Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30977 Sitting 683 2002-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew maħtura għalliema bħala responsabbli tas-sigurta' u s-saħħa fl-iskejjel? F'liema skejjel? Kemm f'kull każ għamlu rapporti dwar is-sitwazzjoni fl-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' għalliema b'responsabbilita` għal Saħħa u Sigurta` fl-iskejjel huwa kif se nsemmi: Fi Skejjel sekondarju - 52 (part time asssenjati fl-iskola) Fi Skejjel primarji - 4 (full time fuq bażi paripatetika) Tmienja (8) mill-għalliema msemmija qed jagħtu servizz ġewwa Għawdex. Informat ukoll li fl-iskejjel kollha fis-settur sekondarju saru rapporti dwar is-sitwazzjoni ta' Saħħa u Sigurta`. Fl-iskejjel fis-settur primarju fir-Reġjuni 3 u 4 l-aċċent kien aktar fuq il-protezzjoni min-nar u eżerċizzji ta' evakwazzjoni. Fl-iskejjel tar-Reġjuni 1 u 2 dan ix-xogħol beda jsir din is-sena skolastika minħabba li qabel ebda għalliem f'dan is-settur ma kien inħatar.
Leg 9 PQ #30956 Sitting 682 2002-01-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mobile Schools

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemm xi ħsieb li jinġiebu xi mobile schools? Għal-liema lokalitajiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Waħda mill-problemi li rridu nsolvu biex inwettqu l-programm estensiv ta' estensjonijiet u refurbishment ta' skejjel tal-Gvern hi li nkunu nistgħu nagħmlu x-xogħol is-sena kollha u mhux biss f'madwar xahrejn ta' vaganzi fis-sajf. F'numru ta' skejjel dan ix-xogħol ma jistax isir jekk ma nipprovdux faċilitajiet alternattivi għall-istudenti ta' l-iskola konċernata. Għaldaqstant il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qed teżamina x'possibilitajiet fattibbli jeżistu li tuża 'mobile classes' fejn ikun hemm bżonn waqt li jkun qed isir xogħol ta' estensjon, refurbishment u maintenance estensiv. Isiru l-konsultazzjonijiet meħtieġa qabel ma tittieħed xi deċiżjoni.
Leg 9 PQ #30958 Sitting 682 2002-01-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Assistent Heads

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm laħqu assistent heads ġodda fl-iskejjel tal-gvern? Kemm se jintgħażlu minnhom għal ġol-iskejjel matul din is-sena skolastika? Kemm fil-primarji? Kemm fis-sekondarji?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li lista ta' Assistenti Kapijiet (Sekondarji) għadha kif ġiet ippublikata. Fil-każ ta' l-Assistenti Kapijiet (Primarja) qed isiru l-interviews għal vakanzi li jeżistu f'Malta u Għawdex. Hu mistenni li matul din is-sena skolastika fis-settur Sekondarju ser jintagħżlu 15-il Assistent Kap u fis-settur Primarju 12-il Assistent Kap.
Leg 9 PQ #30959 Sitting 682 2002-01-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ċirkularijiet intbagħtu lill-iskejjel tal-gvern matul din is-sena skolastika dwar l-elezzjonijiet tal-kunsilli skolastiċi? Jista' jpoġġi kopji ta' dawn iċ-ċirkularijiet fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tibdil meħtieġ fir-regolamenti tal-Kunsilli Skolastiċi qed jieħu żmien aktar milli mistenni. Għaldaqstant għandha tibqa' sseħħ id-deċiżjoni li jibqgħu fil-kariga l-Kunsilli l-aħħar eletti. S'issa ma ntbagħtu ebda ċirkolarijiet relatati ma' l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi. L-abbozz tar-regolametni l-ġodda għadu qed jiġi eżaminat u jien ser niltaqa' mal-Focus Group dwar "Parental Involvement and Schools as Community Centres".
Leg 9 PQ #30961 Sitting 682 2002-01-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Giovanni Mangion

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir l-elezzjoni għall-Kunsill Skolastiku tal-Iskola Giovanni Mangion, Higher Secondary tan-Naxxar?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari numru 30959.
Leg 9 PQ #30962 Sitting 682 2002-01-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Elezzjonijiet tal-Kunsilli

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-elezzjonijiet għall-kunsilli skolastiċi din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari numru 30959.
Leg 9 PQ #30966 Sitting 682 2002-01-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Unjoni Ewropea — Programmi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-għaqdiet li pparteċipaw fi programmi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm 18-il għaqda li pparteċipaw fil-Programm YOUTH ta' l-Unjoni Ewropeja. * The Groundlings * Youth Travel Circle * San Ġwann Youth Centre * Qrendi Youth Group * Mġarr Youth Group * Żabbar Local Council * Mellieħa Local Council * The Helping Hands Group * Groups for Human Encounter * San Lawrenz Local Council * ELSA Malta * Salesian Pastoral Youth Service * Moviment Graffiti * Malta Art and Craft Teenagers * Third World Group * Żurrieq Scout Group * ŻAK - Tarxien * Malta Association of Youth Workers
Leg 9 PQ #30971 Sitting 682 2002-01-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi programm ta' manutenzjoni fl-iskejjel sar minn Settembru 1998 'l hawn? F'liema skejjel saret manutenzjoni u x'manutenzjoni saret?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista tax-xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-iskejjel statali mill-aħħar ta' l-1998 sa l-aħħar tas-sena 2001 ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #30965 Sitting 681 2002-01-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Unjoni Ewropea — Programmi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti u skejjel li pparteċipaw fi programm edukattivi ta' l-Unjoni Ewropea u f'liema programmi pparteċipaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport tal-European Union Programmes Unit dwar il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-programmi edukattivi ta' l-UE.
Leg 9 PQ #30598 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkollha s-servizz tal-internet l-iskola primarja Guże Bonnici ta' Tas-Sliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskola msemmija se jkollha s-servizz ta' l-Internet fis-sena skolastika li jmiss.
Leg 9 PQ #30601 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30430?

