Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23429 Sitting 495 2001-02-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bidnija — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir is-sistema ta' three phase flok dik ta' single phase li hemm fil-Bidnija? Jista' jara li x-xogħlijiet ikunu awtorizzati bla aktar telf ta' żmien peress li jirriżulta li d-dawl fl-inħawi qed jinqata' regolarment? Jekk fl-affermattiv meta? Jista' l-Ministru jinfurmani kemm-il darba kienet sospiża l-provista tad-dawl fil-Bidnija matul Diċembru u Jannar li għadda?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li skond ir-rekords tal-Korporazzjoni Enemalta darbtejn biss kien hemm qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku matul ix-xahrejn imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Dan kien fid-29 ta' Diċembru 2000 minħabba ħsara fuq is-sistema ta' vultaġġ għoli u fid-9 ta' Jannar li għadda minħabba xogħol ipprogrammat biex tissaħħaħ is-sistema ta' vultaġġ baxx. Sabiex tissaħħaħ is-sistema ta' l-elettriku hemm bżonn li jsir transformer fl-inħawi. Fil-fatt il-pjanijiet biex dan ix-xogħol isir diġa' nbdew. L-implimentazzjoni ta' dan ix-xogħol għandha ssir flimkien ma' xogħolijiet oħra.
Leg 9 PQ #23509 Sitting 495 2001-02-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund

Question

Peress li l-industrija ta' l-ikel titlef il-benefiċċju ta' l-export refund fuq il-materja prima importat mill-EU, bħala laħam aħmar, ċerejali, zokkor, ross, trab tal-ħalib, ġobon, butir, eċċ, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'impatt se jkollu fuq il-kompetizzjoni lokali t-telf ta' l-export fuq din il-materja prima mportat f'pajjiżna wara li Malta ssir membru ta' l-UE? In vista tal-fatt li l-Gvern Nazzjonalista' għadu qatt ma poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' xi impact assestment li saru fuq l-export refunds fuq il-materja prima mportata għall-industriji lokali ta' l-ikel, minerali u ħelu, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-export refund għal items importati imsemmija f'din il-mistoqsija fil-preżent

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diġa' kelli okkażjoni nsemmi meta weġibt mistoqsijiet dwar l-istess materja, il-kwistjoni kollha tal-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel impurtati ser jiddependi ħafna mir-riżultati tan-negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari dwar it-tħaddim tal-politika agrikola komuni (Common Agricultural Policy) ta' l-Unjoni fil-konfront ta' Malta bħala membru ġdid. Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li fil-preżent f'Malta qed jiġu applikati levies sostanzjali fuq l-importazzjoni ta' bosta minn dawn il-prodotti ta' l-ikel. Huwa mistenni li eventwalment dawn il-levies jispiċċaw u b'hekk ikun hemm impatt l-isfel fuq il-prezzijiet ta' dawn il-prodotti. L-export refunds jingħataw mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea direttament lill-esportaturi u għaldaqstant ma jistax jinżamm rekord ta' dawn l-export refunds min-naħa tal-pajjiżi importaturi bħalma huwa l-każ ta' Malta.
Leg 9 PQ #23535 Sitting 495 2001-02-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Possibli l-Enemalta tara li arblu tad-dawl li hemm f'nofs Sqaq San Pawl nru 1, Safi jitneħħa għaliex qed jingombra l-aċċess għall-isqaq u hu ta' periklu għax jinsab fin-nofs f'parti ta' l-isqaq li verament hi mudlama?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #23538 Sitting 495 2001-02-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjon Maltija ta' l-Iżvilupp — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ammont tħallas fuq courses tal-computers lill-istaff tal-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid ukoll min kienet il-kumpannija li pprovdiet dan is-servizz u jekk kienx hemm sejħa għall-offerti? Jekk fl-affermattiv, liema kienu dawk il-kumpanniji li tefgħu l-offerta tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar sentejn il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta ħallset is-somma ta' Lm8,601 għal korsijiet tal-kompjuter. Il-kumpaniji li pprovdew dan is-servizz kienu Executarian Limited, Integrated Business Systems Limited, M.I.T.T.S. Limited u Shireburn Co. Limited. Għal dan is-servizz, minbarra mingħand il-kumpanija msemmija, inġabru kwotazzjonijiet ukoll mingħand id-ditti Deloitte & Touche, Key Services Limited u Nucleus Limited.
Leg 9 PQ #23488 Sitting 494 2001-02-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Supplies — Collective Agreement

