Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew organizzati laqgħat mid-dipartiment ta' l-affarijiet rurali ma' l-għaqdiet tal-bdiewa, raħħala/produtturi u sajjieda matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ta' l-Affarijiet Rurali ma jeżistix.
B’mod ġenerali nikkonferma li kull meta l-għaqdiet talbu l-preżenza ta' l-uffiċjali fil-laqgħat li huma jorganizzaw l-uffiċjali dejjem laqgħu l-istedina.
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar
Question
Jista' il-Ministru jinformani x'kienu r-raġunijiet ta' l-ispiża ta' Lm106,000 għas-safar tal-ministeru matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena?
Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li huwa kkalkulat li l-ispiża ta' Lm 106,000 tikkonsisti f'biljetti ta' l-ajru, ħlasijiet lill-insurance u ħlas ta' subsistence allowances. Ta’ min igħid li ammont sostanzjali minn din l-ispiża jiġi effettivament refunded mill-Unjoni Ewropea.
Mhux possibbli li f’dan l-istadju wieħed ikun preċiż fuq l-ispiża li jista’ jkun hemm sa l-aħħar ta’ din is-sena.
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar
Question
B'riferenza għan-nefqa tas-safar tal-ministeru, jista' il-Ministru jinformani minn liema voti qed jintnefqu u jitħallsu dawn il-flejjes?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ispejjeż tas-safar tal-Ministeru jitħallsu minn dawn il-Voti Rikurrenti:
(1) 2810 - Biljetti ta' l-ajru
(2) 2820 - Ħlasijiet ta' allowances u insurance.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-widien li hemm ħsieb li jsir tisbiħ tagħhom? Jista' jgħid meta se jinbdew dawn il-proġetti, każ każ, u meta hu maħsub li jiġu mitmuma? Jista' jgħid ukoll humiex se jinġiebu jew jingħataw fondi mill-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8556, jista' il-Ministru jipprovdi l-informazzjoni mitluba u cioe' jgħid skond il-kalkoli tal-gvern kemm hi l-parti l-oħra tal-flus li trid tiħallas direttament mill-konsumatur meta jixtri l-prodott ta' l-ikel in kwestjoni?
Jista' jgħid ukoll fuq kemm xhur il-gvern jikkalkula li trid titħallas id-differenza ta' flus fil-prezz in kwestjoni mill-konsumaturi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Is-sussidju li qed jingħata lill-applikanti skond l-iskema ta’ temporary state aid, flimkien, fejn hu applikabbli, mal-kwoti li qed jingħataw skond ir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea qed isarrfu fi prezzijiet stabbli u kompġetittivi għall-konsumaturi Maltin. Ma nistax nifhem għalhekk, kif l-Onor. Interpellant qed idaħħalha f’rasu li l-konsumatur neċessarjament qed iħallas xi differenza kif qed jiġi allegat meta dan jiddependi minn ħafna ċirkostanzi li ħadd ma għandu kontroll fuqhom.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8557, jista' il-Ministru jipprovdi l-informazzjoni mitluba u cioe' jgħid skond il-kalkoli tal-gvern kemm hi l-parti l-oħra tal-flus li trid titħallas direttament mill-konsumatur meta jixtri l-prodott ta' l-ikel in kwestjoni?
Jista' jgħid ukoll fuq kemm xhur il-gvern jikkalkula li trid titħallas id-differenza ta' flus fil-prezz in kwestjoni mill-konsumaturi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 8977.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8555, jista' il-Ministru jipprovdi l-informazzjoni mitluba u cioe' jgħid skond il-kalkoli tal-gvern kemm hi l-parti l-oħra tal-flus li trid titħallas direttament mill-konsumatur meta jixtri l-prodott ta' l-ikel in kwestjoni?
