Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9328 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' zokkor

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8277 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': peress li Malta timporta bejn 16,000 u 18,000 tunnellata zokkor fis-sena l-biċċa l-kbira mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewroopea u l-fatt li l-industrija tieħu sussidju ta' 321 sterlina fuq kull elf kilo jew aħjar madwar 5 u 6 miljun lira sterlina fis-sena, dan ifisser li bi sħubija sħiħa z-zokkor se jogħla minn 20c-il kilo għal madwar 40c-il kilo għall-industrija lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-ammont ta' export refunds li tuża l-Unjoni Ewropea jvarja minn żmien għal żmien skond il-prezz fl-Unjoni Ewropea u l-prezz fis-suq internazzjonali; kull ġimgħa ssir tender għall-esportazzjoni taz-zokkor bir-refunds. Barra minn hekk l-Unjoni Ewropea ntrabbtet li tnaqqas l-ispiża f'export refunds b'21%. Meta z-zokkor fis-suq internazzjonali jkun għola minn dak tal-UE, jkun hemm sussidju fuq l-importazzjoni. Għaldaqstant wieħed ma jistgħax jispekula fuq il-prezz taz-zokkor fil-futur. Barra minn hekk Malta tista' tinnegozja arranġamenti speċjali.
Leg 9 PQ #9329 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Qatla

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8471?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Qatla f'numru u piż, kif kienet bejn l-1996 u 1999 (Mejju u Ġunju) fil-biċċeriji ta' Malta w Għawdex u dik privata hija kif ġej: MALTA Gozo Qatla Privata Totali Biccerija Biccerija (P.B) Qty. Piż(Kg) Qty. Piż(Kg) Qty. Piż(Kg) Qty. Piż(Kg) 1996 M ejju 8,396 649,591 529 41,903 1,123 88,293 10,048 779,787 Ġunju 6,369 484,199 454 34,717 1,121 87,093 7,944 606,009 Totali 14,765 1,133,790 983 76,620 2,244 175,386 17,992 1,385,796 1997 Mejju 8,976 709,975 500 40,359 1,127 90,636 10,603 840,970 Ġunju 7,760 607,727 559 44,493 1,421 115,846 9,740 768,066 Totali 16,736 1,317,702 1,059 84,852 2,548 206,482 20,343 1,609,036 1998 Mejju 6,963 585,857 496 42,909 1,976 170,490 9,435 799,256 Ġunju 6,729 570,660 569 49,024 2,267 187,647 9,565 807,331 Totali 13,692 1,156,517 1,065 91,933 4,243 358,137 19,000 1,606,587 1999 Mejju 6,820 576,468 467 41,428 1,665 143,448 8,952 761,344 Ġunju 7,558 658,368 321 28,286 1,564 131,139 9,443 817,793 Totali 14,378 1,234,836 788 69,714 3,229 274,587 18,395 1,579,137
Leg 9 PQ #9337 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown sħiħ ta' l-ispejjeż kollha ta' l-esportazzjoni tal-patata għall-istaġun ta' din is-sena? Jista' jagħti wkoll breakdown tas-sena l-oħra u jgħid x'kien il-perijodu li ħadu żewġ staġuni?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-ispejjeż involuti fis-safar tal-patata ta' din is-sena u ta' qabilha kienu:- 1999 1998 Sante' Alpha Alpha Kwantita imsiefra - tunnellaġġ 471.5 6,606 7,004 Lm Lm Lm Nollijiet tal-vapuri, road trailers, ġarr etc... 19,455 281,148 295,307 Ħaddiema tax-Xatt 208 3,673 3,644 Kuntratturi tax-Xatt 1,532 22,005 22,769 Pulizija - 476 411 Securicor - 835 852 Spejjeż oħra - 2,572 2,246 Sahra - 7,852 5,580 Xkejjer 2,414 23,082 35,861 Sensara 5,658 79,272 84,049 __________________________________________ _____________________________ TOTAL 29,26 7 420,915 450,719 -------------------------------- --------------------------------------- Filwaqt is-sena li għaddiet l-istaġun tas-safar tal-patata Alpha fetaħ fl-20 t'April u għalaq fl-14 ta' Mejju, din is-sena beda fis-26 t'April u spiċċa fit-18 ta' Mejju ħlief għal dak tas-Sante' li kien bejn it-12 u t-23 t'April.
Leg 9 PQ #9338 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-ewwel darba l-esportazzjoni tal-43 majjal li semma l-Ministru fid-diskors tiegħu waqt id-diskussjoni fuq l-update ta' l-avis ta' l-Unjoni Ewropea? Kemm ġie esportat majjal mill-5 ta' Settembru 'il hawn issa li l-Ministru għandu l-applikazzjoni ta' l-EU riattivata? Meta se tkompli l-esportazzjoni fix-xhur li ġejjin u kemm mistennija tkun il-kwantita'?

