Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid il-maġistrati kemm għandhom pendenti inkjesti b'mod individwali? Liema hija l-aktar waħda qadima quddiem kull maġistrat fis-sens ta' data?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu kawżi ċivili quddiem il-maġistrati u kemm ġew deċiżi fis-sena 2005 b'mod individwali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kawżi ċivili li daħlu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) matul l-2005 kien ta’ 584 u ġew deċiżi 699 fl-istess sena. B’mod individwali dawn kienu kif indikat fit-tabella riprodotta hawn isfel.
ĠudikantIntrodottiDeċiżi
Magt. D. Montebello140150
Magt. J. Apap Bologna126190
Magt. A. Lofaro-19
Magt. G. Grixti-10
Magt. J. Cassar2213
Magt. M. Mallia145179
Magt. S. Meli151138
Infurmat ukoll li fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) matul is-sena 2005 ġew introdotti u deċiżi quddiem kull maġistrat sedenti f’Għawdex dawn il-kawżi kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
Mag. Paul Coppini Mag. Antonio Micallef Trigona
IntrodottiDeċiżi**IntrodottiDeċiżi**
Superjuri - Ġenerali91803753
Superjuri - Familja14070
Inferjuri ċivili1622915
** ma jinkludux dawk ċeduti, kanċellati u deżerti.
Dawn il-figuri ma jinkludux mandati ta’ inibizzjoni u lanqas rikorsi għar-revoka ta’mandati.
Ta’ min jgħid ukoll illi r-roster tax-xogħol huwa maqsum fuq bażi ta’ żewġ terzi (ġimgħatejn) lill-Maġistrat Coppini u t-terz l-oħra (ġimgħa) lill-Maġistrat Micallef Trigona.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti ta' trasferiment ta' proprjeta’ fir-reġistru pubbliku fis-sena 2004 u din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-insinwazzjonijiet li ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta u Għawdex għas-sena 2004 u sa Novembru tas-sena 2005 huwa kif jidher hawn taħt:-
Malta
Sena 2004
Sena 2005 sa Novembru
Inter Vivos
Bejgħ
10,396
9,720
Permuta
32
43
Donazzjoni
631
238
Qasma
250
95
Ċens Perpetwu
40
64
Ċens Temporanju
26
30
Causa Mortis
1,662
4,356
Għawdex
1,764
891
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jbiegħu alkaħol lil minuri din is-sena? Kemm weħlu f'kull kas? Kemm minn dawn diġa' instabu ħatja ta' reati simili u għal kemm-il darba fil-passat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn Jannar sas-6 ta' Diċembru tas-sena 2005 kien hemm tmien sidien ta' stabbilimenti li nqabdu mill-Pulizija li biegħu xorb alkoħoliku lill-persuni taħt l-eta'. Minn dawn każ wieħed ġie deċiż u l-imputat ġie liberat.
Dawn il-każijiet kienu jinvolvu 32 persuna taħt is-sittax-il sena li nstabu f'post ta' divertiment.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn annimali wżati mill-korp tal-pulizija llum? Kemm minnhom ġew irtirati mis-servizz kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin u x'sar minnhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Korp tal-Pulizija għandu 32 kelb fit-Taqsima tal-Klieb u 25 żiemel fit-Taqsima tal-Kavallerija. Infurmat ukoll illi l-annimali li spiċċaw minn mal-Korp tul dawn l-aħħar għaxar snin kienu kif ġej:
Żwiemel Klieb
1996
2
Imraqqda fuq parir minn kirurgu veterinarju
2
Mgħotija b’bejgħ
1997
xejn
1
Mgħoti b’bejgħ
1998
1
Imraqqad fuq parir minn kirurgu veterinarju
1
Mgħoti b’bejgħ
1999
3
Imraqqda fuq parir minn kirurgu veterinarju
4
Mgħotija b’bejgħ
2000
xejn
7
Mgħotija b’bejgħ
2001
xejn
4
Mgħotija b’bejgħ
2002
2
Imraqqda fuq parir minn kirurgu veterinarju
xejn
2003
2
Imraqqda fuq parir minn kirurgu veterinarju
4
2 Mgħotija b’bejgħ
2 Mietu kawża naturali
2004
xejn
7
6 Mgħotija b’bejgħ
1 miet kawża naturali
2005
1
Mogħti lill-għaqda filantropika
6
Mgħotija b’bejgħ
Ma jidhrilux il-Viċi Prim Ministru li għandha titwaqqaf retirement home għall-annimali wżati mill-pulizija wara li dawn jiġu rtirati mis-servizz?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Att dwar il-Pulizija (Kap. 164) diġa' jipprovdi għall-mod ta' kif għandhom jiġu irtirati mis-servizz l-annimali li jintużaw mill-Korp tal-Pulizija.