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 23317, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema li fl-1987 kienu mal-kumpanija sussidjarja ta' l-Airmalta - Air Supplies u li ġew trasferiti mal-Gvern u li fir-reviżjoni tas-salarji li saret skond il-collective agreement ta' l-1998 ma ħadux iż-żidiet u spiċċaw jitħallsu anqas minn ħaddiema fl-istess katergorija fi skali 18 jew 17?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant kienu ġew trasferiti kollha minn ma l-Air Supplies għal mal-Gvern sa Jannar ta' l-1992 u għaldaqstant ma jaqgħux taħt il-kundizzjonijiet tal-Ftehim Kollettiv ta' l-Air Supplies.
Leg 9 PQ #23334 Sitting 493 2001-02-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li miet ħames snin ilu u li qed insemmi ismu separatament qed jirċievi kontijiet tad-dawl u l-ilma u dan meta l-mara tiegħu ila li telqet mid-dar in kwistjoni xi 4 snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma investigat il-każ u rriżulta li fil-kont imsemmi kien hemm arretrati ta' Lm76.50. Dan l-ammont ilu pendenti minn Marzu 1994 fiż-żmien li kien sar it-trasferiment ta' dan il-kont. Għaldaqstant dawn l-arretrati issa qed jidhru fuq il-familjari tal-persuna msemmija sabiex il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta jkunu jistgħu jirkupraw l-ammont dovut lilhom.
Leg 9 PQ #23416 Sitting 493 2001-02-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa kalkulat li jkun it-telf ta' l-export refund li jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi fuq l-importazzjoni ta' prodotti tal-ikel li fihom fil-kompożizzjoni ċikkulati u ħelu liema prodotti jkunu ġejjin mill-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru? Min se jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' miljuni ta' liri fis-sena fuq l-importazzjoni kemm-il darba l-Gvern ma jinnegozjax xorta oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta numru 491 tat-Tnejn 12 ta' Frar 2001.
Leg 9 PQ #23470 Sitting 493 2001-02-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkummisjonati rapporti mad-dekasteru tiegħu marbuta mas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea minn Ottubru 1998 sallum? Jista' jgħid wkoll fuq liema suġġett kienu, min għamel dan ir-rapport u kemm tħallas ta' dan ir-rapport? Jista' ġentilment ipoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'Seduta oħra.
Leg 9 PQ #23410 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Żejt taż-Żebbuġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa l-export refund li jgawdu l-importaturi u l-industrija lokali fuq il-materja prima taż-żejt taż-żebbuġa importat f'Malta mill-pajjiżi ta' l-UE? Kemm se jkun it-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni annwali ta' din il-materja prima wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Minn se jagħmel tajjeb għat-telf ta' dawn il-miljuni ta' liri kemm-il darba l-Gvern ma jilħaq ebda ftehim oħra ma' l-UE wara li nsiru membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta numru 491 tat-Tnejn 12 ta' Frar 2001.
Leg 9 PQ #23411 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Ross

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa l-export refund li jgawdu l-importaturi u l-industrija lokali fuq il-materja prima tar-ross f'Malta mill-pajjiżi ta' l-UE? Kemm se jkun it-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni annwali ta' din il-materja prima wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Minn se jagħmel tajjeb għat-telf ta' dawn il-miljuni ta' liri kemm-il darba l-Gvern ma jilħaq ebda ftehim oħra ma' l-UE wara li nsiru membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta numru 491 tat-Tnejn 12 ta' Frar 2001.
Leg 9 PQ #23412 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Corned Beef

