Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji, ta’ kwalunkwe tip, li għadhom joperaw u li mhumiex fi proċess ta’ stralċ, li waqgħu lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts annwali tagħhom mal-MFSA u li qatt ma rrettifikaw ruħhom tant li ilhom iktar minn sentejn ma jissottomettu accounts tagħhom mingħajr raġuni valida? Minn dawn, meta kienet l-aħħar data ta’ sottomissjoni ta’ accounts tal-kumpaniji li għandhom accounts b’lura għal aktar minn sentejn? Jista’ jagħti statistika, sena b’sena (numri biss), ta’ kemm-il kumpanija waqgħet lura, u li s’issa qatt ma għadha rrettifikat l-pożizzjoni tagħha, u għal snin konsekuttivi, mingħajr interruzzjoni la ssottomettiet accounts u lanqas għaddiet għal stralċ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jiddentifika liema huma l-kumpaniji li waqgħu b’lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts tagħhom għal aktar minn sentejn, skont l-isem, sena b’sena u li qatt ma rrettifikaw ruħhom sal-lum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid minn dawn il-kumpaniji li qatt ma rrettifikaw ruħhom, kemm hemm li qatt ma ġew immultati f’dan is-sens? Kemm jiġu mmultati kumpaniji fis-sena għaliex waqgħu lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika, sena b’sena, tal-kumpaniji li waqgħu lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts, u li ilhom iktar minn tliet snin biex irrettifikaw il-pożizzjoni tagħhom u reġgħu bdew jissottomettu accounts b’mod regolari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid minn dawk il-kumpaniji li waqgħu lura għal aktar minn sentejn biex jissottomettu l-accounts tagħhom, kemm hemm minnhom li qed juru profitti u għalhekk mhumiex f’riskju ta’ falliment? Kemm hemm minnhom li jistgħu jkunu f’riskju ta’ falliment? Dawk li jistgħu jkunu f’riskju ta’ falliment, f’liema data ssottomettew l-aħħar accounts tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji li ssottomettew l-accounts ta’ sena u nofs jew sentejn f’daqqa, jew b’xi mod ieħor għal perjodi itwal, minflok sena b’sena mill-2008 ‘l hawn?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata s-somma lil dawk il-ħaddiema li kienu msieħba fil-korpi kif kien imwiegħed fil-Manifest Elettorali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kif imwegħed fil-Budget 2016, qed issir evalwazzjoni ta miżuri sabiex jiġu ndirizzati d-diversi nġustizzji ma diversi setturi ta ħaddiema, fosthom il-ħaddiema tal-korpi.
Hija ironika li partit li għamel total ta 25 sena fil-gvern f’liema żmien qatt ma ndirizza dawn l-anomaliji, issa qiegħed jistaqsi għal
timeframe
mingħand dan il-Gvern li għadu fit-tielet sena tal-ewwel leġislature tiegħu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25403 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-preparamenti biex ikun hemm xogħol fuq it-toroq tagħna, permezz ta' Public-Private Partnerships (PPP)? Jista' jagħti tagħrif ma’ min saru d-diskussjonijiet sa issa dwar dan is-suġġett, kif ukoll liema ser ikunu l-ewwel xogħlijiet li ser isiru permezz ta' din l-iskema? Meta hu mistenni li fil-fatt jinbeda l-ewwel xogħol, u fejn? Min huma l-kuntratturi li wrew interess li fil-fatt jieħdu sehem fi skema ta' PPP għal dak li jirrigwarda t-toroq? Kemm-il PPP ġew approvati mill-Ministeru għall-Finanzi mill-qari tal-budget speech ta’ din is-sena, u kemm kien hemm PPPs li ġew approvati mill-istess Ministeru matul l-aħħar tliet snin? Liema proġetti ġew hekk approvati li jiffurmaw parti mill-PPP? Kemm minn dawn l-iskemi bdew jiġu mplimentati, u minn liema ministeri? X'xogħol sar s’issa b'dawn l-iskemi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex min jinvesti fil-Multilateral Trading Facility bl-isem Prospects mhux se jkollu t-termini fiskali li huma applikabbli fil-każ ta’investiment fil-listing prinċipali tal-Borża ta’ Malta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa, il-Borża ippreparat numru ta benefiċċji fiskali applikabbli sew għal dawk il-kumpaniji, kif ukoll għall-investituri fil-każ ta investimenti f’titoli ammessi fuq Prospects. Dawn qed jiġu studjati u evalwati sabiex wieħed ikun ċert li ma jiksrux ir-regoli ta l-State Aid.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-konsultazzjoni li saret mill-Gvern qabel ma daħal fis-seħħ il-Multilateral Trading Facility bl-isem Prospects?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-regoli ta Prospects ġew imfassla wara stħarriġ li sar mil-Borża permezz ta survey, kif ukoll laqgħat individwali ma numru ta SME’s (madwar 70), li wrew interess fil-proposta tal-Borża biex isir suq li jindirizza l-bżonnijiet tagħhom. Barra mil-SME’s il-Borża kellha wkoll laqgħat u bagħtet ir-Regoli għal kummenti tagħhom lil numru ta entitajiet li ndikaw l-interess tagħhom li jkunu Corporate Advisors. Fl-istess waqt, il-Borża wkoll iddiskutiet dan is-suq il-ġdid matul laqgħat li kellha mal-College of Member Firms.
