Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14414 u jgħid kemm għalqu fabbriki mis-sena 2004 sal-lum? Liema kienu u kemm kienu ilhom joperaw f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li f'dak li għandha x'taqsam il-Malta Enterprise, bejn l-2004 u l-2005 għalqu 20-il kumpanija. 3 minn dawn il-kumpaniji ġew irreġistrati fis-sittinijiet, 3 fl-1970, 4 oħra fl-1980 u 9 kumpaniji ġew irreġistrati fl-1990 u waħda wara s-sena 2000.
Jista' il-Minsitru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14452 u jgħid peress illi ilu jissemma t-Technology Venture Capital, x'sar eżattament sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-intenzjoni tal-Gvern, kif espressa fl-aħħar estimi, hi li jwaqqaf Venture Capital Fund u mhux Technology Venture Capital Fund.
Nadur — Triq Qala - Problemi fis-sistema tad-drenaġġ
Question
Peress li fi Triq Qala, fin-Nadur, Għawdex diversi residenti ilmentaw minħabba problemi fid-drenaġġ, peress illi minħabba l-ilma tax-xita d-drenaġġ sbroffa u anke daħal fid-djar tar-residenti ta' l-istess triq, jista' il-Ministru jara li din il-problema tingħata l-attenzjoni minnufih?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem fid-diversi setturi ta' l-industrija tal-manifattura f'Għawdex kull sena mill-1999 'il hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti ta' l-1999 u ta' l-2000?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna spiċċat mill-impjieg mill-Malta Enterprise sa mit-twaqqif tagħha sal-lum? X'kariga kienu jokkupaw? Kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-istess Malta Enterprise fis-sena 2005? F'liema grad daħlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif hawn taħt indikat, (13) tlettax huma il-persuni li spiċċaw mill-Malta Enterprise minn kemm ilha li twaqqfet sal-lum.
4 Managers
1 Analyst
3 Heads
2 Chief Officers
2 Executivees
1 House Keeper Assistant
Fis-sena 2005 fil-Malta Enterprise ġew impjegati (8) tmienja persuni kif spjegat hawn taħt:-
5 Managers
2 Executives
1 Head
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14473, jista' il-Ministru jara li arblu ta' l-Enemalta li qiegħed jiġbed il-ħajt jitneħħa u floku teħel ħadida?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li x-xogħol biex jinbidel l-arblu imsemmi bi brackets għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra.
Jista' il-Ministru jgħid matul is-sena 2004 u minn Jannar sa Settembru 2005, liema kumpanniji rnexxielha l-Malta Enterprise tiġbed biex jinvestu f'pajjiżna? F'liema oqsma? Kermm se tħaddem kull kumpannija? Kemm se tinvesti? Meta bdiet/se tibda topera?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14520 u jgħid b'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13763 kemm inxtara azzar għat-tarznari matul s-snin 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għall-ittra mibgħuta lis-sinjura li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fejn il-WSC qiegħda tistma li l-konsum ta' l-elettriku jammonta għal 13.5 units kuljum, jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji hi bbażata din l-istima peress li mill-verifiki li saru jirriżulta li din il-persuna ma tużax aktar minn 9 units elettriku kuljum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tinvestiga l-każ ma' l-Enemalta u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14516 u jgħid b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13759 u r-risposta mogħtija, kemm tgħallmu ħaddiema lokali mill-kumpannija Cape East Malta fix-xogħol speċjalizzat li din tippresta lit-tarzna? Kemm tħallset din il-kumpannija barranija għax-xogħol li għamlet matul l-2004 u l-2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dwar:
Scaffolding - 73 impjegat ġew mogħtija taħriġ bażiku dwar Cuploc, Tubes u Fitting.
Scaffolding - 5 impjegati ġew mogħtija t-taħriġ neċessarju dwar spezzjonijiet ta' scaffolding.
Slinging - 103 impjegati segwew kors bażiku dwar slinging.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija mitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal-PQ 13759.
Jista' il-Ministru jgħid fejn waslu n-negozjati mal-linja ta' l-ajru Ryan Air biex tibda topera minn Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi diskussjonijiet saru ma' Ministeru ieħor u għalhekk nitolbu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux permissibbli li l-Enemalta tibgħat kontijiet għall-konsum tad-dawl ta' snin ilu għax jiġi allegat li l-meter ta' l-elettriku ma kienx qiegħed jirreġistra l-konsum b'mod korrett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi skond l-Electricity supply Regulations, Section XVIII, huwa permissibli li l-Enemalta tirrevedi l-kontijiet tad-dawl ta' snin ta' qabel meta jirriżulta li l-meter ma jkunx qed jaħdem sew.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema ex-Tarzna li jagħmlu parti mill-IPSL? Fejn qed jaqdu d-doveri tagħhom, jiġifieri ma' liema dipartimenti qegħdin?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.