Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #28663 Sitting 457 2016-11-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Physiotherapists — ingaġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27686 meta se toħroġ is-sejħa għall-Physiotherapists biex jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sejħa tal- Physiotherapists ser toħrog fil-futur qarib.
Leg 12 PQ #28737 Sitting 457 2016-11-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Nurses and Midwives Council

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27702, jista' l-Ministru jgħid, fin-nuqqas ta' Kunsill tan-Nurses u l-Midwives, li ilu ma jiffunzjona mit-28 ta' Lulju 2016, min qed jagħmel ix-xogħol regolatorju ta' dan il-kunsill? Jista' l-Ministru jgħid ukoll: a. Min qed jirregolarizza x-xogħol tan- nurses u l- midwives fil-privatizzazzjoni tat-tliet sptarijiet; b. Min qed jara l-applikazzjonijiet il-ġodda; c. Min qed jiskrutinja n-nurses il-ġodda; d. Min qed jiskrutinja nurses li ġejjin minn pajjiżi oħra biex jivvalorizza l-kwalifiki tagħhom; e. Min qed jassigura li l-kurrikulum tan-Nursing School ġdida hija up to standard; u f. Min qed jassigura li 6,000 impjegat fuq ir-reġistru (bejn nurses u midwives) qed jaħdmu b'mod regolari u kif suppost?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapport tal-inkjesta dwar l-elezzjonijiet għall-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel wasal għandi propju llum. Wara li nkun rajt bir-reqqa dan ir-rapport, inkun, fil-ġranet li ġejjin, nista’ nirraporta dwaru.
Leg 12 PQ #28819 Sitting 457 2016-11-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Kunsill tan-Nurses u l-Midwives – elezzjoni – tbagħbis fil-voti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha għaddeja l-inkjesta fuq l-allegat tbagħbis fil-voti tal-elezzjoni tal-Kunsill tan-Nurses u l-Midwives? Meta huwa l-ħsieb li din l-inkjesta tiġi konkluża?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28737.
Leg 12 PQ #28848 Sitting 457 2016-11-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Per capita expenditure fis-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-per capita expenditure fis-Saħħa kull sena fis-snin 2014, 2015 u l-2016? Kemm hi stmata li se tkun din l-ispiża fis-sena 2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li n-nefqa tal-Gvern ras għal ras fil-qasam tas-saħħa fis-sena 2012 kienet ta’ €787, għas-sena 2017 ser tkun ta’ €1,210.
Leg 12 PQ #28849 Sitting 457 2016-11-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

L-Isptar Mater Dei, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – spiża ta’ mediċini wżati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali ta’ mediċini wżati f’kull wieħed minn dawn l-isptarijiet b’mod separat u għal kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u s-sena 2016 sal-lum: a. Mater Dei; b. Sptar Karen Grech; c. l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja tal-ispiża ta’ mediċini wżati fl-isptarijiet imsemmija bejn l-2013 u l-2015 kienet ta’ Euro25,122,607.
Leg 12 PQ #28850 Sitting 457 2016-11-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Interventi fuq pazjenti li għandhom mard tal-qalb — waiting time u l-waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-waiting time u l-waiting list għall-interventi fuq pazjenti li għandhom mard tal-qalb: a. Angiogram b. Angioplasty c. By-pass surgery d. Cardiac Transplants ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-waiting time għal proċeduri tal-Angiogram u Angioplasty huwa massimu ta’ 10 t’ijiem filwaqt li l-waiting time għal bypass surgery huwa bejn gimgħa u xahar.
Leg 12 PQ #28851 Sitting 457 2016-11-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet ta’ Malta u Għawdex — sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn sodod fl-isptarijiet ta’ Malta u Għawdex għal kull 100,000 abitant li għandna fil-pajjiż? Kemm minn dawn is-sodod jinsabu fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u fl-Isptar Karen Grech?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2015 kien hemm 487.5 sodod fl-isptarijiet għal kull 100,000 abitant li għandna fil-pajjiż.
Leg 12 PQ #28657 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Environmental Health Officers — ingaġġ