Il-Borża ukoll ħarset lejn numru ta swieq oħra simili li diġa kienu joperaw f’pajjiżi oħra kif ukoll ħarset lejn id-Direttivi Ewropej relevanti li japplikaw għal dawn it-tip ta swieq. Ir-Regoli ta Prospects ġew approvati mir-Regolatur Finanzjarju kif inhu meħtieġ mil-Financial Market Rules, wara s-sottomessjoni ta diversi drafts u wara li –Regulatur kien sodissfat li-Regoli ta Prospects kienu jissodisfaw id-Direttivi ta l-EU relevanti.
MFSA – għoti ta’ direct order lill-kumpanija ta’ avukati barranin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23362 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23015, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-MFSA tatx direct order lill-entità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew lill-kumpanija ta’ avukati barranin li hija membru ta’ din l-entità? Jista’ jgħid jekk din l-entità hijiex se tkun qed tagħti assistenza fir-rigward tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-financial services? Jista’ jikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwa l-partner li se jkun responsabbli għall-ħidma? Jista’ jikkonferma li l-għażla ta’ din l-entità twettqet miċ-Chairman tal-MFSA wara konsultazzjoni mal-Prim Ministru? Jista’ jgħid kif ġiet magħżula din il-kumpanija? Jista’ jgħid jekk ġewx ikkunsidrati entitajiet oħrajn għal dan ix-xogħol? Jekk fl-affermattiv, liema entitajiet kienu kkunsidrati u għaliex ma ntgħażlux? Jista’ jikkonferma li din il-konsulenza se tiswa aktar minn miljun ewro? X’inhu l-ammont minimu eżatt li għandu jitħallas għal din il-konsulenza f’termini tal-kuntratt? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ din id-direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija kkonċernata ngħatat direct order mill-MFSA fuq il-parir taċ-Chairman abbażi tal-kredenzjal partikolari tar-rappreżentant ewlieni ta din il-kumpanija.
Dan il-kuntratt ingħata sabiex l-MFSA tingħata pariri dwar ‘policy issues’ li għandhom x’jaqsmu ma l-industrija tas-Servizzi Finanzjarji fl-isfond tal-Presidenza.
L-ammont ikkuntratta huwa ta €950,000. Dan jeskludi ħlas tal-VAT, spejjeż fuq l-ivjaġġar, akkomodazzjoni u spejjeż oħra.
Dan il-kuntratt ġie ffirmat fl-1 ta Settembru 2015.