Response (GALEA, LOUIS)

Għadni qed nistenna t-tagħrif mitlub mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li talbitu lid-diversi skejjel.
Leg 9 PQ #30928 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fgura — Shelters

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'deċiżjoni se jieħu d-Dipartiment tal-Mużewijiet wara li nstabu xi shelters tal-gwerra fi Triq Hompesch fil-Fgura?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li wara spezzjoni tas-sit, id-Dipartiment tal-Mużewijiet għarraf lill-Kunsill u lid-Dipartiment tat-Toroq li dan ix-xelter huwa protett mil-liġi ta' l-Antikitajiet. Għaddejjin laqgħat mal-Kunsill u d-Dipartiment tat-Toroq biex il-protezzjoni tax-xelter issir bl-aħjar mod.
Leg 9 PQ #30941 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Kors

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-kors dwar woodwork/ancillary trades fl-MCAST jinbeda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kors fis-sengħa ta' l-Injam huwa parti mill-programm li qed iwettaq l-Istitut ta' l-Inġinerija tal-Bini u l-kostruzzjoni ta' l-MCAST. Dan huwa l-kors li jwassal sal-livell ta' Journeyman. Kumplimentari mal-kors qiegħed isir l-eżami tas-City and Guilds Awards u Construction li fih module tat-Timber Vocations. L-MCAST qed jaħseb li fil-futur nagħmlu d-Diplama Course.
Leg 9 PQ #30986 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Librara — Ilment

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment ta' tant librara u cioe li dawn ilhom ix-xhur ma jitħallsu għax-xogħol li jirrendu kuntrarjament għal-librara oħra li huma wkoll għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Librara fil-Fergħat tal-Librerija li ma jaħdmux mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni irċrvew il-ħlas kollu tagħhom sa Novembru 2001. Il-ħlas dovut għal Diċembru 2001 diġa` ġie sottomess it-Teżor u dalwaqt joħroġ il-pagament tiegħu ukoll. It-talba għal pagament tal-Librar kemm jekk huwa mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kif ukoll il-Librara l-oħra fil-Fergħat, issir wara li jispiċċa x-xahar u jintbagħat ir-return ta' l-attendenza mil-Librar innifsu.
Leg 9 PQ #30562 Sitting 679 2002-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Karozzi — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga rapporti li l-karozza pirvata li tieħu l-istudenti bniet mill-Belt għall-iskola Maria Assunta tal-Ħamrun qed jiġu offruti sigaretti mis-sewwieq, qed ikun hemm imġieba mhux xierqa minnu ma' l-istudenti u l-karozza tkun iffullata bi studenti żejda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Maria Assunta hemm 89 student mill-Belt. Hemm żewġ karrozzi għad-dispożizzjoni ta' dawn l-istudenti. Xi studenti għamlu rapport lill-amministrazzjoni ta' l-iskola, li studenti oħra huma responsabbli għal din l-imġieba. L-Amministrazzjoni ta' l-iskola widdbet lil dawn l-istudenti u esiġiet imġieba korretta.
Leg 9 PQ #30568 Sitting 679 2002-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-websites li għandhom aċċess għalihom l-iskejjel tagħna, liema ġurnali, stazzjonijiet lokali tat-tv u r-radju jistgħu jidħlu fihom l-istudenti tagħna mill-klassijiet tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-bidu ta' din is-sena l-istudenti fl-iskejjel ta' l-Istat għandhom aċċess għas-siti ta' l-Internet eżistenti tal-ġurnali, stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni lokali.
Leg 9 PQ #30587 Sitting 679 2002-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MITTS — Logged Calls

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 30421?

Response (GALEA, LOUIS)

F'każ li hemm xi skola partikolari li dwarha l-Onor. Membru jixtieq it-tagħrif konċernat, nitlob li tiġi speċifikata l-iskola. Ma nifhimx ir-raġuni għaliex jeħtieġ tinġabar l-informazzjoni skola skola.
Leg 9 PQ #30589 Sitting 679 2002-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-istitut tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST li dan ix-xahar m'humiex se jieħdu l-għotja (maintenance grant)? X'inhuma r-raġunijiet? Meta se jingħataw is-somma dovuti lilhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm seba' studenti li ma rċevewx il-Maintenance Grant għaliex l-informazzjoni dwarhom ma kinetx kompluta. Informat ukoll li kien hemm seba' studenti tal-kors tal-Ġojjelerija u tlettax-il student tad-Disinn Industrijali li qegħdin fl-aħħar sena tal-kors li ma rċevewx il-manteniment. Dawn l-istudenti għandhom kundizzjonijiet differenti mill-oħrajn u għalhekk ried jiġi ċċarat għandhomx id-dritt għal dan il-Manteniment. Huwa mistenni li dawn l-istudenti kollha jirċievu l-manteniment dovut lilhom fix-xahar ta' Jannar 2002.