B'referenza għall-aħbar fl-ewwel faċċata tal-gazzetta Il-Mument tal-Ħadd 6 ta' April 2014 dwar bdil ta' rapport ta' inċident ta' hit and run f'Għawdex li fih kien involut uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ir-rapport inbidel minn hit and run għal wieħed ta' ħabta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ir-rapport oriġinali tal-każ imsemmi qatt ma ġie mibdul minn każ ta’ ‘hit and run’ għal wieħed ta’ kollizzjoni (ħabta). Fil-fatt fis-sistema tal-pulizija hemm żewġ rapporti fuq l-istess inċident. Hemm dak oriġinali u wieħed imdaħħal wara li jirreferi għal rapport oriġinali, pero fejn ġew inklużi iktar dettalji tal-istess incident.
B'referenza għall-aħbar fl-ewwel faċċata tal-gazzetta Il-Mument tal-Ħadd 6 ta' April 2014 dwar bdil ta' rapport ta' inċident ta' hit and run f'Għawdex li fih kien involut uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija, jista’ l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra dan l-uffiċjal u x'eżitu kien hemm?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif spjegajat fil-mistoqsija preċedenti, qatt ma kien hemm bdil ta’ rapport. L-uffiċċjali involuti ħew investigati internament, u filkaż ta’ wieħed minnhom hemm kawżi pendenti quddiem il-qorti u għalhekk l-uffiċjal ġie sospiż mis-seba’ ta’ April li għadda.
B'referenza għall-aħbar fl-ewwel faċċata tal-gazzetta Il-Mument tal-Ħadd 6 ta' April 2014 dwar bdil ta' rapport ta' inċident ta' hit and run f'Għawdex li fih kien involut uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istqarrija għall-istampa li l-Korp ħareġ, jekk ħareġ, dwar dan il-fatt serju, wara li dan ir-rapport ġie ppublikat fil-gazzetta msemmija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istqarrija stampa li nħarget mil-Uffiċċju Stampa dwar l-inċident imsemmi. Nerga’ nirrepeti li ma kien hemm l-ebda bdil ta’ rapport.
B'referenza għall-aħbar fl-ewwel faċċata tal-gazzetta Il-Mument tal-Ħadd 6 ta' April 2014 dwar żewġ inċidenti li jinvolvu żewġ uffiċjali tal-Pulizija waqt li kienu fuq il-qadi ta' dmirijiethom, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn l-uffiċjali ġewx sospiżi mix-xogħol sakemm jintemmu l-passi dixxiplinari kontrihom u meta ġew sospiżi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ inċidenti li qed jagħmel referenza għalihom l-interpellant ġew investigati mid-distrett t’Għawdex. Wiehed mil-uffiċjali involuti ġie trasferit għad-disrett tal-Belt Valletta b’effett mit-02 ta’ April 2014, fejn sussegwentement dan ġie sospiż mis-07 ta’ April 2014. L-ieħor ukoll ġie trasferit għad-distrett tal-Belt Valletta b’effett mit-02 ta’ April 2014, fejn wara reġa’ ġie trasferit lura lejn Għawdex mill-11 ta’ April 2014 minhabba li nstab li l-kaz kontrih kien infondat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie mitlub iħallas jew kemm ġew inkorsi spejjeż f’satellite charges mill-media, bħall-Public Broadcasting Services, għal-links li saru u li jkunu saru sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, biex ikun hemm kollegamenti ma’ Malta waqt li kienet qed takkumpanja lill-Prim Ministru minn Marzu 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Public Broadcasting Services, dejjem ħadet ħsieb kollegamenti bis-satellita waqt zjarat tal-Prim Ministru barra minn Malta.
Hekk kien isir taħt l-amministrazzjonijiet preċedent, u hekk għadu jsir f’din l-amministrazzjoni.
Minn Marzu 2013 sa’ llum, jiġifieri f’sena u erba' xhur,il-PBS ħallas € 25,967.44 f’kollegamenti bis-satellita.