Jista' jgħid ukoll fuq kemm xhur il-gvern jikkalkula li trid titħallas id-differenza ta' flus fil-prezz in kwestjoni mill-konsumaturi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 8977.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8535, jista' il-Ministru jipprovdi l-informazzjoni mitluba u cioe' jgħid skond il-kalkoli tal-gvern kemm hi l-parti l-oħra tal-flus li trid titħallas direttament mill-konsumatur meta jixtri l-prodott ta' l-ikel in kwestjoni?
Jista' jgħid ukoll fuq kemm xhur il-gvern jikkalkula li trid titħallas id-differenza ta' flus fil-prezz in kwestjoni mill-konsumaturi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 8977.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8479, jista' il-Ministru jinformani kemm ħallas kull bidwi għar-reġistrazzjoni in kwestjoni?
Kemm huma l-ispejjeż addizzjonali li jridu jħallsu l-bdiewa in kwestjoni f'dawk li huma s-servizzi li jipprovdu d-dipartimenti konċernati u l-privat sabiex ikun garantit li t-tali ċertifikazzjoni hija fattwali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-bdiewa ma ġew mitluba l-ebda ħlas mis-Sezzjoni tal-Biedja Organika sabiex jiġu reġistrati ħalli jkunu jistgħu jibdew il-proċess ta' produzzjoni organika.
Sa issa kien hemm organizzazzjoni waħda li applikat, u ġiet approvata, biex tagħmel iċ-ċertifikazzjoni, din hija l-Awtorita’ ta’ Malta għall-iStandards. It-tariffi li sejra tapplika din l-organizzazzjoni huma kif ġej:
Ħlas amministrattiv li jinkludi wkoll ċertifikazzjoni ta' tomna art: Lm50
Għal kull tomna l-ħlas jiżdied bl-ammont ta': Lm25
Il-massimu li bidwi in kwistjoni jiġi mitlub iħallas huwa ta': Lm200
Dawn il-prezzijiet jitħallsu darba fis-sena u jinkludu testijiet u l-ispezzjonijiet meħtiega, kif ukoll il-VAT b'rata ta' 18%.
Ta’ min jinnota li r-rati li dan l-aħħar intqal fil media li din l-organizzazzjoni se taddotta ġew imraħħsa anke wara sottomissjonijiet minn dan il-Ministeru.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9061, jista' il-Ministru jwieġeb l-aħħar żewġ partijiet tal-mistoqsija oriġinali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-siti fejn qed isir tisbiħ fil-kampanja mid-Dipartiment PARK huma ippjanati bħala proġetti t'afforestazzjoni u parks. Il-proġettazzjonijiet tagħna għat-tħawwil ta' siġar iwasslu sa 2009, pero' dan ma jfissirx li x-xogħol ta' tisbiħ fuq dawn is-siti ser jieqaf, jew li l-ħidma fuq il-proġetti tiġi mitmuma.
Il-proġetti indikati huma kollha mibdija u mqassma fuq numru ta’ fażijiet rispettivament.
Għal ebda minn dawn il-proġetti ma ingħataw fondi mill-Unjoni Ewropea s'issa.
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm inħarġu permessi u enforcement notices mill-MEPA fis-snin 2003 u 2004 (s'issa) f'Malta u Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet li ġew approvati fis-snin imsemmija (permessi) u l-ammont ta' enforcement notices maħruġa fl-istess snin, skond is-sistema tal-informatika tal-Awtorita' ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), huma kif murija fit-tabella hawn taħt annessa.
