Legislature:
Category:
Reset
Active:

Guidelines for road construction works

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15516 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokument "Standards and guidelines for road construction works, design details for road construction, guidelines for the standard presentation of design documents and road engineering standards"?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15516, f'seduta 323.

Trasport Pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15538 u jgħid meta u kemm kienu ż-żidiet fin-noll tat-trasport pubbliku matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15538, f'seduta 323.

Karozzi bil-licence plate K

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15541 u jgħid kemm hawn karozzi reġistrati bil-licence plate K u kemm sal-lum huma garaxxjati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-numru tal-karozzi bil-licence plate K hu ta’ 6,432 u tal-muturi bil-licence plate K hu ta’ 2,891. In-numru ta’ dawn il-karozzi u muturi ggaraxxjati hu ta’ 395.

Gżira/Imsida — Triq Gerry Zammit

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra illi Triq Gerry Zammit Gżira/Imsida tibqa' one way billi din hija dejqa ħafna u minnha jgħaddu karozzi tal-linja u veikoli kbar u dan huwa ta' periklu kbir għar-residenti li kemm-il darba sofrew danni minn ħabtiet bejn veikoli fil-proprjeta' tagħhom u anke minħabba l-fatt li huwa perikoluż ħafna li timxi fuq il-bankini li hemm billi mhux l-ewwel darba illi veikoli kellhom jitilgħu fuq il-bankina biex jevitaw inċident billi t-triq mhijiex dritta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi Triq Gerry Zammit minn dejjem kienet two way ħlief għal perjodu ta’ ftit xhur ta’ prova fuq proposti tal-Kunsill Lokali ta’ l-Imsida. Waqt din il-prova rriżulta li t-traffiku minn Rue d’Argens u mill-Gżira, partikolarment minn Triq Nazju Ellul kien qed isib diffikulta biex jasal Msida Circus. Biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta pproponiet li Triq Gerry Zammit terġa ssir two way iżda Triq ta’ Bieb it-Torri tibqa’ one way kif kien ġie propost mill-Kunsill Lokali ta’ l-Imsida, b’hekk it-traffiku jkun jista’ jimxi aħjar. Mir-records ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta jirriżulta li għal perjodu ta’ tlett snin qabel ma Triq Gerry Zammit saret one way bi prova, ma kien hemm ebda inċident irrapurtat f’din it-triq. Minkejja dan, l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta flimkien mall-Kunsill Lokali ta’ l-Imsida ser tara kif tista’ tillimita l-flow ta’ vetturi kbar minn Triq Gerry Zammit biex l-inkonvenjent għar-residenti ta’ din it-triq jiġi minimizzat kemm jista’ jkun.

VRT tests

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm weħlu mit-test tal-VRT din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fl-2004, 12,534 vettura falliet it-test inizjali filwaqt li 38 vettura falliet it-tieni test (retest). Fl-2005 (sa l-aħħar ta’ Settembru), 12,803 vettura falliet it-test inizjali filwaqt li 33 vettura falliet it-tieni test (retest).

Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Imdina

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 15117, jista' il-Ministru jgħid jekk l-analiżi tal-flows tat-traffiku bediex u jekk le meta se jibda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport f'Settembru li għadda bdiet il-proċess li tagħmel traffic counts bħala parti mill-analiżi tal-flows tat-traffiku f'partijiet minn Triq l-Imdina., Ħaż Żebbuġ.

Ħal-Lija

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12583 u jindaga jekk tistax tiġi rranġata l-bankina madwar iċ-ċimiterju ta' Ħal-Lija?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li saru l-ispezzjonijiet meħtieġa fuq il-bankina msemmija mill-Onorevoli Interpellant u b’hekk din il-bankina ġiet inkluża f’lista ta’ xogħlijiet simili ta’ manutenzjoni. Dawn ix-xogħlijiet isiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Vetturi bl-ittra "Y"

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15476 u jgħid x'inhi r-raġuni għaliex tħalla l-użu ta' l-ittra "Y" f'number plate meta tali vettura tkun waħda privata u mhux għall-użu pubbliku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta l-ittra “Y” tkun it-tielet ittra fuq in-number plate, dawn il-vetturi huma kollha għall-użu pubbliku pero din l-ittra tista’ tintuża fl-ewwel jew fit-tieni pożizzjoni fuq vetturi privati.

