B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15919, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li ġew medically boarded out sena b’sena mill-2010 ’l hawn?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li jżomm id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, in-numru ta’ persuni li ġew medically boarded out sena b’sena mill-2010 ‘l hawn u għalhekk eliġibbli għall-Pensjoni għall-Invalidita hu kif jidher fit-tabella żjed ‘l isfel.
Sena
Numru ta’ Persuni
medically boarded out
2010
391
2011
331
2012
393
2013
524
2014
494
Jista' l-Ministru jindika jekk kienx hemm bdil fl-għoti tas-servizz tal-Meals on Wheels? U jekk kien hemm bdil x'ser ikun qed jiswa iktar dan is-servizz minn kemm kien jiswa sa qabel ma' kien hemm dan it-tibdil?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ngħalqet il-kċina ta’ SVPR, is-servizz tal-meals on wheels beda jiġi operat minn kuntrattur u bħalissa qed jiġi evalwat it-tender il-ġdid. Il-persuni li jużaw dan is-servizz baqgħu jħallsu l-istess prezz.
Residenza San Vinċenz de Paul – xogħlijiet fil-kċina
Question
Jista' l-Ministru jindika meta ser ikun lest ix-xogħol li huwa meħtieġ li jsir fil-kċina tar-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt qed jiġi pproċessat mid-Dipartiment tal-Kuntratti skont il-proċedura u mhux opportun li f’dan l-istadju jingħataw dettalji ulterjuri.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux vera jew le li ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum inqassmux f’reġjuni madwar Malta? Jekk iva, jista’ jindika kif dawn ir-reġjuni jew maqsuma?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum ġew maqsuma f’disa’ reġjuni kif spjegat ukoll f’din it-tabella:
Reġjun
Ċentru ta’ Matul il-Jum
1
Mellieħa
St.Paul’s Bay
2
Mosta
Mtarfa
Mġarr
3
Siġġiewi
Dingli
4
Naxxar
Sliema
Gżira
5
St.Venera
B’Kara
Msida
6
Qormi
Luqa
St Lucia
7
Żurrieq
Kirkop
Safi
8
Żejtun
B’Buġia
9
Ħamrun
Bormla
Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena bediex jitħaddem il-programm iffinanzjat mill-UE FEAD? (Fund for European Aid to the most Deprived)? Jista' jgħid fejn ser jingħata ikel lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà? Jekk dan il-programm għadu ma bediex jitħaddem u n-nies għadhom qed jistennew, jista' l-Ministru jgħati data u jikkommetti ruħu magħha li jibda jitqassam l-ikel tant mistenni minn nies vulnerabbli?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-programm għadu mhux qed jitħaddem għax għad fadal proċeduri amministrattivi li jridu jiġu konklużi, partikolarment l-aġġudikazzjoni tat-tender għall-fornitur tal-prodotti li se jkunu qed jitqassmu u l-għażla tal-partner organisation/s li ser jieħdu ħsieb it-tqassim tal-ikel.
Ta’ min jgħid li sfortunatament, meta ħarġet l-ewwel sejħa ta’ dawn iż-żewġ sejħiet, ħadd minn dawk li applika ma rriżulta li kien teknikament konformi mal-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa u dan tefa’ l-proċess ftit lura. Fil-fatt is-sejħiet il-ġodda se jerġgħu jinħarġu f’qasir żmien.
It-tqassim tal-ikel hu ppjanat li jsir minn diversi ċentri mifruxin madwar Malta u Għawdex.
Huwa ppjanat ukoll, jekk kollox imur sew, li dan it-tqassim jibda jsir aktar tard matul din is-sena.
Standards Minimi Nazzjonali fid-Djar tal-Anzjani – proċess ta’ konsultazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien sehem il-pubbliku u organizzazzjonijiet oħra fil-proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-Istandards Minimi Nazzjonali fid-Djar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant ii saret konsultazzjoni pubblika fuq medda ta' xhur.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ftehim bilaterali għandha Malta dwar adozzjonijiet minn pajjiżi oħra? Ma' liema pajjiżi saru dawn il-ftehim u meta saru? Kemm-il adozzjoni saret minn kull wieħed minn dawn il-pajjiżi fl-aħħar sentejn u ċjoè minn April 2013 sal-lum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta għandha ftehim bilaterali mal-Albanija li sar fl-1996 u ftehim bilaterali ieħor mas-Slovakkja li sar fl-2014.