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 27668 u 26686, bejn Lulju 2016 u sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, ħarġet sejħa għall-Environment Health Inspectors biex jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħiet joħorġu skont l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 12 PQ #28658 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Medical Laboratory Scientists — ingaġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27670 f’liema dipartimenti u/jew laboratorji ġew ingaġġati l-Medical Laboratory Scientists?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Medical Laboratory Scientists ġew ingaġġati f’diversi dipartimenti/entitajiet fosthom ġewwa l-Isptar Mater Dei, Evans Lab u kif ukoll fiċ-Ċentru Nazzjonali għat-trasfużjoni tad-demm.
Leg 12 PQ #28659 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Medical Physicists — ingaġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27672 f’liema dipartimenti ġew ingaġġati l-Medical Physicists?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Medical Physicists ġew ingaġġati kemm fl-Isptar Mater Dei u kif ukoll fiċ-Ċentru tal-Onkologija Sir Anthony Mamo.
Leg 12 PQ #28660 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Nutritionists — ingaġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27674 meta se toħroġ is-sejħa għall- Nutritionists/Dietitians biex jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħiet joħorġu skont l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 12 PQ #28661 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Occupational Therapists — ingaġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27678 f’liema dipartimenti ġew ingaġġati l- Occupational Therapists?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- Occupational Therapists ġew ingaġġati f’diversi dipartimenti/entitajiet fosthom ġewwa l-Isptar Mater Dei, fiċ-ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, l-Isptar Karen Grech, l-Isptar Monte Carmeli u kif ukoll fir-Residenza ta’ San Vinċenż De Paule.
Leg 12 PQ #28662 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Physiotherapists — ingaġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27686 f’liema dipartimenti ġew ingaġġati l-Physiotherapists?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Occupational Therapists ġew ingaġġati f’diversi dipartimenti/entitajiet fosthom ġewwa l-isptar Mater Dei, fiċ-ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, l-isptar Karen Grech u fid-dipartiment tal-Kura Primarja.
Leg 12 PQ #28843 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare Limited – expression of interest

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-data eżatta ta’ meta ġew notifikati Vitals Global Healthcare Limited li kienu huma li ġew magħżula wara l-ħruġ tal-expression of interest biex jieħdu l-Isptarijiet Karen Grech, San Luqa u dak Ġenerali ta’ Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha ġew notifikati li ġew magħżula huma?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liem expression of interest qed jirreferi.
Leg 12 PQ #28844 Sitting 456 2016-11-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Tmexxija tal-Isptar Karen Grech, Sptar San Luqa u Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – expression of interest

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nħarġet l-expression of interest għat-tmexxija tal-Isptar Karen Grech, Sptar San Luqa u Sptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-expression of interest u l-kundizzjonijiet kollha ta’ magħha kif kienet inħarġet f’dik id-data? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dak li ġie approvat biex intgħażlet Vitals Global Healthcare Limited u dak li ġie ffirmat magħhom malli ntgħażlu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liem expression of interest qed jirreferi.
Leg 12 PQ #28651 Sitting 455 2016-11-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Hip Replacement

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 25217, 24960 u 24724, jista’ l-Ministru jgħid kemm mit-23 revision ta’ hip replacement spiċċaw b’litigazzjoni legali u/jew quddiem l-Uffiċċju tal-Ombudsman?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda każ b’litigazzjoni legali u/jew quddiem l-Uffiċċju tal-Ombudsman rigward xi operazzjoni tal-hip replacement.
Leg 12 PQ #28652 Sitting 455 2016-11-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Hip Replacement

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 25218, 24960 u 24724, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru hip replacements fl-2013?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Marzu u Diċembru tal-2013 saru 146 proċedura tal-hip replacement.
Leg 12 PQ #28653 Sitting 455 2016-11-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Knee Replacement — żmien ta’ stennija - Pazjenti riferuti mit-tabib tal-familja

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 25221, 25219, 24963 u 24961, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jarahom konsulent ortopediku fl-Outpatients tal-Isptar Mater Dei, kemm ilhom jistennew u jistax jivverifika li l-appuntamenti li qed joħorġu humiex għall-2018 u l-2019?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għalkemm kien hemm żieda ta’ każijiet ġodda bejn Jannar u Ottubru tal-2016, iż-żmien ta’ stennija biex pazjenti jarahom konsulent ortopediku fl-Outpatients tal-Isptar Mater Dei baqa’ l-istess u nikkonferma li ma hemm l-ebda pazjent ġdid li għandu appuntament fl-2018 jew l-2019.
Leg 12 PQ #28654 Sitting 455 2016-11-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni ta’ Knee Replacement — stennija

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 25220, 24962 u 24723, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru eżatt ta’ operazzjonijiet ta’ knee replacement li saru fl-2014 u dawk li saru fl-2015 u mhux in-numru totali tas-sentejn? Kemm minn dawn l-operazzjonijiet kull sena (u mhux in-numru totali) kienu revision?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 24 revision f'2014 u 24 revision fl-2015. Ninforma ukoll illi d-dewmien medju għall-proċedura ta’ knee replacement f’dawn l-aħħar xhur niżel minn sentejn għal 13 il-xahar.
Leg 12 PQ #28655 Sitting 455 2016-11-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Dental Hygienists — ingaġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27662 jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jattira aktar Dental Hygienists jidħlu jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa fejn huwa ċar li hemm nuqqas serju fis-servizzi tad-Dentistrija u l-kura tas-snien?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm l-ebda nuqqas fis-servizzi li joffru d-Dental Hygienists. L-appuntamenti għall-pazjenti referuti għal servizzi u trattamenti perjodontali minn Dental Hygienists jingħataw fi żmien ġimgħa.