Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li nqabdu jaħdmu llegalment din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk:
Spezzjonijiet Persuni misjuba mhux
iddikjarati mal-Korporazzjoni
Jannar 340 126
Frar 369 149
Marzu 173 112
April 349 168
Mejju 327 219
Ġunju 480 202
Lulju 512 279
Awissu 493 272
Settembru 394 346
Ottubru 901 384
Total 4,338 2,257
Informat ukoll li f'kull każ, il-Korporazzjoni ħadet azzjoni biex il-persuni misjuba jaħdmu u ma kienux iddikjarati mal-Korporazzjoni, jirregolarizzaw ruħhom. Fil-każ fejn il-persuni ma rregolarizzawx ruħhom, il-Korporazzjoni għaddiet il-każ il-Qorti.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm applikaw għall-iskema ESTS ta' l-ETC din is-sena u s-sena l-oħra? Kemm temmew b'suċċess il-kors?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta’ persuni li applikaw għall-iskema ta' l-ESTS li bdiet f’Ottubru 2004 kien ta’ 65, li minnhom ġew aċċettati 59.
Din is-sena in-numru ta’ persuni li applikaw huwa ta’ 223. Għad ma jistax jingħad għalissa kemm minn dawn ser jiġu aċċettati. Ir-raġuni hi li għad irid jiġi verifikat ma' l-istituzzjonijiet ta’ t-taħriġ vokazzjonali (MCAST u ITS) jekk dawk li applikaw ġewx aċċettati biex isegwu l-programm ta’ taħriġ relatat ma’ l-apprendistat.
Ta’ min wieħed jgħid li biex wieħed jibda apprendistat, irid;
i) ikun aċċettat minn istituzzjoni vokazzjonali li tagħti taħriġ f’wieħed mill-programmi ta’ taħriġ abbinati ma' l-apprendistat; u
ii) jrid ikollu wkoll
employer
li jkun lest jagħtih it-taħriġ prattiku relatat ma’ l-ispeċjalizzazjoni li l-persuna jkun għażel li jsegwi.
Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispiża sabiex inbena l-kumpless sportiv f'Bormla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont globali mħallas hu ta’ Lm2,277,612.37. Ma’ din il-figura jrid jiżdied ammont ieħor (stmat) ta’Lm 13,145 f’kontijiet pendenti li ma jistgħux jitħallsu qabel il-konsulenti tad-dipartiment, li huma il-Building & Engineering Department, Works Division, ilestu u jippreżentaw il-Bills of Quantities finali tal-kuntratti.
Dettalji ta’ kif inhuma mqassma il-ħlasijiet, kif ukoll tal-kontijiet pendenti jidhru fit-tabella hawn taħt :
Total imħallas Total pendenti
Construction & canopy 1,490,866.92 9,305
Mechanical & Electrical 321,203.26 0
Finishing 255,914.79 1,340
Excavation 123,429.87 0
Misc. 86,197.56 2,500
Total 2,277,612.37 13,145
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-kumpless sportiv fl-iskola Tumas Dingli, f'Ħ'Attard?
Response (GALEA, LOUIS)
Wara l-investiment kbir li sar fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard, irid isir xogħol ieħor fil-faċilitajiet sportivi tagħha. Bħalissa l-FTS qed tikkonċentra fuq il-proġetti li saret riferenza għalihom fid-Diskors tal-Baġit.
Jista’ il-Minsitru jgħid kemm kienu dawk li applikaw taħt l-iskema TEES ta' l-ETC u kemm temmew b'suċċess il-kors/skema din is-sena u s-sena l-oħra? L-Unjoni Ewropea qiegħda tiffinanzja dan il-kors, u jekk iva b'liema ammonti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s'issa saru żewg intakes taħt l-iskema tat-TEES din is-sena, fejn fl-ewwel intake bdew 130 persuna (f’ Marzu 2005) filwaqt fit-tieni intake (f’ Gunju 2005) bdew 160 persuna.
S’issa wieħed ma jistax ikun jaf kemm temmew b’suċċess għax l-iskema għandha
perjodu ta’ sena . Għalhekk dawk li bdew f’Marzu jispiċċaw fl- aħħar ta’
Frar 2006, filwaqt dawk li bdew f’ Ġunju jispiċċaw fl- aħħar ta’ Mejju 2006.
