Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Konsultazzjoni dwar tibdil tal-Ordni tal-Preċedenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għala ma saritx (sakemm ma saritx tassew u huwa jista’ jgħid allura fiex kienet tikkonsisti) konsultazzjoni mal-Ġudikatura fit-tibdil tal-Ordni tal-Preċedenza fl-okkażjonijiet uffiċjali?
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie fis-seħħ l-Att Numru XLII tal-2016 (Att dwar is-Servizz Parlamentari, u li ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fil-5 ta’ Awwissu 2016)? (Qed jiġi premess li din l-interpellanza qed tiġi preżentata llum 30 ta’ Diċembru 2016.)
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob li l-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru koncernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx stima mill-kunsill lokali tal-ispejjeż neċessarji sabiex Triq Ħal Luqa, Raħal Ġdid tiġi rranġata stante l-istat tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-istat li tinsab fih Triq Ħal Luqa, li taqa’ fil-konfini ta’ Ħal Tarxien u Raħal il-Ġdid hi fi stat ta’ rikostruzzjoni u għaldaqstant eskluża mill-kompetenza tal-Kunsilli Lokali hekk kif elenkat f’Artiklu 33(2) tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali. Għaldaqstant ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali ta’ Raħal Ġdid u Ħal Tarxien li ma għandhomx stima tal-ispejjeż imsemmija.
Iż-Żejtun – Triq Labour u Triq Alfredo Cachia Zammit — stima
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx stima mill-kunsill lokali tal-ispejjeż neċessarji sabiex Triq Labour u Triq Alfredo Cachia Zammit fiż-Żejtun tiġi rranġata stante l-istat tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li x-xogħol se ssir minn Transport Malta. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Belt Valletta – proġetti kapitali/infrastrutturali mill-Kunsilli Lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fi proġetti kapitali/infrastrutturali fil-Belt Valletta mill-Kunsill Lokali fis-snin 2015 u 2016, u jagħti l-informazzjoni proġett proġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt li mill-fondi tiegħu ma kkonkluda l-ebda proġett kapitali jew infrastrutturali fil-Belt Valletta fis-snin 2015 u 2016.
Ngħarraf wkoll lill-Onor. Interpellant li l-kunsill għadu ma kkonkludiex l-istatement finanzjarju għal dawn is-snin, iżda jirriżulta li hu stmat li rreġistrata
deficit
qawwi minħabba proġetti tal-iskema ta’
Public Private Partnership
li tnediet fi żmien amministrazzjoni preċedenti u li kienet ġiet ikkundannata, flimkien mal-Ministru responsabbli ta' dak iż-żmien, mill-Awditur Ġenerali.
Dan wassal biex il-kunsill lokali ma jkun jista' jagħmel l-ebda proġett mill-fondi tiegħu biex jibda jirkupra minn din is-sitwazzjoni prekarja skont ma jitlob l-Att dwar il-Kunsilli Lokali.
Belt Valletta – proġetti kapitali/infrastrutturali b’rabta mal-Proġett V18
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fi proġetti kapitali/infrastrutturali fil-Belt Valletta bħala parti mill-Proġett tal-V18 fis-snin 2015 u 2016, u jagħti l-informazzjoni proġett proġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Persuni barranin – permess ta’ residenza f’pajjiżna
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ persuni barranin li għandhom permess ta’ residenza biex joqogħdu f’pajjiżna u jaqsamhom skont in-nazzjonalità kif ukoll skont il-lokalità li huma residenti fiha?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 26094, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq Triq Marsalforn fix-Xagħra tkompliex? Jekk iva, meta tkompla u meta hu mistenni li jitlesta? Jekk ix-xogħol fuq din it-triq ma tkompliex, x’inhi r-raġuni u meta hu mistenni li jitkompla u jitlesta x-xogħol fuq din it-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra li applika u rċieva finanzjament mill-iskema ‘Proġetti Speċjali fil-Lokalitajiet’ għat-tieni parti ta’ Triq Marsalforn. Ix-xogħol f’din it-triq mistenni jitkompla u jitlesta fil-futur qarib, u d-dewmien kien ikkawżat minħabba l-investigazzjoni li saret mill-Awditur Ġenerali dwar din il-iskema li damet madwar sena.
