Jista’ l-Ministru jikkwantifika l-ammont ta’ skart miġbur mill-Ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif matul is-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 sad-data ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskart miġbur mill-Ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif sar kif ġej:
Sena
Tunnellata
2012
10319.94
2013
9674.90
2014
14674.75
2015 (sal-aħħar ta’ Settembru)
9767.17
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-Kunsilli Lokali li kienet tingħatalhom għajnuna fir-rigward ta’ indafa matul is-snin 2009-2012 partikolarment fix-xhur tas-sajf? Paragun mal-għajnuna li qed jingħataw illum dawn l-istess lokalitajiet, jista’ l-Ministru jikkwantifika n-nefqa li saret f’dawn is-snin imsemmija ma’ dak li qed jingħataw illum?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin 2009-2012 il-lokalitajiet li kienu jibbenefikaw minn xi tip ta’ għajnuna fit-tindif matul ix-xhur tas-Sajf huma kif ġej:
Sena
Lokalita’
Spiża
2009
San Ġiljan / Paceville
€ 30,500
Sliema
€ 20,500
2010
San Ġiljan / Paceville
€ 41,500
Sliema
€ 25,000
2011
San Ġiljan / Paceville
€ 44,900
Sliema
€ 7,640.30
San Pawl il-Baħar
€ 8,350
2012
San Ġiljan / Paceville
€ 10,000
Sliema
€ 16,800
San Pawl il-Baħar
€ 11,100
Sena
Lokalita’
Spiża
2015
San Ġiljan / Paceville
€ 248,712.99
Sliema
€ 212,303.05
San Pawl il-Baħar
€ 173,668.83
Barrakka ta’ Fuq – public convenience – manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jara li ssir manutenzjoni tal-‘public convenience’ li hemm fil-Barrakka ta’ Fuq minħabba l-ammont ta’ nies li jżuruhom kuljum, speċjalment turisti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena (2015) sar xogħol ta’ ‘refurbishment’ fil-latrina pubblika msemmija.
Wara sejħa pubblika għall-offerti l-imsemmija latrina pubblika ġiet rinovata mill-ġdid. Inbidlu s-servizzi tal-ilma, dawl u sar disinn mill-ġdid b’faċilitajiet sanitarji ta’ l-aqwa livell. Din ġiet tiswa lill-Ministeru s-somma ta’ €60,000.
Rotta tal-linja miċ-Ċirkewwa sal-MCAST f’Raħal il-Ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx ikkunsidrata rotta tal-linja li tkun express miċ-Ċirkewwa lejn l-MCAST f’Raħal il-Ġdid u dan peress li matul is-snin komplew jiżdiedu l-istudenti Għawdxin li qed jattendu korsijiet f’dan il-Kulleġġ? Jaf il-Ministru li biex dawn il-mijiet ta’ studenti jaslu fil-Kulleġġ fejn jattendu qed jieħdu aktar minn sagħtejn kuljum u l-istess ħin lura peress li jridu jibdlu l-karozza tal-linja? Jista’ jara li jekk ma tistax issir karozza apposta tkun l-X1 li tkompli sejra mill-Università/Sptar sal-MCAST f’Raħal il-Ġdid?
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun ippublikat il-pjan għall-immaniġġar tat-traffiku fil-Belt li qiegħed jiġi mfassal minn Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan għall-immaniġġar tat-traffiku għall-Belt Valletta jifforma parti mill-pjan ħolistiku għall-immaniġġar tat-traffiku fil-polza l-ġdida tal-parkeġġ fit-toroq, li għad trid tiġi ppublikata.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta l-lift li jieħdok mil-livell tad-daħla tal-Belt Valletta sal-livell tal-Bank Ċentrali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li fadal xi xogħolijiet ta’ ħadid li qed isir bħalissa u meta dan jitlesta jkun jonqos isir xogħol ieħor ta’ dwal, ġebla u ittestjar. Hu maħsub li dan il-lift ikun qed jopera sa l-aħħar ta’ Novembru.