ADT — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15470 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tat-toroq residenzjali li saru mill-ADT matul dawn l-aħħar 12-il xahar, inkluż it-tul ta' kull triq, kull lokalita' separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tat-toroq residenzjali li saru mill-Awtorita' dwar it-Trasport matul dawn l-aħħar 12-il xhar, inkluż it-tul ta’ kull triq, kull lokalita’ separatament.

Raħal Ġdid — Ground Pace Grasso

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jew jispjega l-istadju tal-proġett għall-iżvilupp tal-ground ta' Pace Grasso f'Raħal Ġdid?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi ġiet sottomessa applikazzjoni lill-MEPA fuq il-proġett kollu biex il-Ministeru jkun jista' jikseb full develpment permit fuq il-proġett. Meta jinħareġ il-permess ikunu jistgħu joħorġu l-offerti biex jiġi eżegwit il-proġett.

Raħal Ġdid — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista’ il-Ministru jikkonsidra, sakemm dan mhux diġa’ hekk deċiż, li ċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid jiġi trasferit għal bini li ser isir fil-proġett ta' Pace Grasso f'Raħal Ġdid biex ikun wieħed ikbar u iktar spazjuż? Jikkonsidra l-Ministeru li minflok allura ċ-ċentru tas-saħħa tal-lum isir day centre għall-anzjani f'Raħal Ġdid?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-proposta ta' l-Onorevoli Interpellant diġa' ġiet ikkunsidrata u deċiża, għax iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid ser jiġi nkorporat fil-proġett ta' Pace Grasso.

Guidelines for road construction works

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokument "Standards and guidelines for road construction works, design details for road construction, guidelines for the standard presentation of design documents and road engineering standards"?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokument mitlub mill-Onorevoli Interpellant, fil-forma ta' CD.

Trasport Pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta u kemm kienu ż-żidiet fin-noll tat-trasport pubbliku matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-nollijiet tal-karozzi tal-linja f’Malta ġew mibdula f’Jannar 2005 meta dawn kienu ilhom ma jinbidlu mill-1 ta’ Settembru 1999. Qiegħed nippreżenta fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta’ kif żdiedu n-nollijiet f'Malta (document A). Fir-rigward ta’ l-operat f’Għawdex, in-nollijiet il-ġodda daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2004 meta l-aħħar li kienu nbidlu kien fis-6 t’April 2000. Qiegħed nippreżenta ukoll kopja ta’ kif żdiedu in-nollijiet f’Għawdex (document B).

ADT — Coaches

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li fis-27 ta' Ottubru 2005 daħlu f'Malta mill-port coaches li huma twal 18-il metru u li l-ADT awtorizzathom li joħorġu fit-triq bit-turisti bi ksur tal-liġi, liema liġi l-għada ġiet emendata u l-limitu ttella' għal 18-il metru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi 5 coaches daħlu f’Malta fis-27 ta’ Ottubru. Tnejn minn dawn il-coaches kienu b’żewġ axles u kienu twal 12 metru, waħda kienet bi 3 axles u kienet twila 12.9 metri u t-tnejn l-oħra kienu bi 3 axles u kienu twal 12.6 metri. Fil-liġi hemm stipulat li t-tul massimu ta’ coach għandu jkun:- a) coach b’żewġ axlesirid ikollu tul massimu ta’ 13.5 metri b) coach bi tlett axlesirid ikollu tul massimu ta’ 15-il metru Għaldaqstant, il-coaches li daħlu Malta fis-27 ta’ Ottubru ma kellhom xejn kontra il-liġi.

