Dipartiment tas-sanita' — Problema f'residenza privata
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet is-sanita' biex tissolva l-problema ta' ilma jew drenaġġ dieħel ġewwa l-fond imsemmi li għandha l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? X'tama hemm li tissolva għal darba u għal dejjem din il-problema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.2764 tas-sena l-oħra u ngħarrfu li s-sitwazzjoni għadha l-istess għajr għall-fatt li ttieħed kampjun ieħor ta' l-ilma li qiegħed jinfiltra, liema kampjun reġa' indika l-probabbilta' li l-ilma in kwistjoni huwa ilma tal-vit. Għaldaqstant, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma reġgħet ġiet infurmata bil-kitba bil-każ sabiex tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa.
Kunsilli lokali — Ftuħ ta' day centres għall-anzjani
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm huma u liema huma l-kunsilli li għamlu talba għall-ftuħ ta' day centres għall-anzjani fis-sena 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' ma rċieva l-ebda talba għall-ftuħ ta' Day Centre għall-anzjani fis-sena 2004.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq id-dar ta' l-anzjani tal-Mellieħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq id-dar ta' l-Anzjani tal-Mellieħa għadu ma nbediex peress li għadhom għaddejja diskussjonijiet mal-MEPA.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qegħdin jingħataw flus f'sussidju għal djar ta' l-anzjani tal-privat, dar dar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Huma żewġ operaturi li fil-preżent qed joffru dan is-servizz.
L-ammont li jitħallsu fix-xahar jistgħu jvarjaw skond in-numru ta' sodod okkupati.
Ninsab infurmat li f'Marzu ta, din is-sena Care Services ( operatur ta' Casa Serena) tħallas Lm6,347 u Care Malta (operatur ta' Villa Messina u Casa Arkati) tħallas Lm13,080.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5239 u cioe'jista' jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma tat l-ebda donazzjoni finanzjarja jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali matul dawn l-aħħar sentejn.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali f'St. Vincent de Paule li dwarhom hemm talba mill-pazjenti għall-air condition?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-amministrazzjoni tieħu ħsieb li fejn ikun hemm bżonn, waqt li jkun qed isir refurbishment tas-sala tiġi nstallata sistema ta' air-conditioning.
Madankollu din is-sena d-Dipartiment beda proċeduri biex jiġu nstallati sistemi ġodda ta' air-conditionig fi swali fejn hemm bżonn anke jekk mhux previst li jsir refurbishment għalissa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ?
Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma sponsorjatx xogħlijiet għal clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali matul dawn l-aħħar sentejn.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena?
Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jgħid eżatt għal liema fuel qiegħed jirreferi.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kif tikkompara Malta ma' pajjiżi Ewropej fejn tidħol is-survival rate ta' cancer tal-bladder?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Malta tikkompara tajjeb ħafna fejn jidħol is-survival rate wara 5 snin mid-dijanjosi tal-kanċer tal-bladder. Fil-fatt Malta qegħda fit-tielet post fost il-pajjiżi tal-EU. Dan skond rapport datat 20 t'April 2004 maħruġ mill-Unjoni Ewropea li tiegħu qiegħed nipproduċi estratt.
Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'qed isir dwar is-servizz tal-berġa tal-Mellieħa peress li kienet tokkupa bini li issa jinsab ikkundannat? X'arranġamenti saru biex għax-xogħol tal-berġa jintużaw faċilitajiet fiċ-ċentru parrokkjali tal-lokal?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba għad-domanda parlamentari numru 4499.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex meta l-home helpers jieħdu l-frank u ma jmorrux jagħtu s-servizz tagħhom, l-anzjani xorta jħallsu għal dan is-servizz li ma jingħatalhomx?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-ħlas tal-Home Help Service isir fuq bażi ta' ġimgħa u mhux bil-ġurnata. Biss, id-Dipartiment qed jagħmel l-arranġamenti meħtieġa ħalli meta xi helper tkun fuq vacation leave jew sick leave tintbagħat persuna oħra minflok.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tintlaqa' it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għall-home help peress li tinsab f'sitwazzjoni diffiċli ħafna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li fil-preżent il-persuna msemmija qegħda tieħu 4 siegħat fil-ġimgħa servizz tal-Home Help u l-każ tagħha sabiex jiżdiedu s-siegħat tas-servizz qiegħed quddiem il-bord tal-allokazzjoni.
Jista’ il-Ministru jgħid fl-2003 kemm kien hemm imwiet li kienu direttament jew indirettament ikkawżati mill-alkoħol? Kemm minnhom kienu nisa? X' kienu l-effetti ta’ l-alkoħol fuq il-ġisem tal-persuni li mietu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' mwiet li kienu diretament jew indirettament ikkawżati mill-alkoħol kien ta' 25 mewt matul is-sena 2003 f'residenti ta' Malta u Æawdex. Kien hemm 18 irġiel u 7 nisa. Il-kawża ta' imwiet hija kif ġej.
Kawż
a ta' mewt
Irġ
iel
Nisa
Problemi mentali kaġunati minn abbużż ta' alkoħol
0
1
Mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol
16
6
Avvelenament inċidentali ikkawzat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi
1
0
Æarqa u abbużż ta' alkoħol fejn mhux magħruf jekk kienx inċidentali jew premeditat
1
0
Total
18
7
Nies li qed jingħataw il-kura minħabba abbuża ta' l-alkoħol
Question
Jista’ il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm nies li qed jiġu kkurati minħabba abbuż ta’ l-alkoħol? Jista’ jgħid kemm minnhom huma nisa? Kemm minnhom għandhom bejn id-19 u l-25 sena? Kemm minnhom huma taħt it-18–il sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk jeżistux kuntatti bejn il-Ministeru tiegħu jew it-taqsima li tieħu ħsieb dawk il-pazjenti li jabbużaw mill-alkoħol u l-Alcoholics Anonymous? X'għajnuna tingħata?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm minn nurses li jaħdmu l-isptar Monte Carmeli huma mental registered nurses jew inkella għandhom diploma in Psychiatric nursing jew xi kwalifika oħra relatata mal-psikjatrija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fl-Isptar Monte Carmeli hemm b'kollox 33 nurse li għandhom it-taħriġ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Dipartiment tas-saħħa — Pazjenti li jkunu fuq Chemotherapy
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk jingħatawx struzzjonijiet dwar dieta, kuntatt man-nies, eċċ., il-pazjenti li jkunu fuq il-Chemotherapy?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kimoterapija hija tip ta' kura varjata ħafna u l-istruzzjonijiet li jingħataw il-pazjenti huma fuq bażi individwali li jiddependi x'kura jkunu qed jieħdu kif ukoll is-saħħa ġenerali tagħhom. Meta l-Kimoterapija jkollha impatt sostanzjali fuq ir-reżistenza kontra l-infezzjonijiet, il-pazjenti jingħataw istruzzjonijiet biex jevitaw il-folol, u persuni b'xi infezzjoni ovvja, kif ukoll xi attivita bħal xogħol bit-trab jew ħamrija li tista' iżżid riskju ta xi infezzjoni.
L-istruzzjonijiet dwar dieta huma ta mod ġenerali cioe dwar dieta tajba għas-saħħa u skont l-aptit, għax m'hemmx xi dieta partikolari għal min qed jieħu l-Kimoterapija. Il-pazjenti jingħataw ukoll struzzjonijiet dwar xogħol li jistgħu jagħmlu.