Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi – Chairman

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12952 u jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u tal-perkaċċi kollha li qed jingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament bħala Chairman tal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi c-Chairman tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi għandu onorarja ta’ €18,000 fis-sena. Bħala perkaċċi għandu l-istess bħac-Chairmen li servew qablu bid-differenza li mhuwiex jagħmel użu mill-karozza u x-xufier.

Persuni appuntati fuq bażi ta’ position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid: - l-isem tal-persuna appuntata; - il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna; - id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna; - min għażel lill-persuna; - il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna; - x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata; - min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum; - jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; - jikkonferma jekk l-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni tinghata f'seduta ohra.

Kura barra minn Malta

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12330, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari u jindika l-kundizzjoni li għaliha intbagħtu għall-kura?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoggi l-inforazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-kamra.

Health Insurances – rebates fiskali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ min qed isiru d-diskussjonijiet li qed jagħmel il-Gvern dwar ir-rebates fiskali tal-Health Insurances?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet li qed jaghmel il-gvern dwar ir-rebates fiskali tal-Health Insurances huwa mal-Malta Insurance Association.

Ħaddiema fil-qasam tas-Saħħa –professional indemnity insurance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kategoriji ta’ ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li huma koperti bil-professional indemnity insurance?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni ghada qed tingabar.

Ħaddiema fil-qasam tas-Saħħa pubblika –professional indemnity insurance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-professional indemnity insurance tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa pubblika tkoprix ukoll riskji/inċidenti li jinqalgħu barra l-ħin tax-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-twegiba li inghata ghad-domanda numru 13101.

Ħaddiema casual jew part-time fil-qasam tas-Saħħa – professional indemnity insurance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li jaħdmu fuq bażi casual jew part-time fil-qasam tas-saħħa humiex koperti bil-professional indemnity insurance?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-twegiba li inghata ghad-domanda numru 13101

Donazzjoni ta’ demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li taw id-demm bejn is-sena 2000 u s-sena 2013, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid kemm minn dawn kienu rġiel u kemm nisa, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid minn liema gruppi ta’ etajiet kienu ġejjin, sena b’sena, b’mod separat ? Jista’ jgħid ta’ liema blood group kienu dawk li taw id-demm, sena b’sena b’mod, separat? Jista’ jgħid ukoll kemm–il unit ta’ demm ingħata bejn is-sena 2000 u s-sena 2013, sena b’sena, b’mod separat?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni ghada qed tingabar.
Leg 12 PQ #13549 Sitting 229 2015-01-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

KWH ikkunsmati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex minn Novembru sal-lum għadu ma wieġibx il-mistoqsijiet parlamentari 13153 u 12799 fejn ġie mitlub jgħid kemm ġew ikkunsmati KWH fit-tliet setturi li ġejjin? (a) domestiku (b) kummerċjali u (ċ) industrijali bejn l-1 ta’ April 2012 u l-aħħar ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid kemm ġew ikkunsmati KWH fl-istess tliet setturi separatament għall-perjodu mill-1 ta’ April 2013 u l-aħħar ta’ Marzu 2014? Kemm kien il-cost kif ukoll l-ammont ta’ sussidju li ngħata f’kull wieħed miż-żewġ perjodi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-units mibjugħa bejn April 2012 u Marzu 2013 jammontaw għall-1,327,781,161 KWh (elf, tlett mija sebgħa u għoxrin miljun, seba’ mija, wieħed u tmenin elf, mija, wieħed u sittin). L-eko-riduzzjoni kienet ta’ €11,138,476 (ħdax-il miljun, mija tmienja u tletin elf, erba’ mija sitta u sebgħin Ewro). Il-units mibjugħa bejn April 2013 u Marzu 2014 jammontaw għall-1,312,186,974 KWh (elf, tlett mija u tnax-il miljun, mija, sitta u tmenin elf, disa’ mija, erbgħa u sebgħin). L-eko-riduzzjoni kienet ta’ €11,300,525 (ħdax-il miljun, tlett mitt elf, ħames mija, ħamsa u għoxrin Ewro).

Sptar Mater Dei – pazjenti kkurati fil-kurituri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew ikkurati fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei, minn Novembru 2014 sa Jannar 2015, xahar b’xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni tinghata f'seduta ohra.

Vouchers għal prodotti gluten free

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inħadmet iċ-ċifra ta’ €30 li bdiet tingħata bħala voucher biex pazjenti jixtru prodotti gluten free? Jista’ jgħid jekk jafx li ħobża waħda gluten free tqum €5?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ic-cifra hija bbazata fuq Daily Calorific requirements. Meta din kienet qed tigi ikkalkulata il-Gvern Malti ha il-Baseline tar-Renju Unit u zieda b 150 %. Pensjonanti u dak li jwalifikaw ghal-karta roza huma intitolati ghal Euro 50 fix- xahar.

