Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li kellha tiġbor l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu f’liċenzji u kontribuzzjonijiet fl-aħħar ta’ Marzu 2015 imqabbel mal-aħħar ta’ Marzu 2014 u l-aħħar ta’ Marzu 2013?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-azzjonijiet ta’ infurzar li ttieħdu mill-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu fl-2014? X’kienu dawn l-azzjonijiet? Kemm inġabru multi u kemm hemm pendenti? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-2012 u l-2013?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MTA – Dipartiment tal-Liċenzji – organisation chart
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-organisation chart tad-Dipartiment tal-Liċenzji fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu, bl-ismijiet tal-persuni li jokkupaw il-karigi rispettivi kif inhu fil-ġurnata li qed issir din il-mistoqsija? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni dwar x’kienet il-pożizzjoni fl-aħħar tal-2014, fl-aħħar tal-2013 u fl-aħħar tal-2012?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ta’ ristrutturar ser jittieħdu matul din is-sena fl-Airmalta u kif dawn ser jimpattaw fuq il-ħaddiema?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miżuri ta’ ristrutturar li qiegħdin jittieħdu mill-Air Malta huma ntiżi proprju sabiex il-linja tal-ajru tilħaq il-miri stabbilti tagħha u b’hekk jiġu salvagwardjati l-impjiegi tal-ħaddiema. Għaldaqstant, suċċess mir-ristrutturar ikun ifisser impatt pożittiv fuq il-ħaddiema.
Rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu matul din is-sena, nagħmel referenza għar-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlmentari 14613, illi fiha ġew imsemmijin il-punti saljenti tal-oqsma li fihom qed isir ristrutturar, hekk kif miftiehem mal-Kummissjoni Ewropeja.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jikkunsidra li jipprivatizza, parti jew kollha, lill-Airmalta u jekk iva, x’tip ta’ investitur qed ifittex għal dan il-għan? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm diskussjonijiet f’dan is-sens fl-aħħar 14-il xahar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa kommess li l-pajjiż ikollu linja tal-ajru b'saħħitha u kummerċjalment vijabbli. Illum, l-Air Malta waslet fl-aħħar sena tar-Restructuring Plan u l-management tal-Air Malta u l-Gvern, bħala shareholder, huma kommessi li l-linja tal-ajru ssir kummerċjalment vijabbli sal-2016.
Però, m’huwiex biżżejjed illi wieħed jiffoka biss fuq it-tmiem tar-Restructuring Plan, jiġifieri Marzu 2016, imma bħala pajji¿ irridu nħarsu lil hinn minn dik id-data u jrid ikollna pjan long-term għall-qasam tant importanti għal pajjiżna.
Dan il-Gvern hu kommess sabiex iwettaq il-wegħda fil-Manifest Elettorali tal-2013 fejn sħaqna illi “nagħtu valur ewlieni lill-importanza strateġika tal-Air Malta billi tibqa’ l-linja tal-ajru nazzjonali u parti integrali mill-istrateġija turistika ta’ pajjiżna. Għalhekk, naħdmu biex naraw li l-Air Malta tissaħħaħ u tespandi f’kuntest reġjonali”.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew appuntati persuni fuq bażi ta’ position of trust fil-Ministeru u fl-entitatjiet kollha li jaqgħu taħtu, fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013 u 2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 14946 datata 11 ta’ Marzu 2015 u 15369 1 t’April 2015.
Ministeru għat-Turiżmu – servizz ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jużawx is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li jsiru? Jista’ jgħid kemm-il darba ntużaw dawn is-servizzi tal-interpreti f’attivitajiet organizzati mill-Ministeru jew mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu fis-snin 2013 u 2014 rispettivament? Jista’ jgħid x’kienu dawn l-attivitajiet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fis-snin 2013 u 2014, ma ntużawx servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li saru mill-Ministeru għat-Turiżmu u d-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu.
