Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5029 Sitting 71 1999-03-03 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Infiq ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar l-flus li ntnefqu?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-5 ta` Settembru, 1998 s`issa ntnefqu Lm5,524 fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati.
Leg 9 PQ #5058 Sitting 71 1999-03-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Deficit ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu deficit pajjiżna? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed ikollu jħallas pajjiżna globalment kuljum fuq dan is-self? Xi pjanijiet għandu l-gvern biex jikkontrolla d-deficit?

Response (DALLI, JOHN)

Dawn il-mistoqsijiet ġew risposti fil-budget li ppreżentajt f`Novembru li għadda.
Leg 9 PQ #4649 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Bordijiet/kumitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Finanzi li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Min kienu l-membri qabel ma nbidlu? Min huma l-membri issa? X'remunerazzjoni qed jieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Leg 9 PQ #3582 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartimenti? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (DALLI, JOHN)

Dipartiment Numru u Ditta Meta Nxtraw Kemm swew Lm Ministeru 4 Muratec 1994, 95, 96 1,472 1 Panasonic 1993 249 1 Brother 1997 193 1 Mita 1998 390 1 Canon 1998 199 Dwana 5 Canon 1992 - 1994 1,658 7 Toshiba 1994, 95 1,743 7 Xerox 1993, 95, 96, 98 1,834 3 Sharp 1996 537 8 Ricoh 1997, 98 935 1 Philips* 1998 1 Samsung 1995 2 Canon* 1995 1 Acer* -- * Dawn kienu konfiskati u ntużaw mid- dipartiment Teżor 1 Harris 1989 750 1 Samsung 1994 205 Kuntratti 1 Adi 1994 225 1 Lanier 1994 360 1 Lanier Pollfax 1997 672.75 1 Panfax 1995 259 Taxxi Interni 5 Sharp 1997, 98 650 6 Ricoh 1994, 95, 96, 98 920 1 Toshiba 1994 200 3 Alcatel 1990, 91, 92 560 2 Sagem 1998 320 1 Xerox 1992 200 1 Konika 1994 200 VAT 7 Xerox 1994, 95, 98, 99 1,773.15 5 Ricoh 1997, 98 885 Lottu Pubbliku 4 Olivetti 1994 - 1998 571
Leg 9 PQ #4674 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Arretrati

Question

Peress li numru sostanzjali ta' pensjonanti jilmentaw li baqgħalhom jieħdu l-arretrati dovuti lilhom mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u dan minkejja li ilhom is-snin li rtiraw bil-61 sena, jista' l-Ministru jara li jsiru l-pagamenti dovuti lill-pensjonanti in kwestjoni? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' pensjonanti li għandhom dawn il-pagamenti pendenti u kemm tammonta ċ-ċifra ta' flus? B'riferenza għall-mistoqsija preċedenti tiegħi matul seduta tas-sena l-oħra fejn il-Ministru kien assigurani li se jara x'jista' jsir sabiex dawn il-pagamenti lill-pensjonanti jitħaffef il-proċess tagħhom, jista' l-Ministru ġentilment jinformani bl-iżviluppi?

Response (DALLI, JOHN)

Fil-preżent total ta` 4536 pensjonanti ta` `l fuq minn 61 sena għandhom jieħdu bejniethom is-somma ta` Lm2,437,603 f`refunds ta` taxxa. Kif ingħad diversi drabi f`Mistoqsijiet Parlamentari oħra l-ħlas tar-refunds mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni minn dejjem kien marbut mar-riżorsi finanzarji li jkunu ġew ipprovduti lid-dipartiment fl-estimi finanzjarji annwali. Id-dipartiment qiegħed jeżamina kif tista` titjieb is-sistema biex jitħaffef il-proċess tal-ħlas tar-refunds lill-pensjonanti.
Leg 9 PQ #4675 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Oġġezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' oġġezzjonijiet pendenti li għandu quddiemu d-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Kemm minn dawn l-oġġezzjonijiet huma ta' kumpanniji, self-employed, professjonisti, ħaddiema mpjegati, ta' għaqdiet, eċċ?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` oġġezzjonijiet pendenti fil-31 ta` Jannar, 1999 kien ta` 54,427 li minnhom 8,177 huma ta` kumpaniji. Il-kumplament huma ta` individwi u ta` għaqdiet.
Leg 9 PQ #4676 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Oġġezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' oġġezzjonijiet li nħadmu u ġew rimedjati bejn id-Dipartiment tat-Taxxi Interni u tax payer mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Kemm huwa mistenni li jinħadmu oġġezzjonijiet matul din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` oġġezzjonijiet li ġew iffinaliżżati mill-5 ta` Settembru sal-31 ta` Jannar, 1999 kien ta` 3,906. Din is-sena se jsir sforz biex jingħalqu numru ta` oġġezzjonijiet ikkumplikati li jittrattaw `ex-officio` assessments li kienu ħarġu ħafna snin ilu. Għalhekk huwa diffiċli li wieħed jiddetermina kemm se jkun in-numru ta` oġġezzjonijiet li se jkunu konklużi, iżda in-numru jista` jlaħħaq il-15,000.
Leg 9 PQ #4677 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt għoliet eżatt it-taxxa fuq il-biljetti ta' l-ajru għal din is-sena separatament mill-VAT? Kemm fil-fatt daħħal taxxa iżjed il-Gvern f'Jannar ta' din is-sena paragunat ma Jannar, 1998 u kemm hu d-dħul globali matul Jannar, 1999 minn din it-taxxa u levy konċernata?