Jista’ l-Ministru jagħti l-isem eżatt tal-entità jew entitajiet li magħhom iffirma l-kuntratt jew kuntratti għall-provvista tas-servizz tat-trasport pubbliku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt għall-provvista tas-servizz tat-trasport pubbliku ġie iffirmat bejn l-Awtortita’ għat-Trasport f’Malta, il-Malta Public Transport Services (Operations) Limited u Autobuses de Leòn S.L.
Jista’ l-Ministru jagħti garanzija li kull min applika għall-tallinja card waslitlu u jista’ jużaha? Jista’ jagħti garanzija li n-nies li qegħdin jużaw it-tallinja card mhumiex se jkollhom iżjed diffikultajiet biex jużaw il-card u b’mod speċjali jagħti garanzija li t-topping qed isir b’mod korrett u ċjoè li l-ammont kollu li huma qegħdin ipoġġu fuq il-tallinja card qed jiġi reġistrat u li meta jħallsu biha mhux qed jinqatgħalhom ammont aktar milli suppost?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi minn meta issir r-reġistrazzjoni għal tal-linja card sakemm dawn jiġu stampati u jintbagħtu bil-posta hemm perjodu ta’ ħmistax-il ġurnata.
Infurmat ukoll li dan il-lead time qiegħed jinżamm u fil-preżent m’hemmx backlog ta’ cards li għadhom ma’ ħarġux. Għalkemm huwa minnu li numru żgħir ta’ persuni għadhom ma’ rċevewx il-card tagħhhom, dan jista’ jkun għal diversi raġunijiet fosthom illi jkun hemm xi informazzjoni mhux korretta fl-indirizz meta ssir l-applikazzjoni. Meta l-operatur tat-trasport pubbliku jiġi nfurmat b’każi bħal dawn jerġa’ joħroġ card ġdida lill-passiġġier.
Wieħed irid jirrimarka illi is-sistema tal-cards hija kumplessa u tiddependi minn numru ta’ fatturi differenti. Bħal kull sistema oħra simili, jista’ jkun hemm xi każijiet fejn il-card ma’ tiffunzjonax kif suppost bħal per eżempju l-card ma tiġix ittoppjata b’mod korrett jew inkella il-passiġġier ma’ jinqatalux l-ammont korret tan-noll li suppost iħallas. Fejn l-operatur tat-trasport pubbliku jiġi a’ konoxxenza ta’ każi bħal dawn jieħu il-passi kollha meħtieġa sabiex jirranġa dawn l-inkorrettezzi. Ta’ min wieħed jenfasizza illi dawn mhumiex każijiet illi jiġru ta’ spiss.
Ta’ min wieħed jgħid li sa tlett xhur ilu, 95% tal-passiġieri kienu jixtru l-biljett tagħhom direttament mingħand ix-xufier. Illum , 75% tal-passiġieri qed jużaw tallinja card. Ta’ min jgħid ukoll, li mill-1 ta’ Lulju ta’ din is-sena sal-lum, nofs il-popolazzjoni ta’ Malta għandu tallinja card personalizzata, kif ukoll 60% tal-anzjani ukoll għandhom tallinja card tagħhom.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li dawk il-persuni li għadhom ma rċevewx il-card tagħhom huwa ta’200, cards li ġew ittopjati jammonta għal 165,000, cards li bbenefikaw mit-top-up campaign kienu 36,000 , filwaqt li l-medja ta’ cards li jiġu użati telgħet għal 80%.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ taħriġ qed jingħata lil dawk kollha li eventwalment jidħlu jaħdmu bħala xufiera tal-karozzi tal-linja? Jista’ jgħid kemm-il siegħa ta’training qed jingħata lil kull xufier li għadu trainee, u fiex jikkonsisti dan it-training? Jista’ jgħid jekk ix-xufiera humiex qegħdin jingħataw ongoing training jew one-off training? Jekk qed jingħata on-going training, jista’ jgħid x’inhi l-frekwenza tat-training li qed jingħata u fiex jikkonsisti dan it-training?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni provduta mill-operatur tat-trasport pubbliku, it-taħriġ li jingħata lil dawk kollha li eventwalment jidħlu jaħdmu bħala xufiera tal-karozzi tal-linja huwa s-sussegwenti:
Persuni li m’għandhomx il-liċenzja kategorija D
· 155 siegħa ta’ taħriġ inizjali li jinkludi taħriġ rigward License D u CPC (
Certificate of Professional Competence
);
· Bejn 44 u 88 siegħa ta’ taħriġ fuq ir-rotot;
· Bejn 44 u 65 siegħa ta’ taħriġ magħruf bħala
“Buddy Training”.