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa l-export refund li jgawdu l-importaturi u l-industrija lokali fuq il-materja prima tal-corned beef importat f'Malta mill-pajjiżi ta' l-UE? Kemm se jkun it-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni annwali ta' din il-materja prima wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Minn se jagħmel tajjeb għat-telf ta' dawn il-miljuni ta' liri kemm-il darba l-Gvern ma jilħaq ebda ftehim oħra ma' l-UE wara li nsiru membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta numru 491 tat-Tnejn 12 ta' Frar 2001.
Leg 9 PQ #23413 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa kalkulat li jkun it-telf ta' l-export refund li jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi fuq l-importazzjoni ta' prodotti tal-ikel li fihom fil-kompożizzjoni zokkor u trab tal-ħalib u/jew trab tal-bajd u dqiq liema prodotti jkunu ġejjin mill-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru? Min se jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' miljuni ta' liri fis-sena fuq l-importazzjoni kemm-il darba l-Gvern ma jinnegozjax xorta oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta numru 491 tat-Tnejn 12 ta' Frar 2001.
Leg 9 PQ #23414 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa kalkulat li jkun it-telf ta' l-export refund li jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi fuq l-importazzjoni ta' prodotti tal-ikel li fihom fil-kompożizzjoni ta' laħam aħmar liema prodotti jkunu ġejjin mill-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru? Minn se jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' miljuni ta' liri fis-sena fuq l-importazzjoni kemm-il darba l-Gvern ma jinnegozjax xorta oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta numru 491 tat-Tnejn 12 ta' Frar 2001.
Leg 9 PQ #23415 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa kalkulat li jkun it-telf ta' l-export refund li jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi fuq l-importazzjoni ta' prodotti tal-ikel li fihom fil-kompożizzjoni żejt taż-żebbuġa liema prodotti jkunu ġejjin mill-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru? Minn se jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' miljuni ta' liri fis-sena fuq l-importazzjoni kemm-il darba l-Gvern ma jinnegozjax xorta oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta numru 491 tat-Tnejn 12 ta' Frar 2001.
Leg 9 PQ #23484 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Maltapost tul is-sena 2000? Jista' jaqsamhom, xahar xahar?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Jannar 21 Frar u Marzu Xejn April 10 Mejju 6 Ġunju 10 u 5 studenti ħaddiema għal perjodu ta' tlitt xhur Lulju 6 u student ħaddiem għal perjodu ta' tlitt xhur Awissu 4 Settembru 4 Ottubru 1 Novembru 4 Diċembru 21 Total 87 u 6 studenti ħaddiema Tajjeb jingħad li f'ħafna każi dawn kienu replacements għall-ħaddiema li marru lura mal-Gvern.
Leg 9 PQ #23486 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Freeport Corporation tul is-sena 2000, maqsuma xahar xahar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni tal-Port Ħieles.
Leg 9 PQ #23405 Sitting 491 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Zokkor

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa l-export refund li jgawdu l-importaturi u l-industrija lokali fuq il-materja prima taz-zokkor importat f'Malta mill-pajjiżi ta' l-UE? Kemm se jkun it-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni annwali ta' din il-materja prima wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Minn se jagħmel tajjeb għat-telf ta' dawn il-miljuni ta' liri kemm-il darba l-Gvern ma jilħaq ebda ftehim ieħor ma' l-UE wara li nsiru membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22630 waqt is-Seduta numru 476 ta' l-24 ta' Jannar 2001, liema mistoqsija titratta l-istess materja ta' dik attwali.
Leg 9 PQ #23406 Sitting 491 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Laħam Aħmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa l-export refund li jgawdu l-importaturi u l-industrija lokali fuq il-materja prima tal-laħam aħmar importat f'Malta mill-pajjiżi ta' l-UE? Kemm se jkun it-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni annwali ta' din il-materja prima wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Minn se jagħmel tajjeb għat-telf ta' dawn il-miljuni ta' liri kemm-il darba l-Gvern ma jilħaq ebda ftehim oħra ma' l-UE wara li nsiru membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Leg 9 PQ #23407 Sitting 491 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Ġobon

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa l-export refund li jgawdu l-importaturi u l-industrija lokali fuq il-materja prima tal-ġobon importat f'Malta mill-pajjiżi ta' l-UE? Kemm se jkun it-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni annwali ta' din il-materja prima wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Minn se jagħmel tajjeb għat-telf ta' dawn il-miljuni ta' liri kemm-il darba l-Gvern ma jilħaq ebda ftehim oħra ma' l-UE wara li nsiru membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Leg 9 PQ #23408 Sitting 491 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Butir

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa l-export refund li jgawdu l-importaturi u l-industrija lokali fuq il-materja prima tal-butir importat f'Malta mill-pajjiżi ta' l-UE? Kemm se jkun it-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni annwali ta' din il-materja prima wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Minn se jagħmel tajjeb għat-telf ta' dawn il-miljuni ta' liri kemm-il darba l-Gvern ma jilħaq ebda ftehim oħra ma' l-UE wara li nsiru membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta ta' llum stess.