Tali servizzi jingħataw meta jkun meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jagħlqu l-leases tal-ajruplani fil-flotta preżenti tal-Airmalta u jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-kumpanija f’dan ir-rigward?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-kirjiet tal-ajruplani ma jagħlqux kollha fl-istess żmien u dawn jibdew jiskadu b’mod gradwali minn Jannar tal-2016 sa Marzu tal-2019. Il-kumpanija għandha l-ħsieb illi għaż-żmien li ġej tibqa’ tuża l-faċilità tal-leasing għall-flotta tagħha u attwalment għaddejja b’diskussjonijiet dwar liema tip ta’ ajruplani ser ikunu meħtieġa għall-Air Malta fis-snin li ġejjin. Dan abbażi ta’ studji fuq ir-rotot u l-pjan kummerċjali tal-kumpannija li qiegħed f’fażi ta’ diskussjoni.
B’referenza għall-mistoqisja parlamentari 7784, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-Kumitat Nazzjonali għaż-Żoni Turistiċi ltaqax mal-istakeholders f’Wied il-Għajn? Jekk iva, meta? Ġie mfassal pjan ta’ azzjonijiet li se jittieħdu għall-istess lokalità fis-settur turistiku?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kumitat Nazzjonali għaż-Żoni Turistiċi, fejn hemm rappreżentanza minn Wied il-Għajn, iltaqa’ regolarment fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet kwart tas-sena 2014.
Flimkien mal-Ministeru tal-Infrastruttura, dan il-Kumitat wettaq programm ta` tindif u manutenzjoni fuq il-promenade ta` Wied il-Għajn li kien ilu jinħass il-bżonn għalih iż-żmien.
Hemm ukoll il-ħsieb li, b`kollabarazzjoni mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, tiġi mmaniġġjata l-Bajja tal-Fajtata f`Wied il-Għajn minn dan is-sajf li ġej.
Ta’ min ifakkar illi kien dan il-Gvern illi saħaq fuq l-importanza ta’ din il-lokalità u li kkunsidra lil Wied il-Għajn bħala parti miż-żona turistika fin-naħa t’isfel tal-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba sarx progress rigward il-bini mill-ġdid f’Hotel mis-sit tal-Jerma Palace Hotel f’Wied il-Għajn? Jista’ jindika jekk kemm-il darba ġie konsultat l-Ministeru tiegħu fuq dan?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ma ġietx reċentement ikkonsultata dwar il-kwistjoni. Il-Ministru jissottolinea l-fatt li din hija propjeta’ privata li kienet għalqet bħala lukanda taħt amministrazzjoni preċedenti.
Ministeru għat-Turiżmu — ingaġġ ta' impjegati mill-Air Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-1 ta' Jannar 2015 sal-lum ġewx impjegati persuni fis-segretarjat, f'xi dipartiment jew fi kwalunkwe entità pubblika li taqa' taħt ir-responsabilità tiegħu/tagħha li kienu bbenefikaw minn xi skema għall-irtirar kmieni mix-xogħol imnedija mill-Air Malta? Jekk iva, jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' dawn il-persuni u fejn qed jaħdmu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-lum, ma ġiet impjegata l-ebda persuna fis-segretarjat, f'xi dipartiment jew fi kwalunkwe entità pubblika li taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għat-Turiżmu, li kienet preċedentement ibbenefikat minn xi skema għall-irtirar kmieni imnedija mill-Air Malta taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-proposti ġodda li ntbagħtu lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dak li jikkonċerna l-iżvilupp tas-sit okkupat mis-Selmun Palace Hotel? Jekk għadhom ma ntbagħtux proposti, liema proposti huma mistennija li jintbagħtu mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu biex ikun hemm tibdil fl-iskema ta' dan is-sit?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi qabel ma ħarġet il-proposta għal development brief mill-MEPA, f’dak l-istadju kien hemm koordinament fost entitajiet varji tal-Gvern ħalli jiġu rispettati r- regoli ambjentali, il-wirt storiku u fl-istess nifs nimmasimiżżaw il-valur ta’ Selmun għal skopijiet turistiċi.
Ċertament illi f’dan l-istadju hemm konsultazzjoni pubblika li wieħed irid jistenna l-eżitu tagħha.