Persuni li għandhom il-liċenzja kategorija D
· Bejn 44 u 88 siegħa ta’ taħriġ inizjali;
· Bejn 44 u 88 siegħa ta’ taħriġ fuq ir-rotot;
· Bejn 44 u 65 siegħa ta’ taħriġ magħruf bħala
“Buddy Training”.
Wara dan it-taħriġ, isir assessment fuq ix-xufier fejn jekk ikun hemm il-ħtieġa, xufier jista’ jintbagħat għal taħriġ addizzjonali skont il-bżonn tal-persuna ikkonċernata.
Persuni illi għandhom il-liċenzja fil-kategorija D, perjodikament jattendu għal taħriġ fis-CPC filwaqt li jingħataw ukoll taħriġ prattiku li jinkludi s-saħħa u s-sigurta’ tal-passiġġieri u prevenzjoni ta’ inċidenti.
Infurmat ukoll illi dawk ix-xufiera li jkollhom numru ta’ inċidenti waqt li jkunu fuq is-servizz jingħataw taħriġ addizzjonali bbażat fuq analiżi li tkun saret mid-driving instructor fejn jindirizzaw in-nuqqasijiet li setgħu waslu għal tali inċidenti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17618 u jgħid min hi l-kumpanija li ngħatat l-istampar tal-ktieb li ntbagħat fid-djar kollha ta’ Għawdex minn Transport Malta dwar ir-rotot?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-ktieb dwar ir-rotot il-ġodda li tqassam fid-djar kollha ta’ Għawdex minn Transport Malta ġie stampat minn Velprint, wara sejħa għall-offerti
Jista’ l-Ministru jelenka kull spiża (jgħid x’kienet l-ispiża u kemm kienet) li b’xi mod hija relatata mas-servizz tat-trasport pubbliku, li tħallset minn Transport Malta bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u d-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont li tħallas minn Transport Malta bejn l-1 ta’ Jannar 2015 sal-lum, fi spejjeż relatati mas-servizz tat-trasport pubbliku, huwa hekk kif ġej:
Servizzi ta’ surveying € 40,349.39
Rilokazzjoni ta’ bus shelters € 5,428.00
Manutenzjoni ta’ bus stops € 16,408.00
Spejjeż relatati ma’ marketing u reklamar € 26,398.31
Spejjeż relatati ma’ infrastruttura fil-vened / interchanges € 25,750.00
Xogħlijiet fuq it-triq bejn ix-Xemxija u l-Mellieħa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19313, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru laqgħat mal-entitajiet differenti msemmija fit-tweġiba? Meta saru dawn l-istess laqgħat u meta mistennija li jintemmu? Meta hu mistenni li jintemm it-tfassil tax-xogħol neċessarju u meta hu mistenni li jinħarġu t-tenders għax-xogħol neċessarju u jinbeda x-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa nżammu 4 laqgħat hekk kif ġej:
- 8 ta’ Lulju
- 20 t’Awwissu
- 27 t’Awwissu
- 3 ta’ Settembru
Fadal jinżammu bosta laqgħat oħra ta’ ko-ordinazzjoni minħabba l-fatt li x-xogħlijiet huma estensivi u t-triq hija waħda problematika. Barra minn hekk, wieħed irid iżomm f’moħħu is-sensittivita’ ta’ dawn ix-xogħlijiet minħabba l-effett tal-istess xogħlijiet fuq it-traffiku kollu li jkun sejjer l’ fuq minn dawn l-inħawi. Għal dawn ir-raġunijiet, Transport Malta għadha mhiex f’pożizzjoni li tagħti dati dwar l-ħruġ ta’ tenders u bidu ta’ xogħlijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u se jsir tul din il-Leġiżlatura f’Bormla u jista’ jindika kemm kienet u kemm se tkun in-nefqa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi wettaq dawn ix-xogħlijiet;
Manifattura u twaħħil ta’ bollards fil-Mina ta’ Santa Liena.