Response (ZAMMIT, NINU)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li mill-ftaħir kollu tiegħu li kellu jesporta mal-10,000 majjal, kien spiċċa biex esporta biss 42 majjal fis-26 ta' Settembru 1997. Dan il-ftaħir fl-ajru serva biss biex ir-raħħala bdew irabbu iżjed mill-kwota peress li kienu inagħtaw ix-xamma kif ukoll imwgħeda esportazzjoni kbira. Minn dak iż-żmien 'l hawn ma ġiex esportat l-ebda majjal. Għall-mument m'hemm l-ebda ħsieb għall-esportazzjoni.
Leg 9 PQ #9740 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Gwież

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-gwież ta' l-għalf għall-annimali, u fish farms jogħliex jew jorħosx u jekk iva, b'kemm?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-prezz tal-ġwież u l-għalf għall-bhejjem u l-ħut ivarja skond is-swieq internazzjonali tal-ingredjenti. Malta tista' tinnegozja miżuri speċjali għall-provvista ta' dawn, iżjed w iżjed meta hija l-prattika fl-UE li fil-każ ta' gżejjer dawn jinagħtaw trattament speċjali mill-istess UE.
Leg 9 PQ #9317 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8469?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-ispejjeż involuti dwar sahra li nħadmet waqt il-għażla tal-patata għas-safar fil-1996, 1997, 1998 u 1999 kienu: 1996 madwar Lm4,304 1997 madwar Lm8,074 1998 madwar Lm5,580 1999 madwar Lm7,852
Leg 9 PQ #9322 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija ta' Malta

Question

Peress li l-Ministru f'diversi diskorsi tiegħu qal li sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se ġġib lill-bdiewa u raħħal prezzijiet aħjar u garantit, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-kalkoli tiegħu prodott prodott, kemm se jmorru aħjar? Jista' l-Ministru jpoġġi kopji ta' dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant imissu jaf li l-politika agrikola komuni (CAP) tal-Unjoni Ewropea hija suġġetta għal riformi kontinwi fl-ambitu ta' l-Agenda 2000. Prezzijiet garantiti qed jinbidlu u sistemi ġodda ta' għajnuna qed jiġu ntrodotti. Dan għandu jkun ta' ġid għall-bidwi u r-raħħal Malti jekk dan jgħaraf jisfrutthom.
Leg 9 PQ #9324 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru/Segretarjat privat — Direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li ħarġu għal xogħlijiet li saru fl-uffiċini tal-ministeru u tas-segretarjat privat u kemm hija ċ-ċifra totali?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-'area' kollu tal-Ministeru li ġie 'refurbished' hija ta' madwar 467 metri kwadri. L-ispiża totali, inkluż il-materjal kollu wżat mill-ħaddiema tad-Dipartiment, kif ukoll l-għamara, tammonta għall-Lm43,420. Ovjament ma nħarġux 'quotations' biex jinxtara materjal bħall-'handles', plakki tal-elettriku, 'conduit bends',' Tee's & easy bends', 'glue', 'sockets & hooks', 'wooden plugs', 'wall lights', 'pots', 'railings' tal-purtieri, 'thinner', 'screws', 'wire', 'saddles', 'boxes and elbows' (conduit), 'bushes and switch screws', żebgħa, 'silicone', 'red oxide', u affariet oħra relatati max-xogħol intensiv li kien meħtieġ sabiex l-uffiċini kollha tal-Ministeru jinagħtaw dehra nadifa u xierqa.
Leg 9 PQ #9325 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ta' Qali — Packing station - Tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tarmac li sar fil-packing station f'Ta' Qali diġa' qed jinqala'? X'passi ttieħdu, meta saru rapporti u meta se jiġi rranġat ix-xogħol u minn min? Kemm sewa dan it-tarmak, meta tħallas u jekk kienx b'direct order?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jidher li l-Onor. Interpellant kien misinfurmat għaliex ma jirriżultax li sar xogħol ħażin fil-kisi bit-tarmak fiċ-Ċentru tal-Għażla, f'Ta'Qali. Infatti skond rapport, li kopja tiegħu qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-Perit inkarigat minn dan il-proġett ikkonferma li dan ix-xogħol huwa fi stat sodisfaċenti. L-ispiża ta' dan ix-xogħol ammontat għal madwar Lm18,000 u tħallset xi xaharejn ilu. Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5920 dwar il-mod kif kien mogħti ix-xogħol.
Leg 9 PQ #10478 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru Agrikoltura u Sajd — Ħlasijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali fil-Ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jekk jogħġbu f'kull każ jagħti r-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru u/jew saru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li wara s-6 ta' Settembru 1998 fid-dekasteru tiegħi ngħata ħlas /allowance wieħed kif ġej: Grad: Clerk I Ammont: Lm30 fix-xahar Raġuni: IT Facilitator
Leg 9 PQ #9292 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Trab tal-Ħalib — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8276 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u cioe': Peress li prodotti bħat-trab tal-ħalib li minnu jsiru ġobnijiet, ħelu, eċċ. huwa sussidjat b'madwar 795 sterlina t-tunnellata meta mportat mill-industrija lokali mill-pajjiżi membri ta' l-UE, dan ifisser li jekk Malta ssir membru sħiħ l-industrija lokali titlef dan l-inċentiv?