Nutara Pubbliċi – on-site examinations jew eżerċizzju ta’ verifika mill-FIAU
Question
Jista’ l-Ministru:
a. jgħid x’inhu n-numru ta’ nutara pubbliċi li saritilhom
on-site examination
jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika, mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-lum;
b. jgħid, każ b’każ, jekk tali nutara ntgħażlux bix-xorti jew fuq liema bażi oħra ntgħażlu;
c. jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga rispettiva tal-persuna/i li għażlet/għażlu (anke jekk bix-xorti) tali nutara;
d. jagħti d-data li fiha ntgħażlu l-imsemmija nutara u meta saret tali
on-site examination
jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika;
e. f’każ li tali nutara ntgħażlu bix-xorti, jgħid jekk is-sistema relattiva ta’ għażla bix-xorti hijiex waħda manwali jew hijiex kompjuterizzata jew xort’oħra, u f’każ li hi kompjuterizzata, jgħid x’
software
intuża;
f. f’każ li tali nutara ntgħażlu minn bord/kumitat, jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga rispettiva tal-persuni li servew bħala membri jew konsulenti ta’ tali bord/kumitat mill-bidu tas-sena 2016 sal-lum, jgħid jekk inżammewx minuti tal-laqgħat tal-istess bord/kumitat u f’każ li tali bord/kumitat għażel tali nutara fuq/wara rakkomandazzjoni ta’ persuna/i oħra, jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga rispettiva ta’ tali persuna/i; u
g. jgħid jekk fi kwalunkwe fażi tal-proċess tal-għażla ta’ tali nutara u/jew fil-proċessar sussegwenti tal-informazzjoni li kienet miġbura matul l-imsemmija
on-site
examination/s
u/jew fit-tħejjija tar-rapport/i relattiv/i u/jew fit-teħid ta’ kull u kwalunkwe deċiżjoni relattiva għall-imsemmija nutara, kenitx u/jew hemmx il-ħsieb li jkun involut direttament jew indirettament nutar pubbliku ieħor u/jew membru jew rappreżentant tal-Kunsill Nutarili ta’ Malta, u f’każ affermattiv, jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga ta’ tali persuna/i?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-FIAU għandu l-obbligu u l-poteri skond il-liġi li jagħmel on-site examinations lil subject persons sabiex jivverifika l-compliance ta’ dawn il-persuni u entitajiet mal-provvedimenti tal-Att dwar il-money laundering, ir-Regolamenti kontra money laundering u finanzjar ta’ terroriżmu u l-Implementing Procedures tal-FIAU.
Matul din is-sena hemm skedati numru ta’ on-site examinations lil diversi subject persons, inkluzi tmien nutara. Mill-1 ta’ Jannar sal-lum saru tliet on-site examinations lil nutara pubbliċi.
Id-deċiżjoni dwar il-lista sħiħa ta’ subject persons li ghandha ssirilhom on-site examination tittieħdet mid-Direttur tal-FIAU flimkien mad-Deputy Director u ma’ Senior Compliance Officer.
L-għażla tas-subject persons li għandhom ikunu suġġetti għal on-site examination dejjem issir permezz ta’ żewġ metodi - uħud jintagħżlu permezz ta’ metodu ibbażat fuq riskju u uħud b’metodu każwali.
Minħabba l-obbligi ta’ kunfidenzjalita’ li huma marbuta max-xogħol sensittiv tal-FIAU, l-ebda terzi persuni ma jkunu involuti fil-proċess tal-għażla jew fl-ipproċessar sussegwenti tal-informazzjoni li tinġabar matul l-on-site examination jew fit-tħejjija tar-rapport relattiv jew fit-teħid ta’ kwalunkwe deċiżjoni relattiva.
Malta Financial Services Authority – ħruġ ta’ multi żbaljati lil kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Malta Financial Services Authority, ħarġet eluf ta’ multi żbaljati lil għadd ta’ kumpaniji? Jekk iva, x’se jkun qed jagħmel ir-Reġistratur tal-Kumpaniji biex jirrifondi l-multi mħallsa żejda u jirrimedja s-sitwazzjoni li wasslet għal dan l-iżball?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid, skont il-liġijiet viġenti, min hija l-entità fi ħdan l-MFSA li tapprova u tagħti liċenzji biex jingħataw servizzi ta’ natura finanzjarja minn entitajiet jew persuni privati jew pubbliċi? Jista’ jgħid xi rwol għandu l-Bord ta’ Diretturi fl-għoti ta’ dawn il-liċenzji? Jista’ jgħid skont il-liġijiet li jirregolaw l-MFSA, min hija l-entità fi ħdan l-MFSA li tagħmel superviżjoni tal-entitajiet jew persuni liċenzjati u b’liema mod din l-entità tagħti l-informazzjoni jew il-pariri tagħha lill-Bord? Il-bord superviżorju huwa indipendenti mill-boards tal-MFSA jew huwa kkontrollat mill-Bord? Kemm-il liċenzja ngħatat lill-entitajiet u persuni biex jagħtu servizzi finanzjarju bejn l-2006 u l-2016? Kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Skont l-artikolu 10 ta’ l-Att dwar l-Awtorità Għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, l-entità fi ħdan l-MFSA li tapprova u tagħti liċenzji biex jingħataw servizzi ta’ natura finanzjarja hija il-Kunsill ta’ Sorveljanza. Il-Bord tal-Gvernaturi m’ghandu ebda rwol fl-għoti ta’ dawn il-liċenzji. Il-Kunsill ta’ Sorveljanza huwa wkoll l-entita’ li tagħmel superviżjoni tal-entitajiet jew persuni liċenzjati at-termini tal-artikolu fuq imsemmi.