Sena Finanzjarja
Permessi
Maħruġa
(L-ewwel
deċiżjoni)
Permessi
Maħruġa
(
Reconsideration
)
Enforcement Notices
Ma
ħruġa
Ott 2002 – Sett 2003
4611
682
760
Ott 2003 – Sett 2004
4448
552
1068
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8535, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jħallsu f'sussidju l-konsumaturi direttament u l-UE peress li fir-risposta hemm biss dak l-ammont li qed iħallas il-Gvern Malti mit-taxxi tal-Maltin u l-Għawdxin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-konsumaturi ma jħallsux sussidji diriment kif qed jistqarr l-Onor. Interpellant fuq il-prodotti msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari numri 8326, 8328, 8329, 8331 u 8535
Il-kwota tal-high quality beef minn New Zealand tkopri r-records ta' l-importazzjoni storika ta' pajjiżna, cioe 1,000 tunnellata, jew tkopri 14% tagħha, u cioe' 140 tunnellata, jiġifieri 860 tunnellata anqas minn dak li pajjiżna storikament kien jimporta qabel is-sħubija minn dan is-save beef għar-raġuni li New Zealand ilha ħielsa mill-BSC u mard ieħor fuq il-merħliet tagħha għal aktar minn 100 sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta qegħda timporta laħam taċ-ċanga minn pajjiżi terzi li huma ħielsa mill-BSE (mhux BSC kif rrefera fil-mistoqsija). Għar-rigward ta' mard ieħor, dan ikun qiegħed mħolli li jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea skond ir-risk analysis li hu aċċetat mill-World Trade Organisation (WTO).
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8891 u cioe' jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti minn April 2003 sal-lum mid-Diviżjonijiet / Dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru huma hekk kif ġej:
Minn Ġunju 2004 fid-Diviżjoni ta’ l-Ikel u l-Attivita’ Veterinarja beda jitħaddem ‘mobile incinerator’ u ġiet applikat miżata ta’ bejn Lm15 u Lm25 għal kull żiemel li jiġi maħruq – (skond id-daqs taż-żiemel).
Saru xi bidliet fil-ħlas ta' reġsitrazzjoni ta' bastimenti tas-sajd. ara Avviż Legali 407 ta’ l-2004. Il-kumpanija Wasteserv Malta Limited, fl-ewwel ta’ Jannar 2004, introduċiet it-tariffa fuq l-iskart solidu (Municipal Solid Waste), meta dan l-iskart ikun imħallat, ta' Lm1 (ex VAT) kull tunnellata.
Fil-każ ta’ rimi ta’ l-iskart mil-industrija tal-bini, fil- 29 ta’ Marzu 2004 it-tariffi għolew min 33ċ (ex VAT) għal 62c (ex VAT) kull tunnellata. Dawn it-tariffi reggħu għolew fl- 1 ta’ Novembru fejn telgħu għal 92c (ex VAT) kull tunnellata.
Jista' il-Ministru jgħid x'applikazzjonijiet għal bini ġew approvati mill-MEPA fis-snin 2002, 2003 u 2004 (sal-lum)? Kemm kien hemm pendenti fl-aħħar tas-snin 2002, 2003 u 2004 (sal-lum)?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li skond is-sistema ta' l-informatika ta' l-Awtorita' dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) l-applikazzjonijiet li ġew approvati fis-snin imsemmija u l-ammont ta' applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ta' kull sena, huma kif murija fit-tabella annessa.
Sena
Ka
ż
i pendenti fl-aħħar tas-sena
Deċi
ż
jonijiet
(L-ewwel deċi
ż
joni)
Deċi
ż
jonijiet
(Reconsideration
)
2002
2658
5634
675
2003
3210
4472
655
2004
3839 sal-lum.
3259 sal-lum.
425 sal-lum.
Ovvjament, l-Onor. Membru jrid iżomm f'rasu li l-ammont ta' applikazzjonijiet li jidħlu għand il-MEPA ivarja minn sena għall-oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem il-MEPA mid-dipartiment tal-kostruzzjoni u tiswija tal-postijiet tal-gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u t-Tiswija tal-Postijiet tal-Gvern għandu disa' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Jista' il-Ministru jgħid minn min tneħħew il-qtates tal-ġonna pubbliċi tal-barrakka ta' fuq fil-Belt u Romeo Romani f'Santa Venera? X'sar minnhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li jidher li l-qtates li kienu l-Barrakka ta' Fuq telqu waqt li kien qiegħed isir ix-xogħol fuq il-barrakka, peress li ma kien hemm ħadd min jitmagħhom. Il-ġnien Romeo Romano huwa responsabbilta' tal-Kunsill Lokali ta' Santa Venera.