Tajjeb li wieħed jinnota li fil-passat kienu jintużaw l-istess rati għall-kollegamenti bis-sateliti.
Pereżempju fl-2008 intefqu € 18,088.00, fl-2009 € 15,580.58, fl-2010 € 21,252.31, fl- 2011 € 12,122.18 u fl-2012 € 16,839.47.
Jista' l-Ministru jgħid jekk membru tal-Korp tal-Pulizija jistax jkun coach ta' team tal-futbol jew xi tim sportiv ieħor? Jista' jkun president jew uffiċjal ta' każin tal-futbol jew tim sportiv?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-coaching ma' klabbijiet, anke' dawk ta' natura sportiva, jikkostitwixxi attivita' li min-natura tagħha hi parzjali, għaldaqstant, ma jkunx permess li uffiċjali tal-Korp jaġixxu ta' coaches. L-istess irid jingħad għall-membri tal-Korp li jkunu jixtiequ jservu f'kumitati ta' klabbijiet sportivi jew tal-futbol fejn it-timijiet ta' dawn jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet lokali.
Jista' l-Ministru jekk membru tal-Korp tal-Pulizija jistax ikun referee affiljat mal-Malta Football Association?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-'refereeing' jikkostitwixxi attivita' li min-natura tagħha hi indipendenti u imparzjali u l-affiljazzjoniji ta' persuna bħala 'referee' trid tkun ukoll ma' għaqda indipendenti u imparzjali, għaldaqstant, wieħed ma jara xejn ħażin li l-uffiċjal ta-pulizija jista' jiġi kkunsidrat sabiex jipprattika din l-attività dejjem fuq bażi volontarja u fil-ħin liberu tal-membru tal-Korp.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ngħataw ordnijiet ta’stop leave(jew kwalsiasi ordni oħra b’isem differenti iżda bl-istess effett) fil-Korp tal-Pulizija, minn Jannar 2014 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu indikat, inħarġu tliet messaġġi ta' 'stop leave' lill-membri tal-Korp. Dawn kienu fis-7 ta' Marzu, 2014, fil-25 ta' Marzu, 2014 u fit-28 ta' Marzu, 2014.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ordni ta’ stop leave (jew kwalsiasi ordni oħra b’isem differenti iżda bl-istess effett) fil-Korp tal-Pulizija b’effett minn April 2014? Jekk iva, sa meta u x’inhi r-raġuni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b'effett mix-xahar ta' April, inħarġu tliet messaġġi ta' 'stop leave' lill-membri tal-Korp u dan minħabba d-diversi eseġenzi li għandu l-Korp sa tmiem ix-xahar id-dieħel.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4448 u jgħid kemm ġew ripatrijati immigranti irregolari minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u issa ġiet riferuta lilu u jispjega għalfejn il-file tas-servizz ta’ sigurtà marbut mas-security clearance tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ġie meħud Kastilja? Jista’ jispjega x’wassal biex id-deċiżjoni li s-security clearance ta’ din il-persuna tkun rifjutata tiġi mibdula u x’inhi r-relazzjoni bejn din id-deċiżjoni u l-fatt li dan il-file ttella’ Kastilja?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pulizija rċevewx rapporti dwar il-fatt li l-interactive boards/ panels li twaħħ;lu fil-front ta' Buġibba/Qawra kienu qed juru siti pornografiċi? Kemm-il rapport kien hemm, u fuq liema minn dawn il-boards kien qed jiġri dan? Jista' jagħti dettal dwar x'irriżulta mill-investigazzjoni li saret, u x'passi ttieħdu jekk ittieħdu passi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru ir-riċerki mal-Pulizija tal-Qawra u ta’ San Pawl u jidher li sat-12 ta’ Lulju, il jum meta ġew konklużi ir-riċerki, ma kien hemm l’ebda rapporti fuq il-materja in kwistjoni u għalhekk ma setgħu jittieħdu l-ebda passi.
