Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reserved parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-awtoritajiet konċernati ma ħarġux post għal persuna b'diżabilita' li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex ikollu reserved parking qrib id-dar tiegħu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li m'hemm l-ebda applikazzjoni mill-persuna u/jew fl-indirizz li d-dettalji dwara qed jintbagħtu mall-mistoqsija parlamentari.

Parking għal persusni b'diżabilita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ser jieħdu l-awtoritajiet konċernati dwar persuna b'diżabilita' li għandha żewġ karozzi u li qiegħda tokkupa parking space ta' persuni b'diżabilita' kontinwament mingħajr ma tagħti ċans lil persuni oħra b'diżabilita' jagħmlu użu minn dan l-istess parking spaceli dettalji tal-post qed jintbagħtu separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li r-rwol ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta huwa ta’ regolatur fuq l-użu speċifiku ta’ kull sezzjoni tat-triq. L-infurzar ta’ l-użu tat-triq ma taqax taħt ir-responsabilita’ ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta. Iżda sakemm il-persuna b’diżabilita' msemmija fil-mistoqsija parlamentari ma tkunx qed tabbuża/tagħmel użu ħażin mill-Blue Badge Sticker jew tikser il-liġi b’xi mod ieħor, din tista' tagħmel użu minn tali Blue Sticker Badge Holders Reserved Parking Bay.

Żvilupp Urban u Toroq — Petrol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-allowance ta' petrol li huma intitolati għalih: Is-segretarju permanenti; id-direttur ġenerali; id-diretturi; l-assistent personali tiegħu; u s-segretarju tiegħu? Kemm nefaq għal petrol kull wieħed minnhom xahar b'xahar bejn Jannar 2004 sa Novembru 2005?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Inteprellant tingħata f'seduta oħra.

Triq ta' Ħal Far — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-konsulenti magħżula għas-servizz ta' construction management fuq it-triq ta' Ħal Far? X'inhu l-valur ta' dan il-kuntratt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-kuntratt għas-servizz ta' construction management tax-xogħlijiet li ser isiru fit-triq ta' Ħal Far għadu ma ġiex aġġudikat. Din l-aġġudikazzjoni mistennija ssir fil-ġimgħat li ġejjin u sadanittant bdew xi xogħlijiet inizzjali fl-istess triq. Dawn ix-xogħlijiet qed jiġu mħarsa minn uffiċjali tal-Awtorita dwar it-Trasport sakemm din l-aġġudikazzjoni tiġi konkluża. L-allokazzjoni finanzjarja għas-servizz in kwistjoni huwa ta' ħamsin elf lira Maltin (Lm50,000).

EU — Bini ta' toroq f'Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-konsulenti magħżula għas-servizz ta' construction management għal bini ta' toroq f'Għawdex permezz tal-fondi ta' l-Unjoni Ewropea? X'inhu l-valur ta' dan il-kuntratt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Is-sejħa għall-offerti għas-servizz ta' construction management għal bini ta' toroq f'Għawdex permezz ta' fondi strutturali saret mill-Ministeru ta' Għawdex. Għalhekk nitlob lill-Onoroveli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Tas-Sliema — Reserved Parking Bay

Question

Jista' il-Ministru jivverifika jekk reserved parking bay li bħalissa hemm fi Triq Għar id-Dud, hijiex użata minn persuna li m'għandhiex iżjed l-ID card f'dik it-triq f'Tas-Sliema, u dan skond ir-reġistru elettorali ta' Ottubru 2005, u għalhekk din tista' tiġi mneħħija?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Managmenet Unit u minn spezzjoni li saret fi Triq Għar id-Dud irriżulta li hemm aktar minn waħda reserved parking għad-disabled. Għaldqstant aktar informazzjoni dwar ir-reserved parking imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija neċessarja sabiex it-Traffic Management Unit ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ikun jista' jagħti risposta korretta.

Asfaltar ta' toroq

Question

Jista’ il-Ministru jelenka dawk il-Kunsilli li sal-lum aċċettaw l-offerta ta' Lm75,000 self mill-Gvern Ċentrali sabiex jiġu asfaltati toroq fil-lokalita’?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali li sal-lum il-ġurnata iffirmaw kuntratt ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta’ Lm75,000 biex jibnu u jasfaltaw jew jibnu mill-ġdid u jasfaltaw toroq huma dawn li ġejjin: 1. Bormla 2. Dingli 3. Għargħur 4. Gudja 5. Iklin 6. Isla 7. Kirkop 8. Marsaxlokk 9. Mġarr (Malta) 10. Mosta 11. Pieta 12. Rabat (Malta) 13. San Ġiljan 14. San Ġwann 15. San Pawl il-Bahar 16. Siġġiewi 17. Swieqi 18. Żabbar 19. Żebbuġ (Malta) 20. Żejtun

Raħal Ġdid — Triq l-Isqof Pietru Pace

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta se jsir l-asfaltar ta' Triq l-Isqof Pietru Pace f'Raħal Ġdid?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara program ta’ xogħlijiet ta’ bini ta’ numru ta’ toroq residenzjali. Dawn ix-xogħlijiet isiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw mill-program tax-xogħlijiet ta’ l-ADT.