Manifattura u twaħħil ta’ bollards fi Triq Carmelo Mifsud Bonnici.
Xogħol fuq il-pavimtar fi Triq Carmelo Mifsud Bonnici.
Xogħol fuq il-balavostri fi Pjazza Santa Margerita.
Xogħol ta’ manutenzjoni ġenerali fix-Xagħra ta’ Bormla (Ġnien Kottonera).
Tqegħid ta’ kurduna u bini ta’ ħajt fi Triq San Nikola.
Xogħol ta’ tisbiħ u tindif ta’ culverts fi Triq l-Immakulata.
Xogħol ta’ tisbiħ u pavimentar fi Triq Alessandra.
Xogħol ta’ tisbiħ fi Triq Sur San Pawl – San Ġwann T’Għuxa.
Xogħol ta’ konkos fuq passaġġ fi Triq Bieb Bormla.
Bini ta’ culvert għall-ilma f’St Nicholas Married Quarters.
Tiswija tal-bankina fi Triq il-Gendus.
Qlugħ u tqegħid mill-ġdid ta’ taraġ tal-qawwi fi Sqaq Santa Tereża.
Xogħol ta’ pavimentar (konkos) fi Triq ir-Regatta.
Bini ta’ culvert għall-ilma tax-xita fi Triq Felix.
Xogħol ta’ tiswija fil-Ġibjun ta’ Santa Liena.
Xogħol ta’ tisbiħ fi Triq Tlett Ibliet.
Bini ta’ Taraġ f’Mill Street.
Xogħlijiet fuq is-soqfa tal-Knisja Parrokkjali.
Bini ta’ rampa fi Triq Santa Tereża.
Xogħol ta’ tikħil u tibjid f’Hubbard Flats.
Xogħol ta’ kisi fi Triq Wiġi Rosato.
Xogħol estensiv strutturali u finishes f’Dar Bina fi Triq Nelson.
Tiswija fil-latrina fi Triq San Franġisk.
Xogħol ta’ pavimentar fi Triq Matty Grima, Triq Guliermu u Triq Dwardu.
Xogħol ta’ tisbiħ u pavimentar fi Triq Rikkardu Taylor.
Xogħol fil-Klabb tal-Cospicua Rangers u fil-ġnien pubbliku fi Triq San Ġwann.
Xogħol fuq id-‘dunes’ u xogħol ta’ tisbiħ fix-Xatt ta’ Bormla (Baċir Nru 1).
Xogħol fuq id-‘dockhead’ tal Baċir Nru 1 li kien jinkludi tindif, bini mill-ġdid kif ukoll restawr.
Tqegħid ta’ funtana tal-ilma baħar fil- Baċir Nru 1.
Xogħol relatat mal-proġett tal-ERDF fil- Baċir Nru 1.
Xogħol ta’ bdil ta’ balavostri u restawr fit-taraħ li hemm ħdejn il-monument tal-gwerra.
Xogħol ta’ restawr tal-faċċati u l-kampnar tal-Knisja ta’ Santa Tereża. (xogħol kważi lest)
L-ispiża ta’ dawn ix-xogħlijiet kienet ta’€7,206,252.
Xogħol li huwa maħsub li ser isir mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet:
Xogħol fuq il-Gate House fil- Baċir Nru 1.
Xogħol ta’ tisbiħ fuq il-faċċata tal-Każin tal- Banda San Ġorġ.
Huwa maħsub li l-ispiża fuq dawn ix-xogħlijiet titla’ għal madwar €462,000.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u se jsir tul din il-Leġiżlatura fiż-Żejtun? Jista’ jindika kemm kienet u kemm se tkun in-nefqa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi wettaq dawn ix-xogħlijiet;
Patching fi Triq iż-Żejtun – Bulebel, Sqaq f’Daħlet San Tumas, Żejtun Road, Triq ix-Xerriek u Tarxien Road.
