Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ mal-biewa u l-familji tagħhom li sofrew telf kbir ta' flus bħal fil-każ ta' dawk li jkabbru dulliegħ f'Malta u Għawdex? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-bdiewa u l-familji inkwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Id-dħul ta' prodotti agrikoli mill-Unjoni Ewropea qiegħed jiġi mmonitorjat miss-Sezzjoni 'Trade Mechanisms" imwaqqfa propju għal dan l-iskop.
l-uffiċjali għoljin fil-Ministeru kellhom diversi laqgħat mar-rappreżentanti tal-għaqdiet tal-bdiewa fejn iddiskutew diversi issuesmhux biss żviluppi fis-suq inkluż dak tad-dulliegħ. L-ilmenti tar-rappreżentanti tal-bdiewa ġew diskussi u sa fejn kien possibbli ġew rimedjati xi problemi.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni inkwestjoni ma' l-agro-industrija? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-uffiċjali tad-diversi taqsimiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru jkollhom laqgħat in konnessjoni mal-produzzjoni u l-importazzjoni ta’ l-agro-industrija.
L-uffiċjali responsabbli minn dawn il-laqgħat huma uffiċjali agrikoli u xjentifiċi, kif ukoll assistenti diretturi, u diretturi skond is-settur rispettiv.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni tal-pitkala Maltin u Għawdxin tal-ħaxix u l-frott frisk? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li xogħol il-pitkala Maltin u Għawdxin huwa li jbiegħu ħaxix u frott lokali prodott mill-bdiewa Maltin u Għawdxin. Il-pitkala la jipproduċu, u anqas jimportaw prodotti agrikoli, u anqas huma proċessuri.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal-bejjiegħa tal-ħaxix u frott frisk lokali? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-uffiċjali tad-diversi taqsimiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru jkollhom laqgħat kontinwi mal-għaqdiet tal-bdiewa biex, fost affarijiet oħra, jiddiskutu żviluppi fis-suq kemm mill-lat ta’ produzzjoni kif ukoll mill-lat ta’ importazzjoni.
L-uffiċjali responsabbli minn dawn il-laqgħat huma uffiċjali agrikoli u xjentifiċi, kif ukoll assistenti diretturi, u diretturi skond is-settur rispettiv.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal-produtturi u l-proċessuri tal-laħam frisk tal-fenek? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-uffiċjali tad-diversi taqsimiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru jkollhom laqgħat kontinwi mal-produtturi u proċessuri tal-laħam frisk tal-fenek skond il-ħtieġa.
L-uffiċjali responsabbli minn dawn il-laqgħat huma uffiċjali agrikoli u xjentifiċi kif ukoll assistenti diretturi u diretturi skond is-settur rispettiv.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal-produtturi tal-bajd, il-ġbejniet u rikotta friska? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-uffiċjali tad-diversi taqsimiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru kellhom laqgħat mal-produtturi tal-bajd, il-ġbejniet u ricotta friska. L-uffiċjali responsabbli minn dawn il-laqġħat huma uffiċjali agrikoli u xjentifiċi, kif ukoll assistenti diretturi, u diretturi skond is-settur rispettiv.
Jista' il-Ministru jagħtrini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal-produtturi ta' l-għasel? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-uffiċjali tad-diversi taqsimiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru jkollhom laqgħat mal-produtturi ta’ l-għasel.
L-uffiċjali responsabbli minn dawn il-laqgħat huma uffiċjali agrikoli u xjentifiċi, kif ukoll assistenti diretturi, u diretturi skond is-settur rispettiv.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9031, jikkonferma l-Ministru li ħiereġ ilma maħmuġ u jinten fil-biċċerija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ma jidhirx li hemm xi problemi ta' sadd fid-drainage system, u għalhekk ma nistax nifhem kif seta’niżel ilma maħmuġ u jinten f'Albertown.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-istate aid li ġejja mill-Unjoni Ewropea li ngħatat lill-importaturi jew lil dawk li jużaw il-qamħirrun u xgħir, u kif ġew allokati l-ammonti lil kull wieħed minnhom? Għaliex din l-għajnuna ma ngħatatx lill-importaturi jew lil dawk kollha li jużaw dawn il-prodotti? Jista' jikkonferma jekk ngħatax xi ammont ikbar ta' state aid lil xi importaturi iżjed milli kien juża l-istess importatur sakemm kienet teżisti l-Medigrain?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għajnuna (Temporary State Aid) li qed tingħata għal xgħir u qamħirrum tlaħħaq għal 2,928,500 Euros li ġiet allokata hekk : 1,984,604 Euros - Qamħirrum u 922,717 Euros – Xgħir.
L-għajnuna ngħatat lill-applikanti skond l-ammont ta’ l-applikazzjoni iżda fil-każ ta’ oversubscription, l-għajnuna ġiet allokata skond kemm l-applikanti storikament xtraw mill-Medigrain. Kulħadd seta’ japplika u l-għajnuna ngħatat skond kriterji approvati mill-Kabinett u bi trasparenza.