L- aħħar intake (ta’ madwar 170 persuna oħra) li ser jibda f’Jannar 2006
jispiċċaw l- iskema f’ Diċembru 2006. Wara Diċembru 2006 wieħed ikun jista
jgħid kemm minn dawn il- parteċipanti baqgħu fl- impjieg.
Tajjeb pero li wieħed isemmi li mill-290 persuna li bdew s’issa 142 diġa
qed jaħdmu/jitħarrġu ma imgħallem. L- oħrajn qed jattendu taħrig sakemm
jidħlu fl- impjieg.
L-iskema hija iffanzjata mill-Fond Socjali Ewropew u ser tkun swiet maż-
żewg miljun lira Maltin . 75% ta’ dan l- ammont ħareg mill- Fondi
Strutturali u 25 % ħareg mill- Gvern Malti.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15363 u jinformana liema huma l-faċilitajiet sportivi f'Malta u Għawdex li se jiġu upgraded?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dawn il-faċilitajiet sportivi imsemmija hawn taħt qed isir jew sejjer isir ‘upgrading’ fihom:
Basketball
Malta Basketball Association
Bocci
Sliema - V’iosa
Cycling
BMX
Karting
Island Karting Club
Sailing
Vikings Sailing Club - Young Sailors Club
Sports Club
Mellieha Sports Club
Tennis
Birkirkara
Waterpolo
Birzebbugia - Exiles - Sirens.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15361 u jinformani liema huma l-grounds tal-football f'Malta u Għawdex li se jiġu upgraded?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-football grounds imsemmija hawn taħt qed isir jew sejjer isir ‘upgrading’ fihom:
AS Hibernians - Attard
Floriana - Gozo
Ghaxaq - Hamrun Spartans
Kalkara - Marsaxlokk
Mqabba - Pembroke
Sirens - St. Andrews
Tarxien Rainbows - Verdala Junior Lyceum (St. George’s FC).
Fondazzjoni għall-istudji internazzjonali — Kap eżekuttiv
Question
Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-contract of service tal-kap eżekuttiv tal-fondazzjoni għall-istudji internazzjonali u jekk dan ma jeżistix, jista' jgħid x'salarju għandha din il-persuna fil-kariga msemmija kif ukoll jgħid x'benefiċċji, perkaċċi u kondizzjonijiet oħra ta' xogħol li huma applikabbli għaliha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ċ-Chief Executive tal-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali huwa l-Professur Lino Briguglio li nħatar direttament mill-Kunsill ta` l-Universita' a' bażi ta' kuntratt.
Bħala CEO tal-Fondazzjoni, il-Professur Briguglio huwa ntitolat għal dan li ġej:
Allowance fis-sena ta` Lm 1800. Jiġi rifondut ukoll l-ispejjess tat-telephone tad-dar u tal-mobile, kif ukoll l-ispejjes konnessi mal-karrozza (fuel, insurance u service) u health insurance.
Jaf il-Ministru kemm Għawdxin ibbenefikaw kull sena mill-1998 'il hawn mit-technician apprenticeship scheme, mill-extended skills training scheme u mill-ispecial education programme? X'kienet in-nefqa tal-gvern fuq kull waħda minn dawn l-iskemi f'Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jgħid liema kienu dawk l-entijew dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea din is-sena, għal liema fondi applikaw u x'kien l-eżitu?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jara tistax tintbagħat facilitator id-dar ta' tfajla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ma tistax tattendi l-iskola minħabba li din ma tistax timxi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha servizz għat-tfal li jkunu morda fit-tul u li ma jkunux jistgħu jattendu l-iskola minħabba raġuni mediċi. Jien informat li l-Kap ta' l-Iskola kienet tat id-dettalji neċessarji lill-omm ta' l-istudenta ikkonċernata sabiex tkun tista' tgawdi minn dan is-servizz hekk kif it-tfajla toħroġ mill-isptar. Minħabba li l-omm qatt ma' nformat lill-uffiċjali ikkonċernat minn dan is-servizz, dan is-servizz ma setgħax jibda. Ser jittieħdu l-passi neċessarji kollha biex din l-istudenta tibda tirċievi s-servizz meħtieġ.