Response (DALLI, JOHN)

Ma kien hemm ebda żieda ta` taxxa fuq il-biljetti ta` l-ajru u għaldaqstant il-gvern ma daħħal xejn iżjed. Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, id-dħul għal Jannar 1999 mit-taxxa fuq il-biljetti kien ta` Lm105,920.
Leg 9 PQ #4853 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Avviż legali numru 179

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Avviż Legali numru 179 ta' l-1995 u l-emendi li saru f'dan l-avviż legali? Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartimenti konċernati humiex qed jimxu ma' dan l-avviż legali? Hemm avviżi legali oħra li huma marbuta ma' l-isport? Jekk iva, jista' jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

L-Avviż Legali Numru 179 u l-emendi relatati għalih diġa ġew imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija hi fl-affermattiv. L-allokazzjoni ta`fondi ssir b`konsultazjoni mal-Ministeru responsabbli mill-Isports. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra verżjoni emendata tal-avviż legali numru 2 tal-1990 li għandu x`jaqsam ukoll ma` allokazjoni ta` fondi għall-isports mill-lotterija Super 5.
Leg 9 PQ #4859 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Cash registers — Xiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif nies li marru biex jixtru cash register qalulhom li m'hawnx? Għalfejn mhux qed isibu jixtruhom? X'inhi r-raġuni? Meta jaħseb li se jkun hawn għal bejgħ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hawn stokk biżżejjed ta` cash registers fiskali li jistgħu jinxtraw mingħand l-aġenti li għandhom il-mudell tagħhom approvat mid-Dipartiment tal-VAT.
Leg 9 PQ #4863 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif proċedura li daħlet bi prova fi żmien Gvern Nazzjonalista li tirrigwarda ħlasijiet tal-LEVY ta' 3mls fil-Lm1, u li taqa' taħt ix-xerrej, pitkal u bidwi għada fis-seħħ sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onorevoli Interpellant hija mitluba tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat għal aktar informazzjoni.
Leg 9 PQ #4942 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienu l-assi ta' deheb u metall ieħor prezzjuż tal-Bank Ċentrali mill-1971 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa ippubblikat fir-rapport annwali tal-Bank Ċentrali.
Leg 9 PQ #4943 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjoni — Pensjoni tas-Servizzi Ingliżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jkompli l-proċess mibdi minn Gvern Laburista ta' l-1996 sabiex dawk il-pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-miżura dwar il-pensjonijiet? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla dan il-proċess?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru għall-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #4944 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'pensjonijiet, kategorija b'kategorija u sena b'sena, mill-1987 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu ppublikat fl-Estimi Ġenerali.
Leg 9 PQ #4945 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Sigurta' Soċjali — Kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus mill-ħlas tal-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali, sena b'sena, mill-1987 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu ppublikat fl-Estimi Ġenerali.
Leg 9 PQ #4961 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — VAT fuq trasport ta' l-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri qed jiġu ċċarġjati 15% VAT fuq it-trasport għall-iskejjel meta suppost li m'hemmx VAT fuq l-edukazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bl-Att ta` l-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, trasport għal skola huwa eżenti bil-kreditu u għaldaqstant m`hemmx VAT fuqu kemm-il darba: i. ikun provvist minn stabbiliment edukattiv; ii. ikun provvist lil xi stabbiliment edukattiv bil-għan li jiġi provdut minnu bħala trasport għal skola; iii. ikun organizzat jew provvist minn uffiċċju ċentrali. Id-dipartiment tal-VAT lest li jieħu passi kontra dawk il-persuni li b`xi mod jinstabu li jkunu qed jiksru l-liġi.
Leg 9 PQ #4964 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jibda jirċievi l-pensjoni li hu suppost dovut?

Response (DALLI, JOHN)

Billi din mhix materjata` natura nazzjonali, darba l-Onorevoli Interpellant ikollu awtorizazzjoni mill-persuna konċernata, l-informazzjoni mitluba ngħaddihielu privatament.
Leg 9 PQ #4415 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-gvern fuq advertising konness mad-dħul tal-VAT u l-amministrazzjoni tagħha qabel l-1 ta' Jannar u wara? Fiex intnefqu dawn il-flus?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta` flus li nefaq il-Gvern fuq advertising konness mad-dħul tal-VAT u l-amministrazzjoni tagħha qabel l-1 ta` Jannar u wara hu kif ġej: Avviżi f`Gazzetti Lm 390.00 Spejjeż ta` Produzzjoni Lm 30.00 Leaflets ta` Informazzjoni Lm2,709.00 Total Lm3,129.00
Leg 9 PQ #4417 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat ma' korpi kostitwiti jew mal-pubbliku interessat, self-employed, eċċ. in konnessjoni mal-VAT, kemm saru qabel id-dħul tal-VAT u kemm saru wara?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat fis-Seduta 48 għall-mistoqsija Numru 2921 dwar laqgħat u konsultazzjonijiet li saru dwar id-dħul tal-VAT. Dawn il-laqgħat u konsultazzjonijet mmexxija kemm minn Ministri kif ukoll minn uffiċjali tal-Ministeru tal-Finanzi u tad-Dipartiment tal-VAT għadhom għaddejjin b`mod regolari u ser jibqgħu sejrin sakemm tinħass il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #4639 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjoni — Abbużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li hemm min qiegħed jabbuża mill-pensjoni, billi fl-aħħar snin tax-xogħol ikun tella' jew tellgħulu s-salarju aktar milli fil-fatt kien? Kemm huwa n-numru ta' pensjonanti u kemm dawn l-abbużi jinvolvu finanzi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.