Korp tal-Pulizija — okkazzjonijiet f'San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema okkazzjonijiet se jiġu organizzati mill-Korp tal-Pulizija fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa matul ix-xhur tas-sajf? F'liema nħawi tal-lokalità se jiġu organizzati dawn l-istess attivitajiet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar il-Ġimgħa, 11 ta' Lulju 2014, fit-8.30 p.m. ser tinżamm attivita' f'Buġibba fl-okkażjoni tal-biċentinarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija. Din l-attivita' ser tikkonsisti f'marċ u kunċert mill-Banda tal-Pulizija f'Misraħ il-Bajja segwit minn wirja mill-Precision Drill Team u wirja oħra mis-Sezzjoni tal-Klieb. Ikun hemm ukoll presenza ta' żwiemel tal-Kavallerija u mutur mit-Taqsima tat-Traffiku.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4065 u allura dwar il-Bord għall-Promozzjoni minn Maġġur għal-Logutenent Kurunelli maħtur f’Awwissu 2013, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-area of expertise fil-militar u fl-Armata ta’ kull wieħed mill-membri tat-tali bord?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Bord huma kollha uffiċjali għolja u b’ċertu responsabilità fi ħdan il-Ministeru li taħtu taqa’ l-Forzi Armati ta’ Malta, u li għaldaqstant huma familjari sew mal-operat li twettaq l-istess Forza. Il-Bord jinkludi wkoll lill-Kap Kmandant tal-Forza. L-Onor. Interpellant għandu jinnota wkoll li l-kompozizzjoni tal-Bord hija simili ħafna għal kif kienet bejn l-2011 u l-2013, għajr li ċertu karigi jirriflettu li l-Forza issa taqa’ taħt Ministeru u mhux taħt l-Ufficju tal-Prim Ministru.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4286 u jgħid kemm ġie mitlub iħallas jew kemm ġew inkorsi spejjeż f’satellite charges mill-media, bħall-Public Broadcasting Services, għal-links li saru u li jkunu saru sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, biex ikun hemm kollegamenti ma’ Malta waqt li kienet qed takkumpanja lill-Prim Ministru minn Marzu 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn xi nżid mar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 4286.
Jista’ l-Ministru jsemmi d-dati meta l-MPA kienet inkluża fil-laqgħat li qegħdin isiru bejn il-unions u d-direttur tax-xogħol rigward it-twaqqif ta’ union għall-membri tal-Korp?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie spjegat drabi oħra li l-funzjoni u l-operat tal-Malta Police Association hija awtonoma u għalhekk ma taqgħax taħt l-iskrutinju tad-dekasteru tiegħi, kif ma jaqgħax lanqas taħt id-dekasteru tiegħi d-direttur tax-xogħol. Ġentilment nissugerixxi lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-Taqsima tal-Internal Affairs tal-Korp tal-Pulizija li għaliha huwa għamel referenza fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 3999 ikkonkludietx l-investigazzjonijiet meħtieġa u fil-każ x’kien l-eżitu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Niforma lill-Onor. Interpellant li l-investigazzjoni li qed jagħmel referenza għaliha l-interpellant ġiet konkluża. Infurmat li l-imsemmi uffiċjal ġie mwiddeb severament u nota ta’ din it-twiddiba ġiet reġistrata fid-dossier personali tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ abbuż fuq anzjani ġie investigat mill-pulizja tul is-snin, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013 u sal-aħħar ta’ Ġunju 2014? Kemm minnhom tressqu l-Qorti? Jista’ jagħti d-dettalji sena b’sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex jinġabar it-tagħrif hekk kif mitlub jeħtieġ ammont sostanzjali ta' ħin. Għaldaqstant id-dettalji se jinġabru u t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3850, jista’ l-Ministru jgħid jekk fir-risposta hemmx xi żball, jew inkella jispjega x’kellha x’taqsam il-laqgħa li huwa kellu mal-European Broadcasting Unit ġewwa l-Iżvezja tas-17 ta’ Mejju 2013 mas-suġġett tal-mistoqsija u ċjoè r-responsibility sharing?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra korezzjoni għall-mistoqsija parlamentari 3850.