Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu mistiedna u kemm attendew ħaddiema tas-servizz pubbliku għall-workshops fuq gender awareness imtella bl-għajnuna tal-Commonwealth u minn Dr Williams, li skond rapporti fil-medja, saru dan ix-xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' ħaddiema tas-servizz pubbliku li ġew mistiedna u li attendew għall-workshops dwar gender awareness immexxija minn Dr Williams u li bdew fid-19 ta' Novembru u jintemmu fis-7 ta' Diċembru 2001, huwa kif ġej:
Mistiedna - 409 Attendew - 145
Issa li l-Gvern ħabbar il-budget, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għall-titjieb fil-housing estates jintefqu sabiex jiġu stallati il-lifts fil-Qasam tad-Djar ta' Panellu l-Mellieħa
Fid-dawl li kull ma jmur l-eta' tar-residenti f'dan il-qasam qiegħda dejjem tiżdied u allura tinħass aktar il-ħtieġa ta' dawn il-lifts, jista' l-Viċi Prim Ministru japprova dan l-iżvilupp tanti mistenni mill-familji li jgħixu fil-qasam imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar irċievet xi applikazzjoni għall-installar ta' lifts fil-lokalita' ta' Penellu l-Mellieħa.
Issa li l-Gvern ħabbar il-budget, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għall-titjieb fil-housing estates jintefqu sabiex jiġu stallati il-lifts fil-Qasam tad-Djar ta' Zokkrija, l-Mosta
Fid-dawl li kull ma jmur l-eta' tar-residenti f'dan il-qasam qiegħda dejjem tiżdied u allura tinħass aktar il-ħtieġa ta' dawn il-lifts, jista' l-Viċi Prim Ministru japprova dan l-iżvilupp tanti mistenni mill-familji li jgħixu fil-qasam imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar irċievet xi applikazzjoni għall-installar ta' lifts fil-lokalita' ta' Żokkrija, Mosta.
Issa li l-Gvern ħabbar il-budget, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għall-titjieb fil-housing estates jintefqu sabiex jiġu stallati il-lifts fil-Qasam tad-Djar ta' Mliet il-Mosta
Fid-dawl li kull ma jmur l-eta' tar-residenti f'dan il-qasam qiegħda dejjem tiżdied u allura tinħass aktar il-ħtieġa ta' dawn il-lifts, jista' l-Viċi Prim Ministru japprova dan l-iżvilupp tanti mistenni mill-familji li jgħixu fil-qasam imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar irċievet xi applikazzjoni għall-installar ta' lifts fil-lokalita' ta' Mliet Mosta.
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna tista' tingħata lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li kellu joħroġ fuq leave twil bla ħlas u bla ebda għajnuna soċjali u dħul ieħor biex ikun jista' jieħu ħsieb martu li tbati minn epilessija u bilfors ikollha lil xi ħadd jieħu ħsiebha l-ħin kollu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu m'għandha l-ebda talba mad-dipartiment u ghaldaqstant tista' tmur fl-uffiċċju distrettwali tal-lokalita' tagħha fejn tista' tkun megħjuna mill-Welfare Officer tad-distrett fuq id-drittijiet tagħha.
Issa li l-Gvern ħabbar il-budget, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għall-titjieb fil-housing estates jintefqu sabiex jiġu stallati il-lifts tal-Qasam tad-Djar ta' Għajn Qajjed ir-Rabat, Malta?
Fid-dawl li kull ma jmur l-eta' tar-residenti f'dan il-qasam qiegħda dejjem tiżdied u allura tinħass aktar il-ħtieġa ta' dawn il-lifts, jista' l-Viċi Prim Ministru japprova dan l-iżvilupp tanti mistenni mill-familji li jgħixu fil-qasam imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar għandha programm ta' nstallar ta' lifts fil-Housing Estates u tagħti priorita' lil dawk il-Blokki fejn ir-residenti diġa' għamlu applikazzjoni għall-installar ta' lifts.
Jirriżulta li l-Awtorita' tad-Djar irċieviet applikazzjoni għall-installar ta' lift minn Blokk E Bieb 1 Għajn Qajjied ir-Rabat Malta u qed tipproċedi l-applikazzjoni.