Persuni li ttrasferew ir-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex
Question
Jaf il-Ministru jgħid kemm persuni li ttrasferew ir-reġistrazzjoni tar-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex mill-1999 sal-lum, qed jaħdmu f'Għawdex illum?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni ma hix disponibbli f'forma kompilata għand l-ETC. Ma hinix f'pożizzjoni li nirriċerka persuna b'persuna l-kategorija indikata biex nagħti t-tagħrif mitlub lill-Onor. Membru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew allokati u kemm intnefqu flus għall-ħidma ta' l-ETC ġewwa Għawdex? Għal liema programmi, skemi, eċċ. ta' taħriġ u mpjiegi ġew allokati u ntnefqu dawn il-flus?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid lil min ingħata x-xogħol tal-canteens tal-MCAST u tal-Higher Secondary tan-Naxxar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għax-xogħol tal-canteen tal-Higher Secondary kien hemm żewġ offerti u l-Kunsill Skolastiku agħżel l-offerta l-aktar vantaġġjuża. Din kienet tas-Sur Joe Micallef.
Informat ukoll li x-xogħol tat-tlett canteens tal-MCAST ingħata lil IVVT group Malta Ltd.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Higher Secondary tan-Naxxar tintużax matul il-lejl biex jinħadem xogħol għall-canteens ta' ċertu skejjel? Jekk iva, kemm qed jitħallas il-gvern tal-kera, dawl u ilma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-canteen tal-Higher Secondary tan-Naxxar mhux qed jintuża mill-kuntrattur biex jinħadem xogħol għall-canteens oħra. Ix-xogħol li jsir wara l-ħin ta' l-iskola qed isir għall-Higher Secondary stess. Biex ikun jista' jinħadem dan ix-xogħol, il-kuntrattur ressaq talba lill-Kunsill Skolastiku biex jintuża l-canteen wara l-ħin ta' l-iskola. Il-Kunsill Skolastiku laqa' t-talba tal-kuntrattur billi x-xogħol kien se jsir għall-iskola. Minħabba l-istess raġuni l-Kunsill ħass li ma kellux jitlob ħlas addizzjonali għall-użu tas-servizzi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-Universita' ta' Malta hemmx dipartiment tax-xjenza politika u jekk le, qattx inħass il-bżonn li jkun hemm?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita' ta' Malta m'għandiex Dipartiment tax-Xjenza Politika iżda korsijiet li jiffurmaw parti ntegrali minn din id-dixxiplina huma pprovduti mid-Dipartiment tal-Public Policy fil-Fakulta ta' l-Ekonomija, Management u Accountancy. Dan id-Dipartiment jipprovdi korsijiet kemm f'livell undergraduate kif ukoll post-graduate. Minn żmien għall-żmien dan id-Dipartiment, dejjem jekk ikun hemm konkorrenza biżżejjed, jorganizza Diploma fl-Istudji Politiċi matul il-ħinijiet ta' filgħaxija.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx xi xogħlijiet ippjanati li jsiru mill-FTS fl-iskola Lorenzo Manche` fil-Floriana?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma hemm ebda xogħolijiet ippjanati għal din l-iskola ħlief li bħal kull skola oħra, minn żmien għal żmien, ikun hemm bżonn ta' xogħol ta' manutenzjoni.
Skejjel — Għalliema li mhux jirrapporta għax-xogħol
Question
Jista’ il-Ministru jgħid jekk fl-iskola indikata separatament, hemmx xi għalliem tal-Malti nieqes jew li mhux qed jattendi l-iskola għal żmien twil minħabba raġunijiet personali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola msemmija kien hemm għalliema tal-Malti li minħabba raġunijiet ta' saħħa kellha tibda l-proċeduri biex tidher quddiem bord mediku. Għalliema oħra tal-Malti ntbagħtet biex tieħu l-lezzjonijiet. Għalhekk m'hemm ebda għalliem tal-Malti nieqes fl-iskola indikata.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm kindergarten assistants li jinsabu mingħajr klassi u f’liema skejjel qegħdin?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li fil-livell tal-Kindergarten it-tfal jiġu amessi fit-tlett gruppi skond l-eta' f'Settembru, f'Jannar u f'Marzu ta' kull sena skolastika. Dawk il-Kindergarten Assistants li jkunu qed jistennew jiġu assenjati t-tfal fil-klassi tagħhom, kollha huma nkarigati mill-Kap ta' l-iskola biex jieħdu klassijiet tal-Kinder jew biex jagħtu appoġġ fi klassijiet oħra skond l-esiġenza ta' l-iskola.