Minibuses

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15492 u jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li għal minibuses il-bojod u chauffeur driven cars jeħtieġ li jkunu reġistrati fuq public service garage, ma jsirx l-istess għal minibuses il-ħomor u għat-taxis?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq infakkar lill-Onorevoli Interpellant li skond il-liġijiet eżistenti f’pajjiżna teżisti biss kategorija waħda ta’ minibuses għall-ġarr ta’ passiġġieri b’kiri jew b’kumpens, u dawn huma l-minibuses ħomor, filwaqt li fir-rigward ta’ dawk il-vetturi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għalihom bħala minibuses bojod, dawn huma klassifikati bħala public service garage van, li tfisser vettura bil-mutur, esternament ta’ kulur abjad, u li hi liċenzjata biex iġġorr mhux aktar minn għaxar passiġġieri. Fir-rigward tal-mistoqsija, jien infurmat li l-prattika kienet u għadha li l-liċenzji ta’ public service garage jkopru l-vetturi self-drive u dawk tal-kiri misjuqa minn xufier (jiġifieri dawk bil-pjanċi bl-ittri K jew issa wkoll QZ, bl-ittri GY u bl-ittri VY). Il-permessi għall-minibuses (il-ħomor) kienu nħarġu minn amministrazzjoni oħra diversi snin ilu fuq bażi individwali u nħoloq monopolju ieħor. L-użu ta’ dawn il-vetturi għal servizz pubbliku llum hu regolat bil-ħtieġa ta’ liċenzja ta’ operatur skond ir-regolamenti ta’ l-2003 dwar il-ġarr stradali ta’ passiġġieri b’vetturi bil-mutur. Ninsab infurmat li fir-rigward tat-taxisfejn bħalissa għaddejjin negozjati mill-aktar pożittivi ma’ l-għaqda li tirrappreżenta lis-sidien biex dan is-settur jibqa’ tabilħaqq jipprovdi servizz ta’ kwalità, il-ħsieb hu li jkun introdott il-kunċett ta’ liċenzja ta’ operatur biex b’hekk dan il-kunċett bil-mod indaħħluh għas-setturi kollha u allura jibda jkun hemm aktar kontroll u aktar serjeta fuq is-setturi kollha li jipprovdi servizzi ta’ ġarr ta’ passiġġieri b’kera jew b’kumpens.

Dipartiment tal-Liċenzji u Ttestjar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15472 u jgħid x'inhu l-ammont ta' arretrati dovuti mill-pubbliku lid-dipartiment tal-liċenzji u ttestjar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' arretrati dovuti mill-pubbliku lid-dipartiment tal-liċenzji u ttestjar, sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena ammonta għall-Lm2,878,911.

Maniġġjar tat-traffiku

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15475 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti u guidelines for the implementation of traffic management safety measures and temporary diversion of traffic?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Guidelines for the Implementation of Traffic Management and Safety Measures and Temporary Diversion of Traffic kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

ADT — Permess għall-parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk meta tabib tal-familja jikseb permess għall-parking mingħand l-ADT, anke f'postijiet fejn il-parking huwa ristrett, ifissirx li jista' jipparkja fejn hu pprojbit għal tul ta' żmien, per eżempju, waqt il-ħin meta l-klinika tiegħu tkun miftuħa jew fejn il-parking ikun għal ħin fiss? Jista' jispjega eżatt għalxiex hu ntitolat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li tali permessi għat-tobba ma jinħarġux mill-Awtorita’ dwar it-Trasport.

Baċir Nru 1

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' dawk li wrew interess għas-sejħa ta' żvilupp f'baċir numru 1? Kemm minnhom kienu Maltin u x'inhi n-nazzjonalita’ tal-kumplament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 15170. Il-Konsorzju tal-Cottonera Waterfront Group p.l.c. huwa magħmul minn: Vassallo Builders Group Limited Ballut Blocks Limited Blokrete Limited Hal Mann Holdings Limited Alberta Projects Limited B & C Limited Cassar, Grech, Ebejer & Partners Edward Bencini & Associates Raniolo Limited Applied Economics Consulting Limited Filwaqt li l-Gruppo Romegas huwa magħmul minn: Yoo Limited of the U.K. (U.K.) Rosso Cachia Limited as a local subsidiary of the firm Franco Rosso Italia. (Italy) S. N. Immobiliare Srl of Italy. (Italy) Desert Rose Limited (Malta)