VRT

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm vetturi tal-gvern jew azjendi parastatali weħlu mill-VRT din is-sena? Ta' liema dipartiment u azjendi kienu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant mhux possibli tingħata. L-Awtorita' dwar it-Trasport ma żżomx statistika dwar dawn il-vetturi separatament.

Mosta Ring Road

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15599 u jgħid x'kien il-valur tax-xogħlijiet s'issa tal-Mosta ring road? Fadal xi ħlasijiet jew kontijiet xi jsiru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-valur tax-xogħlijiet li saru s’issa jammontaw għall-Lm1,333,817.41. Il-pagamenti li saru s’issa jammontaw għall-Lm1,185,352.00 u ghalhekk fadal Lm 148,465.41 li għadhom iridu jitħallsu.

Mellieħa — Triq ġdida fi Triq il-Wied ta' Ruman

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir Triq il-Ġdida fi Triq il-Wied ta' Ruman fl-inħawi tas-Sellun, fil-Mellieħa, peress li t-tħarbit tagħha qed joħloq tbatija kbira għal dawk li għandhom dar fit-triq imsemmija?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija hija nkluża fil-lista ta' toroq li jridu jsiru mid-Direttorat. Ix-xogħol f'din it-triq isir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw fil-programm li qed jiġi mhejji.

Opri tal-baħar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn opri tal-baħar reġistrati llum u x'tip huma? Kemm huma for business u kemm for pleasure?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Importazzjoni ta' karozzi u muturi -

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm inbiegħu u/jew ġew importati karozzi u muturi s-sena l-oħra u din is-sena u jagħti l-informazzjoni skond kull tip ta' karozza u mutur relattiv?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ karozzi u muturi li inbiegħu u/jew ġew importati mill-1 ta’ Jannar sa 31 ta’ Diċembru 2004 kienu :- - muturi 383 - karozzi privati 9102 - karozzi kummerċjali 2156 Filwaqt li l-istess informazzjoni għal din is-sena mill-1 ta’ Jannar sa 30 ta’ Settemru 2005 kienu :- - muturi 353 - karozzi privat 7751 - karozzi kummerjcali 1510

Ħaż-Żebbuġ — Imdina Road

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk is-service road f'Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ (il-parti bejn il-junction De Rohan/ċentru) hijiex one-way u jekk fl-affermattiv, f'liema direzzjoni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li s-service road li hemm fi Mdina Road bejn il-Junction ta' De Rohan biswit is-St. Dorothy's School hija one-way il-fuq direzzjoni lejn ir-Rabat. Bħalissa qed jitwaħħlu sinjali forma ta' arrow signs biex tiġi ndikata d-direzzjoni l-fuq għall-vetturi li jkunu ġejjin mis-side roads ta' Ħaż Żebbuġ għal ġo l-istess service road msemmija mill-Onorevoli Interpellant.

ADT — Vetturi li jidħlu l-Belt

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15543 u jgħid x'inhu d-dħul għas-sena 2005 ta' l-ADT mil-liċenzji għall-vetturi li jidħlu l-Belt? Kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li d-dħul ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport mill-liċenzji għall-vetturi li jidħlu l-Belt, mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar t'Ottubru 2005 kien ta' Lm574,535. In-numru ta’ vetturi hu ta’ 47,706.

VRT

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm weħlu vetturi mill-VRT din is-sena u għaliex?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-total ta’ vetturi illi weħlu mit-test tal-VRT mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Ottubru 2005 kien ta' 14,090. Ir-Raġunijiet għaliex dawn il-vetturi weħlu mit-test kien minħabba dawl, steering/ suspension, brejkijiet, tyres, exhaust, emission, ħsejjes u l-body inġenerali.

Vetturi skrappjati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew scrapped vetturi din is-sena u f'dawn l-aħħar ħames snin, kull sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-vetturi li ġew skrappjati mis-sena 2000 sa Ottubru ta' din is-sena kienu :- Sa l-aħħar t'Ottubru tas-sena 2005 13,243 2004 5,529 2003 2,798 2002 2,261 2001 2,805

Mużew tat-Trasport

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemm pjani li jkun hemm Mużew tat-Trasport?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Fl-estimi tal-Ministeru m'hemmx vot għall-iżvilupp ta' Mużew tat-Trasport. Il-Ministeru infurmat li kien hemm interess mill-privat għall-iżvilupp ta' dan il-mużew u lest jagħti l-appoġġ tiegħu sabiex dan l-iżvilupp ikun jista' jseħħ.