Qabel ma l-awtorita' ta' l-ippjanar u l-ambjent toħroġ il-permess għall-bini tiċċekkja jekk il-bini jistax jitla' peress li l-inħawi jkunu kollha tafal, bħal fil-każ ta' applikazzjoni PA4436/04 fi Triq Isouard f'San Pawl il-Baħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li PA 4436/04 hija applikazzjoni għal żieda ta' żewġ sulari fuq bini eżistenti. F'dan il-każ, u fuq siti simili ġewwa l-iskema ta' l-iżvilupp, l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma titlobx studji ġeoloġiċi iżda tara li l-iżviluppi proposti huwa konformi mal-Liġi ta' l-Ippjanar. Il-permess ta’ l-iżvilupp ma’ jeżonorax il-Perit inkarigat milli jiżgura l-istabbilita’ tal-bini propost.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 6929, jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' proċeduri li nbdew xhur ilu u dan sabiex filwaqt li jiġu magħrfa s-sidien legali tas-sit jiġu avżati jnaddfu l-post u jibni ċint skond il-liġi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-sid ta’ l-art għadu ma ġiex identifikat. Sadanittant se nitlob lill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) jużaw il-provvedimenti ta’ Art 55(A) tal-Liġi għall-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp għal dan il-każ.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal-produtturi u l-proċessuri tal-majjal frisk? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
B’mod ġenerali nikkonferma li kull meta l-produtturi u l-proċessuri tal-majjal frisk talbu l-preżenza ta’ l-uffiċjali fil-laqgħat dejjem laqgħu l-istedina.
Ninsab ukoll infurmat li d-Diviżjoni ta' l-Ikel u Attivita' Veterinarja fuq id-database tagħha żżomm l-informazzjoni meħtieġa għar-rigward twelid u qtil għal kull majjal li jiġi identifikat immedjatament wara it-twelid għall-fini ta’ monitoring. B'din id-data base jista' jingħata ukoll forecast tas-supply.
Jista' il-Ministru jagħtrini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal-produtturi u l-proċessuri taċ-ċanga friska? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
B’mod ġenerali nikkonferma li kull meta l-produtturi u l-proċessuri taċ-ċanga friska talbu l-preżenza ta’ l-uffiċjali fil-laqgħat dejjem laqgħa l-istedina.
Ninsab ukoll informat li d-Diviżjoni ta'l-Ikel u Attivita' Veterinarja iżżomm fuq id-data base tagħha it-twelid u l-qtil ta' kull annimal li jiġi identifikat immedjatament wara t-twelid għall-fini ta’ monitoring. B'din id-data base Inter Herd wieħed jista' jkollu wkoll forecast tal-produzzjoni.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena sabiex iżomm il-kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal-produtturi u l-proċessuri tal-laħam tat-tiġieġ tas-simna? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li d-Diviżjoni ta' l-Ikel u Attivita' Veterinarja iżżomm ir-rekords fuq database ta' kull tifqisa f'Malta u ta' kull qtil li ssir, b'hekk,l-istess Diviżjoni tista' tagħti forecast tas-supply ta' laħam tat-tiġieġ lokali.
Jista' il-Ministru jagħtrini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal-produtturi u l-proċessuri tal-laħam tad-dundjan? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti imressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li għalkemm saru diversi laqgħat bejn uffiċjali u produtturi jew proċessuri, ma jidhirx li saru laqgħat speċifikament fuq il-laħam tad-dundjan.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Guidelines dwar l-ingaġġ ta' mpjegati fis-Segretarjati tal-Ministri, liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett, jipprovdu wkoll għal min f'dawn is-Segretarjati huwa intitolat għall-użu ta' karozza uffiċjali, li f'ċertu ċirkostanzi, tista' ukoll tkun karozza tal-kiri. Dawk intitolati għall-użu ta’ karozza uffiċjali jistgħu jagħżlu li jieħdu transport allowance minflok ma jiġu pprovduti b'karozza.
Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta' karozzi, li f'ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġġiera fis-Segretarjat.
Bħalissa, hemm 3 karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi u 1 fis-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Agrikoltura u Sajd. L-informazzjoni dwar minn fejn u b'liema rati dawn qed jinkrew tinsab fil-lista annessa.
L-ammont totali minfuq fuq kiri ta' karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jammonta għal Lm 2,645.74. Minn-naħa tas-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Agrikoltura u Sajd l-ispiża li saret għall-kiri ta' karozzi kienet ta' Lm 1,098.44.
Jista' il-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern għall-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin? Jista' jgħid ukoll jekk sarx environmental impact assessment dwar dawn l-istess pjanijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Membru jispeċifika għal liema impjant tar-riċiklaġġ qed jirreferi, jekk hux għal dak ta’ l-iskart solidu, jew dak ta’ l-iskart likwidu.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sajjieda qed joġġezzjonaw għar-regolamenti l-ġodda tas-sajd? Jista' jgħid ukoll għalfejn il-logbooks il-ġodda li ġew mogħtija lis-sajjieda ma jistgħux jintużaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li kien hemm fost is-sajjieda min oġġezzjona minħabba li uħud minnhom jista’ għandhom problema ta’ qari u kitba. Ġie miftiehem metodu mal-Kooperattiva Nazzjonali tas-Sajd ta' kif min mhux kapaċi jaqra u jikteb jista' xorta waħda jimla dawn il-"catch logbooks" (Reġistri tal-Qabda) bl-għajnuna ta’ l-uffiċjali.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8531, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ li se jissussidja l-Gvern Malti fuq dawn it-tariffi u kemm hi d-differenza li jrid iħallas l-imprenditur/konsumatur?
Jista' jgħid fuq liema perijodu ta' żmien iridu jitħallsu dawn is-sussidji?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Membru jindirizza din il-mistoqsija lill-Prim Ministru.
Jikkonferma l-Prim Ministru li tunnellata zokkor illum qed tiswa lil pajjiżna Euro 770 lill-imprenditur/konsumatur direttament u Euro 422 oħra lill-Gvern Malti in direttament?
Jikkonferma li l-prezz fis-swieq internazzjonali għall-istess prodott kien ta' madwar Euro 201 għal kull tunnellata f'dawn l-aħħar ġimgħat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.