Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – ħlas għal servizzi tas-saħħa minn Pazjenti Barranin

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12265, jista’ l-Ministru jikkonferma li pazjenti li jkunu ta’ nazzjonalità Ċiniża, Indjana, Koreana jew Filippina, iridu jħallasu l-ammonti stipulati għal kull servizz li jieħdu mill-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-pazjenti kollha minbarra Ċitadini Maltin; Ċitadini Ingli¿i li jaqaw tħat l-arranġamenti brjn il-gvern Malti u l-Gvern Ingli¿; Ċitadini Ewropew li jaqaw taħt ir-regolament ta’ l-Unjoni Ewropej 883/04; Ċitadini Awstraljani fl-ewwel sitt xhur taż-żjaratagħhom f’Malta u pazjenti oħra li jistgħu ma jintalbux iħalsu minħabba raġunijiet umanitari iridu jħallasu l-ammonti stipulati għal kull servizz li jieħdu mill-Isptar Mater Dei.

Sptar Mater Dei – Hospital Activity Report

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 11661 u 12227, minħabba li qabel dan ir-rapport kien jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif ukoll minħabba li ma fih l-ebda kontenut kummerċjali, jista’ l-Ministru jpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħamel referenza għat-tweġiba Parlamentari b’risposta għal-mistoqsija parlamentari 11661.

Sptar Mater Dei u Sptar Boffa – sick leave

Question

B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 12292, 12293, 12294 u 12295, u peress li r-raġuni li għaliha qed tintalab din l-informazzjoni hija sabiex jiġi analizzat il-pattern tas-sick leave f’dawn l-entitajiet, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ ġranet ta’ sick leave mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Ottubru 2014 fl-isptar Mater Dei kien ta’ 39,537 filwaqt li fl-isptar Boffa kien ta’ 2,669.

Ħlas ta’ passaġġ tal-ajru lit-tieni ġenitur li jakkumpanja lit-tifel għal kura barra l-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li fl-2014 bbenefikaw mill-miżura li permezz tagħha l-Gvern beda jħallas għall-passaġġ tal-ajru tat-tieni ġenitur li jakkumpanja lill-ibnu jew lill-bintu għall-kura barra l-pajjiż? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura?

Response (MIZZI, KONRAD)

Matul l-2014 bbenifikaw mija u sebgħa u sebgħin (177) il-persuna/ġenitur minn din il-miżura, b’investimet totali ta’ ‘l fuq minn tmienja u sittin elf u ħames mitt ewro (68,500)

ARMS –servizzi lill-pubbliku mill-Belt Valletta

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-postijiet minn fejn l-ARMS qed tipprovdi servizzi lill-pubbliku minn ġewwa l-Belt Valletta u l-ħinijiet tal-ftuħ għall-pubbliku f'kull każ? Jista’ wkoll jgħidli fil-każ ta' kull post imsemmi fil-Belt Valletta jekk huwiex mikri mill-Gvern jew le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-uffiċju tal-ARMS jinstab fi Triq l-Ifran, il-Belt u jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-tmienja ta’ filgħodu (0800hrs) u s-siegħa u nofs ta’ wara nofs inhar (1330hrs). L-uffiċju msemmi huwa mikri mill-ARMS Ltd.

Laqgħa fl-Ekwador – rwol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti kienx imsemmi f’laqgħa li kellu l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fl-Ekwador fl-2013? X’kien ir-rwol tal-individwu f’din il-laqgħa u kemm tħallas mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija mill-Ministeru jew entità tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma naf xejn dwar il-laqgħa li qed tirreferi għaliha.

Laqgħa fil-Qatar – ħlas ta’ vjaġġ tal-individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ħallas il-vjaġġ u akkomodazzjoni għall-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex attenda laqgħa mal-Ministru ġewwa l-Qatar fl-2013? Kemm swew il-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-Enemalta ħallset għall-vjaġġ.

Panelli Solari fuq bjut ta’ djar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti ċifri ta’ kemm ġew installati panelli solari fuq bjut ta’ djar bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jagħti ċifri ta’ kemm ġew installati panelli solari fuq bjut ta’ djar bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Resource Authority ma żżommx rekords tan-numru ta’ pannelli nstallati iżda żżomm rekords tal-kapaċita’ tas-sistemi.

Panelli Solari fuq bjut ta’ negozji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti ċifri ta’ kemm ġew installati panelli solari fuq bjut ta’ negozji bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jagħti ċifri ta’ kemm ġew installati panelli solari fuq bjut ta’ djar bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13495.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – tenders u direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ħarġu tenders u kemm sar xiri b’direct order għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex matul is-snin 2013 u 2014. Jista’ jindika għal xiex ħarġu dawn it-tenders / direct orders u kemm kien l-ammont ta’ kull waħda?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.
Leg 12 PQ #13530 Sitting 228 2015-01-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — Żieda fil-fees of Office

Question

In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Abbozz tal-Liġi Numru 74 tal-2014 li huwa l-Abbozz tal-Liġi li jimplimenta l-Miżuri tal-Estimi Finanzjarji għall-2015 u miżuri oħra amministrattivi.

Mediċina Fampyra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jippjana li jpoġġi l-mediċina Fampyra fuq il-Formularju tal-Gvern biex jibdew jingħata bla ħlas lill-pazjenti li jkollhom bżonnhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fix-xhur li għaddew, il- ‘Government Formulary List Advisory Committee’ (GFLAC) evalwa l-applikazzjoni flimkien mar-riċerka li saret mid-dipartiment u ma rrakomandax li din il-mediċina tiġi nkluża fil-Formularju tal-Gvern.
Leg 12 PQ #12896 Sitting 227 2015-01-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Malta u Għawdex — inħawi mingħajr sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi d-domanda li għamilt preċedenti dwar l-inħawi f'Malta li għad m'għandhomx sistema tad-drenaġġ? Billi fir-risposta ntlagħabt nagħti indikazzjoni ta' fejn nixtieq inkun naf dwaru, jista' l-Ministru jagħtini tagħrif għall-inħawi kollha ta' Malta u Għawdex kollha, mid-Dwejra Għawdex sa Dellimara Malta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Slipped Disc — operazzjoni ta' pazjent

Question

Peress li l-pazjent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separament qed isofri minn sintomi problematiċi minħabba numru ta' slipped discs, jista' l-Ministru jagħti data definittiva meta se ssirlu l-operazzjoni li għandu bżonn?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-operazzjoni diġà saret, fil-fatt saret is-sena l-oħra.

Ftehim Kollettiv – Allied Healthcare Professions

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim kollettiv għall-allied healthcare professions?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

Sptar Mater Dei, Ċentri tas-Saħħa u Kura tas-Saħħa Mentali – postijiet għall-infermiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema dipartiment fl-Isptar Mater Dei, fiċ-ċentri tas-saħħa u fil-kura tas-saħħa mentali hemm postijiet vakanti għall-infermiera?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

Problema ta' drenaġġ — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li hemm problema ta' drenaġġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie nvestigat u ttieħdu l-provvedimenti kollha meħtieġa.

Stallazzjoni ta' dawl — każ ta' individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13017, jista' l-Ministru jara dan l-ilment ta' dan l-individwu u li jiġi kkuntattjat wara li xtara l-arbli u li jrid li jiġi xi ħaddiem tal-Enemalta biex jiġi u jwaħħal l-arbli u d-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif il-Kunsill Lokali ilesti x-xogħlijiet meħtieġa, dawn għandhom jinfurmaw lill-Enemalta biex din tkun tista’ tagħti l-provvista lill-bozza msemmija.