Issa li l-Gvern ħabbar il-budget, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għall-titjieb fil-housing estates jintefqu sabiex jiġu stallati il-lifts fil-Qasam tad-Djar ta' Għeriexem, ir-Rabat, Malta
Fid-dawl li kull ma jmur l-eta' tar-residenti f'dan il-qasam qiegħda dejjem tiżdied u allura tinħass aktar il-ħtieġa ta' dawn il-lifts, jista' l-Viċi Prim Ministru japprova dan l-iżvilupp tanti mistenni mill-familji li jgħixu fil-qasam imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar irċievet xi applikazzjoni għall-installar ta' lifts fil-lokalita' ta' Għeriexem, ir-Rabat, Malta.
Issa li l-Gvern ħabbar il-budget, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għall-titjieb fil-housing estates jintefqu sabiex jiġu stallati il-lifts fil-Qasam tad-Djar ta' San Pawl il il-Baħar?
Fid-dawl li kull ma jmur l-eta' tar-residenti f'dan il-qasam qiegħda dejjem tiżdied u allura tinħass aktar il-ħtieġa ta' dawn il-lifts, jista' l-Viċi Prim Ministru japprova dan l-iżvilupp tanti mistenni mill-familji li jgħixu fil-qasam imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar irċievet xi applikazzjoni għall-installar ta' lifts fil-lokalita' ta' San Pawl il-Baħar.
Issa li l-Gvern ħabbar il-budget, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għall-titjieb fil-housing estates jintefqu sabiex jiġu stallati il-lifts fil-Qasam tad-Djar ta' l-Mġarr, Malta?
Fid-dawl li kull ma jmur l-eta' tar-residenti f'dan il-qasam qiegħda dejjem tiżdied u allura tinħass aktar il-ħtieġa ta' dawn il-lifts, jista' l-Viċi Prim Ministru japprova dan l-iżvilupp tanti mistenni mill-familji li jgħixu fil-qasam imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar irċievet xi applikazzjoni għall-installar ta' lifts fil-lokalita' tal-Mġarr.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa ġust li l-Korporazzjoni Impjiegi u Taħriġ iċċaħħad lill-istudent li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament milli jikseb il-journeyman's certificate wara li l-isponsor tiegħu li d-dettalji wkoll qed jintbagħtu separatament keċċa l-ħaddiema nkluż lilu minħabba nuqqas ta' xogħol
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kunċett ta' l-apprendistat huwa mibni fuq żewġ elementi -taħriġ teoretiku li jiġi provdut minn stabbiliment edukattiv u taħriġ prattiku relatat mal-kors ta' l-apprendistat u li jingħata f'post ta' xogħol approvat mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ.
Biex apprendist jikseb il-Journeyman's Certificate irid jaghmel it-taħriġ teoretiku u prattiku mistenni minnu u jgħaddi mill-eżamijiet tagħhom. Jekk għal xi raġuni l-apprendist ma jagħmilx it-taħriġ teoretiku jew prattiku meħtieġ mill-apprendistat, l-apprendistat tiegħu jaqa' għaliex ir-regolamenti ta' l-apprendistat ma jkunux ġew osservati. B'hekk l-apprendist jitlef l-opportunita' li jikseb Journeyman's Certificate iżda l-kors jkun jista' jkomplih.
Fil-każ riferut, l-ETC ippruvat issib post tat-taħriġ prattiku ieħor għall-apprendist iżda mingħajr suċċess.
Jista' l-Ministru jgħix x'courses qed isiru bħalissa fl-ETC għall-persuni b'diżabilita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-courses organiżżati mill-ETC jista' japplika għalihom kulħadd inkluż persuni b'diżabilita'.
Barra minn hekk l-ETC għamlet ftehim mal-Fondazzjonijiet Eden, Richmond u Arka (Ghawdex) biex tagħmel użu minn servizzi speċjaliżżati ta' taħriġ li joffru dawn l-organizzazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-persuni b'diżabilita li bbenefikaw għax ġew ippreferuti taħt bil-persentaġġ ta' 2% skond il-liġi l-ġdida ta' Opportunitajiet Indaqs għal persuni b'diżabilita?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-perċentwali tat-2% hi stabbilita bil-liġi tal-1969 u mhux bl-Att Numru 1 tas-sena 2000 (jiġifieri l-Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita')).