Minn April 2013 sallum saru 3 tqabbiliet ta’ tfal mis-Slovakkja ma’ ġenituri addottativi prospettivi f’Malta u tqabbil wieħed mill-Albanija. Il-proċess biex dawn it-tfal jiġu eventwalment adottati għaddej.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fil-preżent l-adozzjonijiet mir-Russja waqfu għal kollox? X'inhuma r-raġunijiet li wasslu għal dan? Jista’ jgħid għaliex dikjarazzjoni li qed tintalab minn Qorti tal-uniku Reġjun Russu li kien lest li jkompli jaċċetta adozzjonijiet lejn Malta sal-lum għadha ma nħarġitx u b’hekk anke adozzjonijiet minn dan ir-reġjun huma stallati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-adozzjonijiet mir-Russja jiġu ffaċilitati minn aġenziji differenti f’Reġjuni differenti. L-Awtorità Ċentrali ta’ Malta ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni uffiċjali li tgħid li l-adozzjonijiet mir-Russja waqfu. L-Awtorità Ċentrali ħarġet dikjarazzjoni biex tiġi ppreżentata fil-Qorti tar-Reġjun Russu msemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm care orders in vigore u jgħid ukoll kemm ilhom li ħarġu? Jista’ jgħid kemm minnhom huma subien u kemm minnhom huma bniet? Jista’ jgħid minn kemm ilhom li ħarġu dawn il-care orders?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ Ordnijiet ta’ Ħarsien jammonta għal 388. Minn dawn, 315 huma tfal Maltin waqt li 73 huma Unaccompanied Minors.
Dawn huma maqsuma kif ġej:
315 taħt il-ħarsien ta’ Aġenzija Appoġġ:
Total ta’ Minuri Bniet – 167
Total ta’ Minuri Subien – 148
73 taħt il-Ħarsien ta’ Aġenzija AWAS
Total ta’ Minuri Bniet – 5
Total ta’ Minuri Subien - 68
Il-kumplament tad-dettalji mitluba jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Strateġija għal kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid ma' liema unions jew korpo kostitwiti ltaqa' fis-sena 2014 sabiex jiddiskuti l-istrateġija biex jiġi miġġieled il-faqar u l-esklużjoni soċjali? Jista' jgħid jekk intlaħaqx xi forma ta' ftehim dwar kif se tiġi implimentata din l-istrateġija? Jista' jagħti d-dettalji dwar din l-istrateġija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2013 saret konsultazzjoni wiesgħa fuq livell nazzjonali li anke wasslet għall-pubblikazzjoni ta’ Green Paper f’Jannar 2014. Sussegwentament kien hemm perjodu ieħor ta’ konsultazzjoni pubblika li wassal biex inkitbet il-Politika Strateġika Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali 2014-2024 li ġiet imnedija f’Diċembru 2014. Wara twaqqfu żewġ kumitati, wieħed minnhom inter-ministerjali, sabiex jissorveljaw u jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ din il-Politika Strateġika li tippreżenta 94 azzjoni mqassma taħt sitt dimensjonijiet (Dħul u Benefiċċji Soċjali, Xogħol, Edukazzjoni, Saħħa u Ambjent, Servizzi Soċjali u Kultura). Din il-Politika Strateġika tista’ tiġi aċċessata fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali https://mfss.gov.mt/poverty/Pages/default.aspx
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità — Direttur Eżekuttiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità ( KNPD ) għadha mingħajr Direttur Eżekuttiv, wara li l-istess kariga ilha battala sa minn Frar 2014 meta l-istess kariga hija stipulata fil-liġi tal-Opportunitajiet Indaqs.
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-KNPD għaddejja minn proċess ta’ evalwazzjoni interna dwar l-operat tagħha, ukoll in vista tas-servizzi li tagħti, biex finalment isseħħ is-separazzjoni bejn ir-rwol propju tal-Kummissjoni dak ta’ regolatur u r-rwol mhux tagħha ta’ service provider – sitwazzjoni anomala li trid tingħata prijorità biex tiġi ndirizzata.
Wara li titlesta din l-evalwazzjoni se jkun hemm ukoll proċess ta’
capacity building
meħtieġ u opportun.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni b'diżabilità li applikaw għall-miżura li tħabbret fl-aħħar baġit fejn persuni b'diżabilità setgħu jibqgħu jieħdu l-pensjoni tad-diżabilità tagħhom irrespittivament mid-dħul mill-paga tagħhom? Liema kriterji qed jiġu applikati f'każijiet u talbiet simili?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tas-sena 2015 kien hemm 58 persuna b’diżabilità li għalkemm jaħdmu u jaqilgħu iżjed mill-paga minima, ikkwalifikaw għal pensjoni tad-diżabilità sħiħa bis-saħħa ta’ din il-miżura ġdida fil-Baġit 2015.
Persuna b’diżabilità li taħdem u taqla’ iżjed mill-paga minima, mill-1 ta’ Jannar 2015 saret tikkwalifika għal pensjoni tad-diżabilità sħiħa għaliex id-dħul mill-paga mhux qed jiġi kkunsidrat fl-
assessment
għall-pensjoni. Dawn il-persuni jridu jissottomettu applikazzjoni u jidhru quddiem bord mediku.