Skont l-artiklu 6 tal-istess liġi il-Bord tal-Gvernaturi għandu r-rwol li jistabilixxi l-
policies
li għandom jiġu esegwiti mill-Awtorità. Il-kordinazzjoni dwar l-implementazzjoni tal-
policies
u l-funzjonament ġenerali tal-Awtorità issir minn Kumitat ta’ Kordinazzjoni mwaqqaf skont l-artikolu 9, li jservi wkoll bħala l-punt ta’ komunikazzjoni ewlieni bejn iż-żewġ entitajiet fuq din il-materja. Għaldaqstant iż-żewġ entitajiet jeserċitaw ir-responsabbilitajiet rispettivi tagħhom b’mod indipendenti minn xulxin. Bejn l-2006 u l-2016 ingħatat 2662 liċenzja.
L-istatistika disponibbli dwar applikazzjonijiet mhux approvati bejn is-sena 2006 u 2009 hija limitata. Filwaqt li in-numru ta’ liċenzji approvati matul il-perjodu 2010 sa Marzu 2016 kien 1794, l-ammont ta’ applikazzjonijiet li ma ġewx approvati tul dan il-perjodu kien ilaħħaq il-fuq minn 300. Minħabba in-natura legali tal-proċess ta’ rifjut ta’ applikazzjoni, parti kbira ta’ dawn l-applikazzjonijiet twaqqfu mill-applikanti wara li nħarġitilhom ittra li ma ntlaħqux il-kriterji regolatorji meħtieġa, u kien biss f’għaxar każi l-Awtorità kellha tipproċedi bil-ħruġ ta’ ittra formali ta’ rifjut.
Dipartiment tal-Kuntratti – letters of acceptance ta’ tenders irtirati
Question
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24636, jekk d-Dipartiment tal-Kuntratti ma’ jżommx tali informazzjoni, lanqas dwar tenders li jkunu ħarġu mill-istess dipartiment, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma d-dipartimenti jew il-ministeri li jżommu tali informazzjoni? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar jekk il-Ministeru tal-Finanzi, permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti, jew b'xi mod ieħor, iżommx record ta' informazzjoni dwar it-tenders li jkunu ħarġu u li ġew allokati, u dwar jekk ix-xogħol li jkun hemm fit-tender fil-fatt ikunx sar inkella le?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Kuntratti jzomm rendikont sħiħ ta sejħiet għall-offerti li jippublika f’isem xi dipartiment/entita, kif ukoll tal-kuntratti pubbliċi li jkunu ngħataw mid-Dipartiment. Filwaqt li fl-immaniġġjar tal-kuntratti, din taqa fil-kompetenza tad-dipartiment/entita li ried jakkwista l-provvisti, servizzi jew xogħolijiet, hija regolata mill-‘General Conditions’ li jiffurmaw parti integrali mill-kuntratt.
Id-Dipartiment tal-Kuntratti jerġa jidħol f’din il-fażi tal-immaniġġjar tal-kuntratt biss jekk ikun hemm xi disputa bejn id-dipartiment/entita u l-kuntrattur, jew f’każ li jkun meħtieġ li jsir xi tip ta tibdil fil-kuntratt oriġinali.
Aġġudikazzjonijiet ta’ tenders – każijiet ta’ appelli
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24637 u jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta' appelli mill-aġġudikazzjoni tat-tenders li kienu ħarġu, matul il-perijodu 2014, 2015 u 2016 s’issa? Liema kienu t-tenders li għalihom saru l-appelli kif indikat fil-mistoqsija? Jista' jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess ta' appell li nbeda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra, u li n-numru ta każijiet ta appelli mill-Aġġudikazzjoni tat-Tenders fis snin 2014, 2015 u 2016 s’issa kienu:
SenaNumru ta AppelliAppelli AġġudikatiAppelli Pendenti
20141141140
20151191127
Sa April 2016371819
NGOs, għaqdiet u lista ta’ entitajiet — sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jelenka l-lista ta' entitajiet, għaqdiet, NGOs u oħrajn li qegħdin jibbenefikaw minn sponsorships u għajnuna finanzjarja oħra mill-Bank of Valletta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bank of Valletta hija kumpanija kummerċjali u ndipendenti mill-Gvern, għalhekk l-informazzjoni mitluba mhux aċċessibli.
Ministeru għall-Finanzi — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.