Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar – Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward xogħol li sar mill-Awtorità tad-Djar u li allegatament sar ħażin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tibdil ta’ soqfa u xogħol ieħor relatat fl-appartament imsemmi, saru minn kuntrattur imqabbad mill-Awtorità tad-Djar is-sajf li għadda. Minħabba li l-inkwilini qed jilmentaw dwar xi problemi, għandha ssir spezzjoni fuq il-post minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità biex jiġi vverifikat l-ilment.

Addozzjonijiet mis-Slovakkja

Question

Wara l-kummenti li l-Ministru ta lill-media riċentement dwar l-addozzjonijiet tat-tfal mis-Slovakkja, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-problemi li l-Gvern Malti kien qed jiffaċċja u xi żviluppi kien hemm s’issa? Jista’ jikkonferma li koppji Maltin se jkollhom il-fakultà li jaddottaw minn dan il-pajjiż mingħajr dewmien esaġerat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-ftehim bilaterali li sar f’Jannar 2014, saru tliet (3) tqabbiliet ta’ tfal minn dan il-pajjiż ma’ ġenituri adottivi prospettivi f’Malta. Wieħed irid iżomm f’moħħu li biex issir adozzjoni jrid ikun hemm tfal li huma fil-pożizzjoni li jistgħu jiġu adottati u dan isir skont ir-regoli/liġijiet interni tal-pajjiż ikkonċernat. Barra minn hekk isir il-proċess tat-tqabbil fejn it-tfal jiġu mqabbla mal-ġenituri prospettivi fi proċess li jsir ukoll mill-pajjiż li jkun se jibgħat lit-tfal għal adozzjoni.

Awtorità tad-Djar – bini ta’ proprjetajiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15866, jista’ l-Ministru jgħid fejn l-Awtorità tad-Djar qiegħda tikkunsidra li tibni l-proprjetajiet tagħha sabiex sussegwentement toħroġ l-avviżi legali għall-bejgħ ta’ proprjetà?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar qegħda tikkonsidra ħafna lokalitajiet f'Malta u f’Għawdex u għad irid jiġi deċiż jekk dawn hux se jintużaw għal skop ta’ housing soċjali jew inkella joħorġux b’avviż legali għal skop ta’ housing affordabbli.

Awtorità tad-Djar – strateġija ġdida dwar il-qasam tal-housing

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15151 u 15491, peress li l-Ministru wieġeb li r-rapport dwar l-istrateġija l-ġdida dwar il-qasam tal-housing tlesta, u peress li għalkemm il-Ministru ntalab ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, dan ma sarx, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li ma poġġihx fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ issa jitpoġġa? Jista’ wkoll jgħid min kienu l-istakeholders li saret konsultazzjoni magħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li r-rapport fuq din l-istrateġija tlesta fit-23 ta’ Diċembru 2013. L-Istakeholders involuti kienu l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, iċ-Chairperson u l-Membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità tad-Djar, il-Kap Eżekuttiv, l-impjegati tal-Awtorità tad-Djar inkluż ukoll dawk mis-Sezzjoni tal-Customer Care u stakeholders oħra minn barra l-Awtorità tad-Djar.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xogħlijiet li qed isiru fis-shaft tal-proprjetà?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġà ngħad fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16024, li kienet tittratta dwar l-istess blokk, għandha ssir spezzjoni biex jiġi vverifikat dan l-ilment.

Pensjonanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti preżentament f’pajjiżna li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Ċentru ta’ Matul il-Jum fil-Mellieħa — eżerċizzju fiżiku għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jew għal liema raġunijiet l-anzjani li jattendu għal-lezzjonijiet tal-eżerċizzju fiżiku fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum fil-Mellieħa ġew infurmati li se jitwaqqfilhom dan is-servizz bejn Ġunju u Ottubru ta’ din is-sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programmi kollha li jseħħu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Anzjanità Attiva huma organizzati matul is-sena akkademika, jiġifieri minn Ottubru sa’ Ġunju. Fil-perjodu tas-sajf l-anzjani jkollhom attivitajiet oħra skont kif imfassal fil-kurrikulu tal-Anzjanità Attiva.

Aġenzija Appoġġ – tibdil fl-operat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex jinbidel l-operat eżistenti tal-Aġenzija Appoġġ? U jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-pjanijiet u meta se jidħlu fis-seħħ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Djar tal-Anzjani – tnaqqis mill-pensjoni

Question

Peress li d-domandi 15906 u 16124 kienu jittrattaw anzjani residenti fi Djar tal-Anzjani u mhux anzjani residenti fir-Residenza San Vinċenz, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani li preżentament qed tinqatgħalhom 80% mill-pensjoni tagħhom u li preżentament jinsabu fi djar tal-anzjani (u mhux f’San Vinċenz)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Djar għall-Anzjani tal-Gvern u dawk li qegħdin fl-skema tal-Public Private Partnership taħt ir-responsabilità tad-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità, m’hemmx anzjani residenti li qed tinqatgħalhom 80% bħala rata ta’ kontribuzzjoni mill-pensjoni tagħhom.