Vouchers għal prodotti gluten free – ħwienet fl-iskema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħwienet li aċċettaw li jkunu fl-iskema tal-vouchers tal-prodotti gluten free?

Response (MIZZI, KONRAD)

Għal matul ix-xahra ta’ Frar in-numru ta’ stabbilimenti li ser ikunu qed jipparteċipaw fis-Coeliac Products Voucher Scheme huma 34. Minn dawk li applikaw hemm ukoll stabbelimenti li ghandhom aktar minn outlet wiehed. Dan in-numru mistenni jiżdied hekk kif tgħalaq it-tieni Sejħa għall-Partiċipazzjoni li ġiet ippubblika fil-jiem li għaddew minħabba li kien hemm numru ta’ stabbilimenti li ma laħqux japplikaw fl-ewwel Sejħa.

Sptar Mater Dei – pazjenti bid-Dimensja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li staff mediku rabat (bil-lożor mas-siġġu jew mas-sodda) pazjenti bid-Dimensja li kienu għall-kura fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-istaff tal-Isptar Mater Dei jimxi ma gwidi li jiehdu hsieb li jiprotegu pazjenti b'dimensja u mard simili, liema gwiedi gew ippublikati l-ewwel darba fl-2011.

Emergency Ambulance Team Leader – sejħa għall-applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li s-sejħa għall-pożizzjoni ta’ Emergency Ambulance Team Leader ġiet emendata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Intuzaw il-kriterji tal-eliġibilta’ li tappartjeni għal sejħiet interni f’din l-iskala.

Emergency Ambulance Team Leader – sejħa għall-applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna nqabżet milli tieħu l-pożizzjoni ta’ Emergency Ambulance Team Leader fis-sejħa tal-4 ta’ Lulju 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ma inqabzet l-ebda persuna milli tiehu l-pozizzjoni ta' emergency ambulance team leader fis-sejha tal-4 ta Lulju 2014. Fil-fatt, ir-rakkomandazzjoni saret skond l-ordni ta' merti tar-rizultati ippublikat.
Leg 12 PQ #12905 Sitting 228 2015-01-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Hip u Knee Replacements

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm hip u knee replacements f'Malta matul l-aħħar għaxar snin, kull sena separatament? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm replacements oħra li seħħew u fil-każ, liema kienu u kemm kienu, kull sena fl-aħħar għaxar snin? Jista' jagħti l-informazzjoni dwar in-numru ta' każijiet pendenti bħalissa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Bejn 2004 u l-2013 saru medja ta’ 435 operazzjoni kull sena, filwaqt li fis-sena 2014 saru 646 operazzjoni. Liema operazzjoni jinkludu hip u knee replacement, revision hip replacement, total & unicondylar knee replacement u revision knee replacement. Mis-sena 2012, bdew jsiru Total Shoulder Replacement fejn saru erba (4) matul l-2012 u waħda (1) fl-2013, filwaqt li fil-perjodu ta’ bejn Jannar u Novembru 2014 kien hemm waħda (1). In-numru ta’ ka¿ijiet pendenti huwa ta’ elfejn mijja u tminja u tmenin (2188).
Leg 12 PQ #12907 Sitting 228 2015-01-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Project Malta — inizjattivi tal-Public Private Partnership

Question

Billi fid-diskors tal-baġit tal-Ministru saret ħafna referenza għall-Project Malta u l-inizjattivi tal-Public Private Partnerships, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' inizjattivi ta' PPP hu mistenni li jinbdew mill-Ministeru matul l-2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-diskors tal-Baġit. Hu previst li matul din is-sena tkun bdiet ħidma avvanzata fil-Yachting Malta Ltd u Trade Malta Ltd, u proġetti li qed jitfasslu bħalissa.

Ingaġġ ta’ infermiera barranin — għażla

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12138, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet u jgħid ukoll fejn din ġiet ippubblikata?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-ingaġġ ta’ infermiera Spanjoli sar wara li saru taħdidiet bejn il-Ministeru tas-Saħħa Spanjol u dak ta’ Malta biex jiġu rekulati infermiera Spanjoli u preżenti għal dawn id-diskussjonijiet kien hemn l-union Spanjola SATSE li ħadet ħsieb il-marketing ta’ din is-sejħa.

Pazjenti barranin — ħlasijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12266, peress li l-entità inkwistjoni hija l-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fl-istess mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazjoni ghada qed tingabar u tinata f’seduta ohra.

Pazjenti barranin – Servizzi bi ħlas

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12267, peress li l-entità in kwistjoni hija l-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fl-istess mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Dawk il pazjenti li ma jaqghux taht il-kategoriji msemmija fit-twegiba ghal PQ 12265 huma mitluba jhallsu ghas-servizzi kolla provduti minn Mater Dei.