San Pawl il-Baħar – Torri ta’ Wignacourt — restawr
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-bankijiet li kien hemm ħdejn it-Torri ta’ Wignacourt, San Pawl il-Baħar, li tneħħew biex ikun jista’ jsir ir-restawr tal-istess Torri, hux se jerġgħu jitqiegħdu fl-istess post li kienu jew li jitqiegħdu bankijiet ġodda fl-istess post? Jekk iva, meta hu mistenni li jsir ix-xogħol marbut mat-tqegħid ta’ dawn il-bankijiet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, waqt ix-xogħol tar-restawr tat-Torri Wignacourt, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ressqet erba’ bankijiet biex ma ssirilhomx ħsara. Madanakollu, il-bankijiet reġgħu tqiegħdu posthom, b’mod immedjat, hekk kif ġie fi tmiemu r-restawr tat-torri.
Air Malta — piloti li temmew l-impjieg tagħhom minħabba impediment fiżiku jew mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar għaxar snin (2005-2015) kienx hemm piloti li jaħdmu mal-Air Malta li temmew jew intemmilhom l-impjieg tagħhom minħabba li ma setgħux ikomplu jaħdmu kawża ta' impediment fiżiku jew mentali? Jekk fl-affermattiv, kemm kien dan in-numru sena b'sena fl-istess perjodu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-aħħar għaxar snin (2005-2015), l-Air Malta kellha biss każ wieħed ta’ pilota illi l-impjieg tiegħu ġie mitmum minħabba li ma setax ikompli jaħdem kawża ta’ impediment fiżiku. Dan il-każ uniku seħħ fis-sena 2011.
MTA — mobile kiosks u kiri ta' umbrellel fil-bajja tal-Blue Lagoon f'Kemmuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet daħlet introjtu l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2010. 2011 u 2012 rispettivament meta din ħarġet sejħa għall-użu esklussiv ta' tqegħid ta' mobile kiosks u kiri ta' umbrellel fil-bajja tal-Blue Lagoon f'Kemmuna?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed nippreżenta, fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li tindika l-introjtu li kellha l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu minn tenders li nħarġu fl-2010, 2011 u 2012 fuq żewġ siti fi Blue Lagoon għal kiri ta’ deckchairs u umbrelel. Ta’ min jgħid illi din il-kontribuzzjoni ġiet użata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu sabiex jingħata servizz ta’ lifeguards f’Kemmuna stess.
Fir-rigward ta’
mobile kiosks,
dawn għandhom liċenzji mingħand id-Dipartiment tal-Kummerċ u mhux mingħand l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma x-xogħlijiet li qed iwettaq il-Ministeru, permezz tal-Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta jew permezz ta' xi entità oħra li taqa' taħt l-istess Ministeru, fl-inħawi li jaqgħu taħt il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar? Meta hu mistenni li jinbeda xi xogħol ġdid mill-istess Ministeru fl-istess inħawi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għadha kif inawgurat ix-xogħol ta’ restawr fuq it-Torri Wignacout kif ukoll fuq il-‘WW11 beachpost’ ġewwa San Pawl il-Baħar, liema proġett kien ko-finanzjat mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropeja b’investiment ta’ €110,000.
Flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu, l-istess Awtorità kienet qed taħdem mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar sabiex jittejjeb il-prodott turistiku ta’ din iż-żona. M’għandix dubju li l-Kunsill Lokali l-ġdid ta’ San Pawl il-Baħar iżomm din l-istess sinerġija sabiex iż-żona tibqa’ tibbenefika mill-ġid ekonomiku li qed joħloq dan il-Gvern.
Dan jinkludu diversi proġetti fosthom tibdil ta’ bankijiet fil-
promenade
ta’ San Pawl il-Baħar u ftuħ ta’
Tourist Information Office.
B’investiment ta’ €150,000 mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ser isiru estensjoni u tisbiħ tal-
promenade,
tisbiħ tal-
belvedere
ġewwa San Publiju, passaġġ li qiegħed viċin il-Menqa ta’ San Pawl il-Baħar u l-
belvedere
ta’ Triq il-Luzzu. Il-proġetti msemmija qed jiġu implementati mill-Kunsill Lokali.