Residenza San Vinċenz de Paul – sala St. Joseph 3 — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol ta' tisbiħ u manutenzjoni sar fl-aħħar xhur fis-sala St. Joseph 3 fir-Residenza San Vinċenz de Paul u kemm kienet l-ispiża għal dan ix-xogħol ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Sala St. Joseph 3 fir-Residenza San Vinċenz de Paul saru diversi xogħlijiet ta' tisbiħ u manutenzjoni għall-benefiċċju tar-residenti li jgħixu f’din is-sala. Tali xogħol li gie jiswa €307,703 kien jikkonsisti minn:
1. Bini ta’ disa’ (9) kmamar tal-banju
en suite
. Fil-passat fis-sala kien hemm biss zewgt (2) kmamar li kienu jservu bħala kmamar tal-banju u dawn kien fit-truf tas sala.
2. Tibjid u tikħil tas-sala kollha.
3. Tqegħid ta’
vinyl flooring
ġdid.
4. Tkabbir t’aperturi fosthom twieqi tal-kmamar u tibdil t’apperturi li ħafna minnhom kienu fi stat hażin hafna.
5. Twessieħ ta’ bibien sabiex ikunu aċċessibli għal
wheelchairs.
6. Installar ta’ soffit.
7. Ġew meħjuta purtieri ġodda li barra li għenu sabiex isebbħu l-ambjent, taw aktar privatezza lir-residenti. Din kienet opportunita’ għall-
inmates
fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin li jkomplu jipparteċipaw fi programm ta’ xogħol fejn parti mid-dħul jitpoġġa f’fond għalihom għal meta joħorġu mill-ħabs u parti mill-qliegħ imur għal fond għall-vittmi ta’ kriminalita’ u persuni oħra.
8. Is-sistemi ta’
nurse call
u
fire system
ġew upgraded u twaħħlu
fire doors
sabiex tkompli tiżdied is-saħħa u s-siġurta fis-sala.
9. Tqegħid ta’
wiring
tad-dawl u pajpijiet tal-ilma ġodda, sabiex is-sala u l-ħaddiema jkunu jistgħu jfornu servizz aħjar lir-residenti.
Jista' l-Ministru jinvestiga kif f'ċerti swali fir-Residenza San Vincenz de Paul, it-televiżjoni fil-partijiet komuni allegatament qed jitħalla b'mod abbużiv fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista One?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-amministazzjoni ġewwa San Vincenz minn dejjem stabbiliet il-prassi li t-televiżjoni fil-partijiet komuni jkunu jistgħu jinżammu biss fuq l-istazzjon Malti –TVM u mhux fuq stazzjonijiet tal-partiti. L-unika eċċezzjoni li ġieli ngħatat kienet biss f’każijiet fejn ikun hemm xi dramm popolari. Tali prassi kienet ikkommunikata diversi drabi permezz ta’ memoranda, kif ukoll verbalment mid-diversi membri tal-amministrazzjoni.
Jekk l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku, l-amministrazzjoni ta’ SVPR tkun f’pożizzjoni aħjar biex tieħu passi jekk jirriżulta ksur ta’ din il-prassi.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-tenders li nħarġu u ngħataw fir-residenza ta' San Vinċenz de Paul bejn April 2013 u April 2015? Jista' ma' din l-informazzjoni jżid ukoll il-valur ta' kull tender li ngħata b'mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn April 2013 u April 2015 inħarġu u ngħataw tlettax (13)-il tender mir-Residenza San Vinċenz de Paule kif elenkat fit-tabella hawn taħt.
Tender Reference
Tender Name
Contract Value Inc VAT
Date Awarded
CPSU/ECC/09/12
Tender for the provision, supply and installation of electrical adjustable height hospital beds and ancillary equipment to St. Vincent De Paul Residence, Luqa
50,320.00
29/08/2013
ECCD 115/2012
Supply of Boiler Tubes to SVPR
18,367.06
05/03/2014
ECCD 126/2010
Repair & servicing of vehicle fleet at Department for elderly and community care
59,800.00
07/05/2014
CT 2167/2011
Provision of skips and collection of waste at St Vincent de Paul Residence and Homes for the Elderly
163,155.00
04/08/2014
SVP 704/2014
Tender for supply of Mineral Water in canisters.
1.96/bottle
14/08/2014
CT 2126/2013
Tender for Supply of fuel
1,600,000.00
02/10/2014
SVP 722/2014
Tender for the maintenance and upkeep of passenger lifts for three years at St. Vincent De Paul Residence
48,630.00
12/10/2014
SVP 711/2014
Air-mattresses
26,250.00
15/10/2014
SVP 716/2014
Tender for maintenance & upkeep for Generating Sets & Rooms
29,724.52
22/10/2014
SVP 730/2014
Tender for Demolition & Construction Works at S F Wards 3 & 4
115,689.89
28/11/2014
ECCD/67/013
Air-mattresses
26,386.50
17/12/2014
SVP 730
Tender for the demolition and rebuilding of internal partitions and facade alterations to improve the layout at St. Frances Ward 3 (SF3) and St. Frances Ward 4 (SF4), St. Vincent De Paul Residence (SVPR), Luqa
115,689.99
22/01/2015
SVP 743/2014
Tender for Demolition & rebuilding of internal partitions & facade alterations to improve layout at S F Wards 3 & 4. There was a variation to increase the value by and additional 34,435.55
63,645.00
22/01/2015