Jista' l-Ministru jispjega r-raġuni għaliex il-persuna li n-numru ta' l-ID Card tagħha qed jintbagħat separatament ilha min Marzu ta' din is-sena mingħajr pensjoni ta' disabilita' u children allowance?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi tal-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-applikanti li għandhom talba quddiem id-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali li qed jgħixu f'bini kkundannat, ġew mogħtija akkomodazzjoni alternattiva matul din is-sena?
Kemm fil-fatt huma numru tat-talbiet pendenti f'dan ir-rigward?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi hemm 301 applikazzjoni pendenti fuq bini kkundannat u li minn Jannar 2001, 17 minnhom ġew allokati.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-gvern ikompli bil-miżura li kien beda Gvern Laburista 96-98 biex il-pensjonati ex-Servizzi Ingliżi jingħataw il-pensjoni sħiħa kif wara kollox imwiegħed elezzjoni wara l-oħra mill-Partit Nazzjonalista sa' mill-1987 'l hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet tiegħi dwar dan is-suġġett fil-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 17719, 12069, 6278, 6218.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' omm separata b'tifla waħda u li tgħix mal-ġenituri tagħha li jinsabu bi problemi kbar familjari u li ilha li applikat għall-post tal-gvern għal dan l-aħħar 10 snin?
Tista din is-sinjura tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena infurmat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat flimkien ma oħrajn simili.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu dwar rapporti riċenti li saru lid-Dipartiment tad-Djar minn residenti dwar familja li l-partikolarijiet tagħha qed jintbagħtu separatament bl-aħħar rapport datat 21 ta' Novembru 2001 u dwar il-każ miftuħ għand id-Dipartiment tad-Djar bin-numru tar-referenza 18743?
Jista' jgħid wkoll jekk il-bini li qed isir mill-istess familja fil-komun tal-istess blokk għandux il-permessi meħtieġa?
Jaf l-Ministru li saru diversi rapporti fl-Għassa tal-Pulizija ta' San Ġiljan dwar dan il-każ fosthom każ bin-numru 6N/4302/1999
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ebda Dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi mhu responsabbli li jagħti 'clearance' biex inkwilini f'bini tal-Gvern jagħmlu xi xogħol f'bini bħal dan. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk pazjenti li jkunu f'Mount Carmel Hospital irridux iħallsu meta jkunu residenti ta' din ir-residenza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skond Avviż Legali 60 ta' l-2000, (Att dwar is-Sigurta' Soċjali, Kap. 318, Regolamenti ta' l-2000 dwar Rati għal Istituzzjonijiet u Hostels Statali), 'inter alia' jgħid, illi dawk il-pazjenti li jkunu residenti fl-Isptar Monte Carmeli, u ż-żmien li jagħmlu hekk residenti jaqbeż is-sitt xhur konsekuttivi għandhom jikkontribwixxu għaż-żamma tagħhom, 60% mill-income nett totali tagħhom. Dan jiġi mogħti lill-Kumitat dwar Welfare imwaqqaf taħt l-artiklu 130 ta' l-istess Att.
Dan jgħodd għal dawk ir-residenti li jirċievu pensjoni kontributorja, filwaqt li dawk li jirċievu pensjoni ta' l-eta' jitħallsu allowance minflok pensjoni ta' l-eta' (mhix kontributorja).
Dwar każijiet oħra nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri minn dawk iż-żgħażagħ b'diżabilita li għalqu 19-il sena u mhux se jitħallew jattendu iżjed f'xi skola speċjali? X'qed isir biex dawn iż-żgħażagħ jingħataw il-formazzjoni meħtieġa għall-ħajja fis-soċjeta u x-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Ministeru għall-Politika Soċjali flimkien mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni diġa' qed iwettqu l-pjanijiet sabiex żgħażagħ li għalqu 19-il sena u qed jattendu fl-Iskejjel Speċjali jkunu jistgħu jibdew jattendu fiċ-Ċentri tal-Persuni b'Diżabilita'.
Fost dawn il-pjanijiet hemm assessment komprensiv kif ukoll pjan ta' azzjoni għal kull student li qed jieħu parti f'din it-tranżizzjoni. Beda l-proċess ukoll biex isir reklutaġġ ta' aktar support workers kif ukoll professional support workers li ser ikunu responsabbli tal-klijienti ġodda. Għaddejjin ukoll diskussjonijiet ma' aġenziji oħra sabiex jinfetħu aktar Ċentri żgħar fil-komunita'.