Jista' l-Ministru jgħid meta, tul l-aħħar għaxar snin, kien hemm żidiet fil-ħlasijiet tad-drivers' licence?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-unika żieda li kien hemm fil-ħlas tal-liċenzja tas-sewqan driving lisence kienet fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista meta permezz ta' Avviż Legali Nru. 240/97, li kien ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern Nru. 16555 ta' 30 ta' Diċembru 1997, il-ħlas żdied minn Lm1.20 fis-sena għal Lm2 fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li Triq Hurd's Bank, M'Scala tingħata t-tarmac minħabba l-istat diżastruż u perikoluż, speċjalment meta tagħmel ix-xita, li tinsab fih din it-triq.
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ġie miftiehem programm għal asfaltar ta' toroq f'Marsascala mal-Kunsill Lokali. Bħalissa qed isiru l-preparamenti biex joħorġu t-tenders għall-ewwel għaxar toroq f'dan il-lokal skond dan il-programm.
L-asfaltar ta' Triq Hurd's Bank fil-preżent qiegħda fit-tieni fażi ta' dan il-programm.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li r-road department ta' l-inqas iwitti Triq l-Ispnar, Mqabba għax hi fi stat ħażin ferm u hi ferm abitata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jidher illi għad hemm ħafna żvilupp li għadu qed isir f`din it-triq u għalhekk ma jistax isir xogħol fiha mid-Dipartiment bħalissa.
Madankollu l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed tiġi nfurmata bil-problemi li dan l-iżvilupp qed joħloq għal min diġa joqgħod fit-triq u qed tintalab tagħmel l-enforcement neċessarju biex ix-xogħol isir skond il-kundizzjonijiet tal-permessi mogħtija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-trejqa li tagħti min Guże Bajada Street, Ħamrun għal Qormi Road, Ħamrun (xi 50 metru) hijiex ser tiġi asfaltata mal-bqija tal-proġett f'Tar-Rabbat, il-Ħamrun, peress li din it-trejqa tintuża ħafna minn pedestrians huma u sejrin lejn il-knisja ta' Maria Reġina l-Marsa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-trejqa li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija passaġġ antik fl-għelieqi li llum spiċċa minn l-ischeme bl-iżvilupp. Madankollu, id-Dipartiment tat-Toroq ser jinvestiga jekk dan il-passaġġ huwiex pubbliku u kemm jintuża biex ikun jista' jiġi deċiż jekk għandux jiġi nkorporat fl-ischeme u hekk jiġi asfaltat.
Jista' l-Ministru jispjega d-dewmien fl-ipproċessar ta' applikazzjoni għal transfer tan-numru indikat taħt separate cover? Jaf li m'hemmx kontijiet pendenti fuq dan in-numru iżda minkejja dan it-transfer xorta baqgħet ma saritx?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li kienu għamlu l-esperti Ġermaniżi dwar is-sitwazzjoni tat-toroq f'Malta u r-rakkommandazzjonijiet tagħhom dwar it-titjieb ta' din il-qagħda?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dawn ir-rapporti tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduti Nru. 75 u 352.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li r-Roads Department jagħmel spezzjoni fi Triq il-Dlielaq, Żabbar ħdejn ir-residenza 'Ontario Place' minħabba li qed jinġabar ħafna ilma tax-xita u qed jikkaġuna mhux biss inkonvenjent imma anki ħsara għax l-ilma qed jidħol fil-garages u r-residenzi tan-nies?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex l-ispezzjoni ssuġerita mill-Onor. Interpellant issir.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Bieb is-Sultan ġewwa Ħaż-Żabbar u Triq Patri Wistin Born f'Wied il-Għajn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li diġa hemm kuntratt biex issir Triq Bieb is-Sultan u x-xogħol inbeda. Fil-preżent qed isiru wkoll xi proċeduri għall-akwist ta' art li qegħda fit-triq u li għad mhix żviluppata biex din it-triq tkun tista' tinfetaħ il-wisgħa kollha.