Response (ZAMMIT, NINU)

F'ambitu tal-GATT Uruguay Round l-Unjoni Ewropea ntrabtet li tnaqqas is-sussidju fuq l-esportazzjoni tat-trab tal-ħalib b'36% fil-valur tal-ispiża u 21% fil-volum ta' prodotti esportati b'sussidju. Is-sussidju fuq l-esportazzjoni mill-Unjoni Ewropea jvarja minn żmien għall-ieħor skond is-suq internazzjonali. Barra minn hekk saru arranġamenti speċjali sabiex Madiera u l-gżejjer Canary jkunu jistgħu jixtru l-ħtiġijiet tagħhom mis-suq internazzjonali bla ma titħallas levy jew b'sussidju mill-Unjoni Ewropea stess. Bħall-gżejjer imsemmija, pajjiżna għandu jinnegozja l-bżonnijiet tiegħu skond il-ħtiġijiet partikolari tagħna ta' nazzjon u gżira.
Leg 9 PQ #9293 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prodotti — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8275 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u cioe': jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti bħaz-zokkor, trab tal-ħalib, eċċ. li jekk l-industrija lokali timpurtahom mill-pajjiżi membri ta' l-UE tirċievi sussidju fuq kull tunnellata għaliex Malta mhijiex membru sħiħ ta' l-UE? X'se jiġri jekk Malta tkun membru sħiħ u l-industrija titlef dawn is-sussidji?

Response (ZAMMIT, NINU)

Dan il-ministeru mhux ser jirrispondi mistoqsijiet mibnija fuq il-"jekk".
Leg 9 PQ #10304 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Kiri ta' karozzi/mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta': (a) karozzi tal-kiri; u (b) mobile phones użati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli dan il-minsiteru u x'kienet l-ispiża għal kull domanda mis-6 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mis-6 ta' Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Settembru 1999, fil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u d-Dipartimenti tiegħu: a) Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-PQ 8545. b) L-ispiża totali bejn xiri w kiri ta' mobile phones swiet Lm2,170.79.
Leg 9 PQ #9232 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Hands on Farming/fishing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programm tal-hands on farming u hands on fishing għas-sena skolastika li jmiss? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-programm?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-programm imfassal għas-sena akkademika li ġejja huwa l-istess bħal dak tas-sena li għaddiet. Kopja tal-programm hija megħmuża hawn.
Leg 9 PQ #9252 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