Pulizija — Ħruġ ta' visa lil persuni ta' nazzjonalita' barranija
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi policy bil-miktub dwar x'inhuma l-linji gwida u l-parametri li bihom tinħareġ visa mill-pulizija lill-barranin li japplikaw għaliha? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-linji gwida/parametri?
Response (BORG, TONIO)
M'hemmx policy bil-miktub dwar x'inhuma il-linji gwida u l-parametri li bihom tinħareġ visa mill-Pulizija lill-barranin li japplikaw għaliha. Il-Pulizija jaraw kull applikazzjoni fuq il-merti tagħha u huma ggwidati mill-Kap 217 tal-Liġijiet ta' Malta u mir-regolamenti ta' l-Immigrazzjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex qed jibqgħu tliet fire fighters flok erbgħa fil-bażi tax-Xemxija u l-fire fighter qed jiġi replaced minn handyman? Jekk dan huwa l-każ, dan imur kontra r-regolamenti tal-fire?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz ta' l-Avviz Legali 95 ta' l-2003, twaqqaf il-Korp ta’ Voluntieri fil-Protezzjoni Civili. L-għan ta’ dawn ir-regolamenti huwa li jipprovdi sabiex ikun hemm nies li għalkemm ma humiex ingaġġati mal-forza regolari tal-Protezzjoni Ċivili, xorta waħda jingħataw taħriġ u l-opportunita’ li jaħdmu flimkien mal-membri regolari tal-Forza. Fost dawn hemm ukoll inklużi il-membri li jaħdmu fid-dipartiment kemm fis-sezzjoni tal-amministrazzjoni kif ukoll dawk li jaħdmu skond is-sengħa tagħhom. Kif ingħad fi tweġibiet preċedenti, id-Dipartiment f’Malta u Għawdex huwa meqjus bħala Korp wieħed u huwa imqassam b’mod u manjiera illi ikun hemm rispons fl-iqsar żmien possibbli mill-istazzjon li jkun l-eqreb lejn il-post tal-inċident. Jekk ikun hemm il-ħtieġa, tissejjaħ assistenza minn stazzjonijiet oħra.
Jista’ il-Vici Prim Ministru jgħid meta se jingħataw risposta ż-żewġ persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, u li applikaw għall-visa sabiex ikunu jistgħu jagħmlu diploma course fil-computer fl-iskola tas-Swatar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għall-visa tal-persuni li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant qegħda fl-aħħar stadji tal-proċess.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija rċevewx xi rapporti dwar Triq il-Kitba ġewwa l-Fgura minħabba li hemm min għandu xi xarabanks, u anke jagħmel xogħlijiet fuqhom fit-triq imsemmija, b’konsegwenza li qed ikun hemm ħmieġ u dan b’detriment għar-residenti ta’ din l-istess triq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fuq rapporti li kellha, il-Pulizija għamlet diversi spezzjonijiet fit-triq imsemmija fejn għalkemm instab li kien hemm xi xarabanks ipparkjati, ma kienx qed isir xogħol fuqhom. Minkejja dan, sid dawn ix-xarabanks ġie mwissi sabiex ma jagħmilx xogħolijiiet fit-triq.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'permessi huma meħtieġa biex wieħed ikun jista' jżomm u jopera magni tal-logħob ta' l-azzard f'ħanut?