Dwar Triq Patri Wistin Born f'Wied il-Għajn, din it-triq qegħda fil-lista ta' l-ewwel toroq li jridu jiġu asfaltati f'Wied il-Għajn skond il-programm ta' xogħol miftiehem bejn l-Kunsill Lokali u d-Dipartiment, u x-xogħol isir wara li tkun ippubblikta sejħa għal offerti għal dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir maintenance fuq il-pontoons għad-dilettanti tad-dgħajjes fl-Imsida?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li meta tinħass il-ħtieġa li jsir xi maintenance fuq il-pontoons għad-dilettanti tad-dgħajjes fl-Imsida, l-Awtorita' Marittima tagħmel dan kif diġa għamlet fil-passat.
Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex ikun hemm zebra crossings li jidhru u bi dwal adegwati f'St. Paul's Street qabel it-triq tal-Għargħur fin-Naxxar peress li hija traffikuża ħafna u saret perikoluża għan-nies li jużaw it-triq u jkunu qed jaqsmu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-upgrading li qed isir fl-inħawi jinkludi zebra crossings.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex mhux ikunu aċċettati flus kontanti għall-ħlas ta' liċenzji tas-sewqan iżda mbagħad jiġu aċċettati għal ħlas tal-liċenzja tal-karozza?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-formola li qed tintbagħat lil dawk li jkun imisshom jibdlu l-liċenzja tas-sewqan tagħhom qed ikunu nfurmati biex jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom flimkien mad-dokumenti l-oħra meħtieġa bil-posta. Dan qed isir biex dak li jkun ma jinħoloqlux l-inkonvenjent li jrid imur joqgħod fi queue. Kif jaf l-Onor. Interpellant, huwa llegali li tibgħat flus bil-posta, u għalhekk dawn l-individwi qed jintalbu jibagħtu cheque jew money order.
Min imbagħad ma jridx li jinqeda bil-posta u jippreferi li jiġi d-Dipartiment, ipprovdejna kaxxa apposta fejn wieħed jista' jitfa' l-applikazzjoni tiegħu.
L-istess isir fil-każ tal-liċenzji tal-karozzi.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser isir il-first phase ta' Triq Alessander u Triq Dliela Żabbar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ngħata kuntratt mid-Dipartiment tat-toroq biex isir xogħol fi Triq il-Papa Alessandru. Triq id-Dliela għad qed isir żvilupp fiha u għalhekk ma tistax tiġi asfaltata għalissa.
B'riferenza għat-tweġiba parlamentari nru. 22913, peress li l-Ministru qal li l-ftit xogħol li għad fadal isir fuq it-triq imsemmija "mistenni jinbeda f'dawn il-ġranet", jista'jgħid għalfejn dan ix-xogħol għadu ma nbediex b'detriment għar-residenti li bil-kemm jistgħu jidħlu fid-djar tagħhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qed isiru preparamenti biex ix-xogħol li jrid isir jibda. Kullħadd jifhem li l-kuntratturi ma jkunux f'pożizzjoni li jitilqu u jiġu lura f'ħakka ta' għajn, b'mod speċjali wara li f' dawn il-ġranet għamlet ix-xita li kellna.
Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm fl-aħħar ħames xhur dwar il-każ li beda jinvestiga d-Dipartiment tat-Toroq wara li ttella' ħajt fi Triq il-Majjistral, Madliena?
X'passi ttieħdu jew hemm il-ħsieb li jittieħdu? Meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li wara li d-Dipartiment tat-Toroq kien qed jittratta dan il-każ, irriżulta li hemm proċeduri għaddejien fil-Qorti li jinvolvu wkoll il-Kummissarju ta' l-Artijiet.
Għalhekk issa l-każ qed jiġi ttrattat mit-taqsima propjeta tal-Gvern tal-Ministeru ta' l-Intern.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser titwaqqaf l-Awtorita' tat-Trasport? X'kundizzjonijiet ser ikollhom il-ħaddiema li ser imorru ma' din l-awtorita'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed jittieħdu l-passi neċessarji biex jinstabu l-persuni li jistgħu jkunu fuq il-Bord ta' din l-Awtorita'.
Il-kundizzjonijiet ta' l-impjieg ikunu jistgħu jiġu finaliżżati mill-istess Awtorita' tat-Trasport.
Jista' l-Ministru jara x'possibilita' hemm li Triq il-Feluka f'Marsaxlokk tingħata wiċċ peress illi tinsab fi stat ta' abbandun?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-Triq il-Feluka hija triq asfaltata li normalment isirilha manutenzjoni u resurfacing mill-Kunsill, għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.