Bini ta’ ħajt fi Vjal 25 ta’ Novembru.
L-ispiża ta’ dawn ix-xogħlijiet kienet ta’ €22,475.
Hemm il-ħsieb li jsir aktar xogħol ta’ patching, sew bl-użu ta’ cold asphalt kif ukoll bl-użu tat-tarmak. Dan ix-xogħol isir b’ko-ordinament mal-Kunsill Lokali.
Hemm ippjanat li jsir xogħol ta’ tisbiħ fuq iz-zuntier ta’ isfel tal-Knisja Parrokkjali f’Misraħ ir-Repubblika.
Għadu ma ġiex stabbilit kemm ser jiswew dawn ix-xogħlijiet.
Matul din il-leġislatura, fiż-Żejtun, saru ukoll dawn ix-xogħlijiet minn Transport Malta hekk kif ġej:
Sena Triq Valur
2015 Triq il-Palazzi Approx. €61,000
2015 Triq Wied il-Għajn / Triq l-Iskarpell €22,183 (EU funded/rural roads)
2015 Sqaq No 3, Triq Ħaż Żabbar Contract Value € 53,384
2015 Triq ir-Ramla (Sqaq Brieqex) Contract Value € 23,562
2014 Misraħ Pizzuta Approx. € 7,349
2014 Triq is-Sagħtar/Triq Żagħrun Approx. € 36,847
2013 Triq Tagħlim k/m Misraħ Karmenu Approx. € 137,769
2013 Triq Strejnu, Sqaq Numru 2 Approx. € 25,593
2013 Triq Anton Buttigieg Approx. € 68,000
Rigward xogħlijiet li għad irid isiru minn Transport Malta , dawn jiddependu minn fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akkwist tas-servizzi tal-kuntratturi.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Safar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu safar fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jgħid fejn siefer (belt u pajjiż) u x’kienet ir-raġuni għal kull safra? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh f’kull safra? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoggi fuq l-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. F’dan is-safar ufficjali kont akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti, minn ufficjali mill-entitajiet li jaqgħu taht id-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u minn uffiċjali fis-Segretarjat Privat tiegħi.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – entitajiet — safar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’safar sar minn uffiċjali mi-Ministeru, mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jgħid fejn sar is-safar (belt u pajjiż) u x’kienet ir-raġuni għal kull safra? Jista’ jgħid min mar għal kull safra? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba rigward safar minn uffiċjali tal-Ministeru qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jara li jitnaddaf Wied Għammieq peress li jinsab mitluq (ritratti qed jintbagħtu separatament)?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li regolarment isir tindif taż-żona imsemmija, pero’ sfortunatament għad hawn min għadu jabbuża minn rimi llegali ta’ skart. Dan it-tindif isir minn ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif. Tajjeb wieħed jinnota li fiż-żona imsemmija twaħħlet camera tas-sigurta’ li b’effett tagħha tnaqqas drastikament l-ammont ta’ skart mormi fiż-żona.
Jista’ l-Ministru jara li titnaddaf it-triq li mir-Rinella Gun Battery roundabout twassal għall-Wied Għammieq (ir-ritratti qed jintbagħtu separatament) peress li din titqies bħala żona turistika u għalhekk għandha titnaddaf?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li għaddew sar eżerċizzju sabiex jitnaddaf l-ammont ta’ skart mormi illegalment wara ċ-ċnut ta’ din it-triq. Tneħħew madwar 20 tunellata ta’ skart minn wara dawn iċ-ċnut.
Jista’ l-Ministru jara li jsir tindif ħdejn is-siti storiċi ftit ‘l barra minn Fort Ricasoli (ritratti qed jintbagħtu separatament)?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tindif sar fil-ġimgħat li għaddew. Għad baqa xi materjal tal-kostruzzjoni li għad irid jitneħħa meta jkun hemm l-makkinarju disponibbli.