Standards Minimi Nazzjonali fid-Djar tal-Anzjani – proposti mill-Fondazzjoni Xjuħija Attiva Maltija

Question

Peress li d-domanda 16099 ma tgħamilx referenza għar-risposta 16100, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proposti li ġew imressqa lilu mill-Fondazzjoni Xjuħija Attiva Maltija, liema proposti jittrattaw is-suġġett tal-istandards minimi nazzjonali fid-Djar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Bord Multidixxiplinarju – djar residenzjali għall-anzjani

Question

Peress li l-Ministru fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15447 ma ngħatawx l-ismijiet tal-persuni li jiffurmaw il-Bord Multidixxiplinarju li jiddeċiedi min jidħol fid-djar tal-Anzjani u fir-Residenza San Vincenz De Paule, jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet ta’ dawn il-persuni? Peress li fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15904, l-istess Ministru kien aċċenna li r-risposta kienet se tingħata f’seduta oħra, liema risposta mogħtija għad-domanda 16123 ma tirrispekkjax l-informazzjoni mitluba oriġinarjament, jista’ l-Ministru issa jagħti din l-informazzjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn xi nżid mar-risposti li diġà tajt dwar dan is-suġġett ħlief li nserraħ ras l-Onor. Interpellant li dan il-proċess qed jitmexxa b’ferm aktar serjeta’ u professjonalità u kif ukoll b’ġustizzja assoluta mal-anzjani applikanti.

Dar tal-Anzjani — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni tal-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex ikun rikoverat f'Dar tal-Anzjani? Jista' jagħti preċedenza lil din l-applikazzjoni u dan peress li l-applikant huwa persuna nieqes mid-dawl u jgħix waħdu? Peress li l-applikant ilu li applika sentejn, jista' jgħid ukoll għaliex għadu qed jistenna li jiġi rrikoverat meta l-każ jimmerita ċertament prijorità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Tfal Fostered

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13858 u 14958 u jgħid kemm kien hemm tfal li ġew fostered sena b’sena bejn l-2010 u l-2014?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella t’hawn taħt: Sena Numru ta’ tfal li ġew fostered 2010 41 2011 61 2012 86 2013 62 2014 60

Bord Multidixxiplinarju — dħul f'residenzi u djar għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15904 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-persuni li llum qed jiffurmaw il-bord multidixxiplinarju li jiddeċiedi min għandu jidħol fid-djar u residenzi oħra għall-anzjani f’pajjiżna?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15447.

Djar għall-Anzjani — qtugħ ta' pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15906 u jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani li preżentament huma residenti fid-Djar għall-Anzjani u li mill-pensjoni tagħhom qed tinqatgħalhom 80%?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ anzjani li preżentament huma residenti San Vincenz de Paul u li mill-pensjoni tagħhom qed tinqatgħalhom 80% jammontaw għal elf mija sitta’ u tlettin (1,136).

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta' impjegati mill-Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-1 ta' Jannar 2015 sal-lum ġewx impjegati persuni fis-segretarjat, f'xi dipartiment jew fi kwalunkwe entità pubblika li taqa' taħt ir-responsabilità tiegħu/tagħha li kienu bbenefikaw minn xi skema għall-irtirar kmieni mix-xogħol imnedija mill-Air Malta? Jekk iva, jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' dawn il-persuni u fejn qed jaħdmu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Fondazzjoni Xjuħija Attiva Maltija – proċess ta’ konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proposti li tressqu quddiemu waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni fir-rigward tal-IsStandards Minimi Nazzjonali fid-Djar tal-Anzjani mill-Fondazzjoni Xjuħija Attiva Maltija (FXAM)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir l-eżerċizzju opportun, però l-Onorevoli Interpellant japprezza li dan huwa eżerċizzju laboruż ħafna tant li l-amministrazzjoni preċedenti minkejja li għamlet diversi snin titkellem dwar il-ħtieġa tagħhom ma laħqitx għamlithom. Id-differenza hi li dan il-Gvern iwettaq.

Standards Minimi Nazzjonali fid-Djar tal-Anzjani – proposti mill-Fondazzjoni Xjuħija Attiva Maltija

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm u liema mill-proposti mgħoddija lilu mill-Fondazzjoni Xjuħija Attiva Maltija se jkun qed jattwa fid-dokument li fih se jkunu elenkati l-listi tal-Istandards Minimi Nazzjonali fid-Djar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistqosija parlamentari 16099.

Standards Minimi Nazzjonali fid-Djar tal-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jindika kif se jkun qed jara li l-Istandards Minimi Nazzjonali fid-Djar tal-Anzjani jiġu mħarsa u osservati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistqosija parlamentari 16099.

Standards Minimi Nazzjonali fid-Djar tal-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-Istandards Minimi Nazzjonali fid-Djar tal-Anzjani jidħlu fis-seħħ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistqosija parlamentari 16099.