MDP/KPH — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8249?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-5 ta' Settembru 'l hawn saru diversi laqgħat dwar il-bini ta' fabbrika ġdida tal-ħalib. Il-laqgħat saru mal-Board tad-diretturi ta' l-MDP u ta'l-KPH. Il-progress li sar huwa sostanzjali. Kemm l-MDP kif ukoll l-KPH għadhom qegħdin jevalwaw dan il-proġett.
Leg 9 PQ #9226 Sitting 155 1999-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment tal-Biedja u Sajd — Talbiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' talbiet pendenti li għandhom il-bdiewa, raħħala u sajjieda fil-mument quddiem id-Dipartiment tal-Biedja u Sajd? Kemm huwa kkalkolat li hija ċ-ċifra globali ta' dawn it-talbiet? Meta huwa maħsub li dawn it-talbiet jiġu milqugħa?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta' talbiet pendenti li għandhom il-bdiewa, raħħala u sajjieda fil-mument quddiem id-Dipartiment tal-Biedja u Sajd huma 1057. L-ammont mitlub f'għajnuna huwa stmat li jlaħħaq għal-madwar Lm1 milljun. L-għajnuna finanzjarja għall-self mill-Banek Kummerċjali. Talbiet għal għotjiet jiġu kkunsidrati f'każi ta' emerġenza jew konsiderazzjonijiet partikolari. Ta' min ifakkar li l-Gvern għadu kemm approva għotja ta' Lm50,000 lill-operaturi li soffrew ħsarat fil-maltemp tas-sena l-oħra.
Leg 9 PQ #9227 Sitting 155 1999-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Għajnuna fuq self issussidjat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' talbiet li tressqu lill-Ministeru tal-Biedja u Sajd għal għajnuna fuq self issussidjat għall-proġetti ġodda fl-oqsma msemmija mill-5 ta' Settembru 'l hawn? X'valur ta' flus għandhom dawn il-proġetti u kemm minnhom ġew approvati għal għajnuna fuq self issussidjat?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta' għajnuna fuq self issussidjat għall-proġetti ġodda mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn huwa kif ġej: Mid-Med Bank: - Ġew approvati 17 -il applikazzjonijiet li jammontaw għal Lm114,770. - 3 applikazzjonijiet li jammontaw għal Lm15,700 ma ġewx approvati. APS Bank: - Ġew approvati 4 applikazzjonijiet li jammontaw għal Lm26,500. - Hemm applikazzjoni waħda pendenti ta' Lm10,000. Bank of Valletta III: - Ġew approvati 3 applikazzjonijiet li jammontaw għal Lm12,685. Bank of Valletta II: - Ġew approvati 2 applikazzjonjiet li jammontaw għal Lm6,000.
Leg 9 PQ #9228 Sitting 155 1999-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ġonna/roundabouts — Irranġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-ġonna/roundabouts li ġew irranġati/mibdula jew sarulhom xi modifikazzjonijiet u manutenzjoni mid-Dipartiment ta' l-Urban and Rural Landscapinng mill-5 ta' Settembru 'l hawn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mill-5 ta' Settembru 'l hawn, ma sar l'ebda tibdil strutturali jew radikali fir-roundabouts jew ġonna li jaqgħu taħt ir-responsabilita diretta tal-Gvern Ċentrali, biss, min-naħa l-oħra, l-manutenzjoni u l-irranġar ta' dawn hija misura kontinwa.
Leg 9 PQ #9229 Sitting 155 1999-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Universita' — Istitut ta' l-Agrikoltura

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'korsijiet bdew jiġu kordinati bejn l-Istitut ta' l-Agrikoltura ta' l-Universita' u d-Dipartment ta' l-Agrikoltura mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Kemm huwa n-numru ta' parteċipanti/studenti li qed jattendu għal dawn il-korsijiet u meta bdew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-Board tal-Istitut ta' l-Agrikoltura ta' l-Universita' ta' Malta hemm bħala membri 'ex-officio' d-Direttur ta' l-Agrikoltura u rappreżentant tal-Ministeru ta' l-Agricoltura u Sajd. Għaldaqstant il-korsijiet kollha tal-Istitut huma koordinati bejn il-Ministeru u l-Universita'. Dwar dettalji tal-korsijiet nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.