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, flimkien mal-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura, u l-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi
wittew programm ta’ manutenzjoni li jikkonsisti
fi
blasting, galvanising,
żebgħa u tiswija fuq
railings
u arbli
tad-dawl dekorattiv tul il-
promenade
kollu mix-Xemxija sal-Qawra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm sewa l-kunċert tal-MTV imtella’ mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, kull sena minn kemm ilu jsir dan il-kunċert f’pajjiżna?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed nippreżenta rendikont tan-nefqa totali biex jittella l-Kunċert Isle of MTV sena b’sena, mill-2007 sal-2014 fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tajjeb wieħed jirrimarka li bil-kuntratt li sibna f’Marzu tal-2013 u li kien iffirmat f’Novembru tal-2012 mill-Ex Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Turiżmu s-Sur Peter Portelli, kieku ma ġiex rinegozjat mal-organizaturi s-somma tal-ħlas kienet se tibqa togħla kull sena. Bir-reviżjoni tal-kuntratt iffirmat minn dan il-Gvern, l-Gvern preżenti ser ikun franka mhux anqas minn €200,000 fuq medda ta’ tliet snin. Mhux biss, iżda tajjeb ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-somma totali tinkludi kampanja fuq is-Social Media, sabiex inkunu nistgħu nippromovu l-kunċert u nilħqu aktar swieq internazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qatt sarx studju u/jew analiżi dwar il-benefiċċji li pajji¿na jieħu mill-organizzazzjoni tal-kunċert tal-MTV f’pajjiżna u jekk iva, jista’ jpoġġi dawn l-istudji/analizi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm ilu jittella’ l-kunċert tal-Isle of MTV, qatt ma kien sar studju u/jew analiżi dwar il-benefiċċji li jħalli dan l-avveniment għal pajjiżna. Wara l-kunċert tas-sena l-oħra, li kien l-ewwel wieħed minn meta ġejt fdat bit-tmexxija ta’ dan il-Ministeru, tajt struzzjonijiet sabiex mill-edizzjoni li kien imiss, jiġifieri ta’ din is-sena 2015, jibda jsir studju/analiżi fuq il-kunċert. It-tim tar-riċerka fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu beda jikkrea parametri li bihom jkunu jistgħu jiġu stabbiliti diversi aspetti dwar dan l-avvenimenti. Bir-riżultati ta’ dan l-istudju u analiżi ser ikollna informazzjoni vitali għall-istrateġija tal-marketing għas-swieq li jattiraw il-ġenerazzjoni żgħażugħa.
Mhux talli kellu jkun dan il-Gvern biex jagħmel dan it-tip ta’ studju, imma wkoll dan il-Gvern kellu jkun strumentali sabiex innegozzja kuntratt ġdid li wassal biex saħansitra ġew frankati għexieren t’eluf t’Ewro.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu din is-sena biex fl-organizzazzjoni tal-kunċert tal-MTV fil-Furjana, jittaffa l-inkonvenjent lir-residenti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu taħdem qatiegħ mal-Kunsill Lokali tal-Furjana, sabiex tiżgura li residenti fiż-żoni li jistgħu jkun affetwati b’inkonvenjent minħabba dan il-kunċert jiġu mismugħa u li tittieħed azzjoni mmedjata fuqhom. Bħal kull sena, t-tim organizzattiv taħt it-tmexxija tal-Awtorità jagħmel sensiela ta’ laqgħat flimkien mal-istess Kunsill, fejn kemm jista jkun jiġu antiċipati problemi ta’ nkonvenjent.
L-Awtorità tieħu l-inkarigu f’idejha b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrasttura, għat-tindif fiz-zoni kollha li jiġu effetwati minħabba l-Kunċert. Fil-fatt l-operazzjoni tat-tindif tibda minnufih malli jintemm il-Kunċert, bl-isforzi kollha biex sas-sebħ tal-għada fil-għodu r-residenti jisbħu f’żoni nodfa u kollox jerġa' lura għan-normal. Tajjeb ngħidu wkoll li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu taħdem id f’id mal-forzi tal-ordni u sigurta, biex jkun żgur li regolamenti u l-liġijiet jiġu osservati, fir-rigward tal-ħinijiet għal provi tas-
sound
u anke tal-kunċert innifsu.