija msemmija, minn naħa tal- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dawn il-kirjiet saru skont il-proċeduri finanzjarji tas-servizz pubbliku.

Armata – Bord tal-inġustizzji

Question

B’referenza għall-bord tal-inġustizzji li twaqqaf fi ħdan l-Armata, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-gradi ta’ suldati u fizzjali li għandhom dritt għas-smigħ minn dan il-bord?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull membru fil-Forzi Armati ta' Malta, fi kwalunkwe grad, kellu d-dritt li jkollu l-allegat inġustizzja fil-konfront rispettiv indirizzata, dejjem suġġetta għal ċertu kriterji stabbiliti.

Iż-Żejtun – Triq il-Ħerba – trakk taċ-ċilindri tal-gass

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari W198, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi minħabba li jidher li hemm ċertu persuni li huma ’l fuq mil-liġi minkejja li l-pulizija marru fuq il-post? X’azzjoni ttieħdet mill-pulizija u l-awtoritajiet ikkonċernati ħalli l-inkonvenjent u fuq kollox il-periklu fuq il-post ma jibqax?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara il-mistoqsija parlamentari il-pulizija flimkien ma’ membri tal-Awtorita Maltija tar-Rizorsi (Malta Resources Authority) għamlu spezzjoni fuq il-post indikat. F’din l-okkażżjoni instab li trakk tal-persuna kkonċernata kien qiegħed ipparkjat f’żona privata li hi propjeta tiegħu stess u l-Awtorita kkonfermat li dan ma kienx qed jikser l-ebda liġi minn tagħhom. Saret tfittxija oħra fil-garage ta’ l-istess individwu fejn instab li kellu tlett ċilindri ta’ tnax il-kilo mimlija u ħamsa oħra ta’ qies differenti, li kienu vojta. Hawn ukoll l-MRA ikkonfermat li kien hemm bżonn permess biex jinbiegħu ċilindri tal-LPG u is-sid ġie infurmat li setgħa jżomm biss sitt ċilindri tal-LPG f’dar, kemm mimlija kif ukoll vojta. Biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm kontravenzjonijiet il-pulizija se tkompli bil-patrols tagħha f’din iż-żona.

San Pawl il-Baħar – serq minn proprjetajiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm rapporti ta’ serq minn proprjetajiet fil-konfini ta’ San Pawl il-Baħar matul din is-sena, inkluż allegat serq matul il-jum li kważi battal il-proprjetà minn kull ma kien hemm fid-djar/appartamenti misruqa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – xogħlijiet fuq l-Uffiċċju tal-Aġent Direttur

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3420 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-quotes li ntalbu għax-xogħol kollu li qed isir fl-Uffiċċju tal-Aġent Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin inkluż tal-madum?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ir-risposta għada qed tinġabar minħabba li kemm il-persuna nkarigata mill-ġbir ta’ quotes kif ukoll il-persuna li kienet Aġent Direttur, illum il-ġurnata jaħdmu f’postijiet oħra.

Korp tal-Pulizija – xogħol waqt okkażjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3377, jista’ l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien hemm Pulizija preżenti u/jew jaħdmu fl-ikla tal-Palazz tal-Girgenti tal-Ħamis, 27 ta' Ġunju 2013 li fiha l-Pulizija sajru u kienu chefs u/jew waiters, inkluż dawk li kienu bhala Banda tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 7575, li saret għal diversi drabi minnu stess.

AFM – suldati stazzjonati mal-Ministeri

Question

B’referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 3413, jista’ l-Ministru jispjega r-raġuni li avverat ruħha wara d-9 ta’ Marzu 2013 u li tat lok biex ikun hemm il-ħtieġa li jkun hemm tmien suldati mill-Forzi Armati ta’ Malta li jkunu stazzjonati mal-Ministeri bħalissa, waqt li ma kien hemm l-ebda suldat stazzjonat qabel id-9 ta’ Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni ttieħdet sabiex jitjieb il-livell ta’ sigurtà.