Jista' jgħid jekk il-ħanut li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex kopert b'dawn il-permessi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija toħroġ biss liċenzji għal magni ta' divertiment skond ir-Regolamenti dwar ir-Restrizzjoni ta' l-Użu ta' Magni tad-Divertiment. Liċenżji għall-postijiet kif imsemmija mill-Onorevoli Interpellant jinħarġu skond l-Att dwar il-Logħob. Infurmat ukoll illi minn spezzjoni li għamlet il-Pulizija fil-post imsemmi, jirriżulta illi dan il-post għadu fi stadju li jkun mibdul minn ħanut tal-ħwejjeġ għal ħanut ta' divertiment. Infurmat ukoll illi l-Pulizija wissiet lill-proprjetarju sabiex ma jiftaħx il-ħanut sakemm ma jkollux il-permessi meħtieġa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qalgħu l-periti tekniċi li ġew appuntati fil-kawżi quddiem il-qorti tal-familja matul is-snin 2004 u 2005 u f'kemm kawżi jammontaw dan il-qliegħ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika kollettiva ta' kemm qalgħu l-periti tekniċi li ġew appuntati fil-kawżi ċivili quddiem il-Qorti tal-Familja u dan peress illi dawn il-periti jitħallsu mill-partijiet infushom.
Dipartiment tal-protezzjoni ċivili — Ħwejjeġ ta' l-armata
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili inħarġux direct orders lill-ħwienet mingħajr kwotazzjonijiet għall-ħwejjeġ ta' l-armata? Jekk iva, jista' jgħid liema ħwienet jingħataw dawn l-ordnijiet? Jista' jgħid jekk hemmx min jieħu dawn l-ordnijiet li huwa parti mill-iskwadra tal-volontiera? Jista' jgħid kemm intnefqu flus fuq dawn l-ordnijiet f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' kull direct order?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qatt ma xtara ħwejjeġ għall-Armata.
Jista' il-Ministru jgħid meta ser jitħallsu l-membri tal-Korp tal-Pulizija wara li fil-25 ta' April 2004 il-Banda tal-Pulizija ħadet sehem fil-Malta EU Excession Celebrations kif ukoll il-grupp mużikali tal-pulizija fid- 29 ta' April 2004? Jaf il-Ministru li kemm il-Banda kif ukoll il-grupp Mużikali tal-Pulizija kienu ġew ordnati sabiex dan is-servizzi jaħdmuhom extra duties u mhux mix-xogħol normali tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ħlas dovut ser isir fil-futur qarib.
Jista' il-Ministru jgħid x'qed isir mir-returns ta' l-overtime tal-Membri tal-Banda tal-Pulizija, u dana wara li ilhom ma jitħallsu tal-overtime minn Marzu tal-2004 sa llum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dan l-ilment qed ikun investigat sabiex jekk hemm xi ħlasijiet pendenti dawn isiru mill-aktar fis possibli.
Jista' il-Ministru jgħid kif ftit taż-żmien ilu d-Detail Officers ġew ordnati mill-Kummissarju sabiex il-membri tal-banda tal-Pulizija jingħtaw l-off duty tagħhom flimkien, għalkemm mhux is-sezzjonijiet kollha, għajr dawk tad-distretti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-prattika il-membri kollha li jifformaw parti mill-banda tal-Korp tal-Pulizija jingħataw l-off duty fl-istess ġurnata. Pero' dan mhux dejjem ikun possibli minħabba raġunijiet ta' loġistika.
Jista' il-Ministru jgħid kif dan l-aħħar żdiedu xi membri mal-Banda li ggradwaw bħala Pulizija ġodda, pero' din l-ordni ġiet injorata, u mhux qed jingħataw l-off duty ma l-oħrajn bil-konsegwenza li l-off duty ma jattendux il-banda jew ikollhom jitħallsu overtime?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16349 f'din l-istess Seduta.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għad baqa' applikazzjonijiet biex jiġu proċessati taħt id-diversi skemi ta' xiri jew fidi ta' ex-proprjeta’ tal-Knisja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-proċess tal-applikazzjonijiet, sat-30 ta' Settembru 2005, ta' l-iskemi u inizjattiva ta' xiri jew fidi ta' proprjeta' li kienet tal-Knisja, huwa kif indikat fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.