Heritage Malta — siti u mużewijiet - stallazzjoni ta' turnstiles
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema siti u mużewijiet ta' Heritage Malta għandhom installati turnstiles u kemm minn dawn it-turnstiles jaħdmu u jintużaw?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-mużewijiet u siti ta’ Heritage Malta hemm 23 turnstiles istallati fil-Palazz tal-Granmastru, Forti Sant’Iermu, Forti Sant’Anġlu, il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Katakombi ta’ San Pawl, Ħaġar Qim, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija u d-Domus Rumana. Dawn kollha jintużaw.
Heritage Malta — fondi allokati għall-użu ta' teknoloġija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-budget ta' Heritage Malta li huwa allokat speċifikament għall-użu ta' teknoloġija fl-interpretazzjoni ġewwa s-siti u mużewijiet tagħha? Jista' jgħid kif intefaq dan il-budget s'issa u x'hemm ippjanat fil-futur qrib?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li qatt ma kien jeżisti budget speċifiku għall-użu ta' teknoloġija fl-interpretazzjoni fil-mużewijiet. Dan jiġi evalwat skont il-każ u ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull proġett.
Heritage Malta — ħaddiema - ħlas ta' internet tad-dar
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm xi ħaddiema ta' Heritage Malta li għandhom l-internet tad-dar imħallas mill-istess aġenzija? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Karma lista ta' dawn l-individwi u f'liema grad jaqgħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda ħaddiem ta’ Heritage Malta li għandu l-internet tad-dar imħallas mill-aġenzija.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa ta' Heritage Malta fir-rigward ta' riċevimenti u festini minn Marzu tal-2013 s'issa? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn l-festini jew riċevimenti li saru u għal liema okkażżjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Heritage Malta — Manager Conservation - job description
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-job description tal-manager conservation fi ħdan Heritage Malta? Jista' jikkonferma li din il-job description ġiet mgħoddija lill-persuna li qed tokkopa din l-pożizzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-post ta’ manager conservation ma jeżistix. Jeżisti senior conservator. Kopja tal-job description, li ngħatat lill-uffiċjal responsabbli, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Lokali taż-Żejtun — Manucca Childcare Centre – Audited Financial Statements
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux l-Audited Financial Statements fuq il-Manucca Childcare Centre taż-Żejtun li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Audited Financial Statements? Jista’ jpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-agreement iffirmat biex ikun jista’ jopera dan iċ-Childcare Centre?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Tibdil fl-Ordni tal-Preċedenza fir-rigward tal-kariga ta’ Prim Imħallef
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li huwa rċieva mingħand il-Prim Imħallef ftit ġimgħat ilu fejn fiha huwa pprotesta għan-nom tal-Ġudikatura dwar it-tibdil fl-Ordni tal-Preċedenza fil-protokoll li sar mingħajr konsultazzjoni miegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid mal-ispjega estensiva u li hija bbażata fuq is-sewwa li ta s-Segretarju Permanenti Ewlieni dwar is-suġġett.
Irrid ngħid li l-punti kollha li ġew avvanzati kemm mill-Prim Imħallef u kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parmanenti Ewlieni, huma fid-dominju pubbliku.
Pożizzjoni tal-kariga ta’ Prim Imħallef fl-Ordni tal-Preċedenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwa jaqbilx mal-ordni ġdid tal-Ordni tal-Preċedenza mħabbar reċentement fejn fih il-Prim Imħallef ma baqax jokkupa l-ordni li kellu fl-okkażjonijiet uffiċjali?
Pożizzjoni tal-kariga ta’ Prim Imħallef fl-Ordni tal-Preċedenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’għamel, jekk għamel, biex jiddefendi l-preċedenza tal-Prim Imħallef fl-Ordni tal-Preċedenza mħabbar dan l-aħħar fejn fih il-Prim Imhallef ma baqax jokkupa l-ordni li kellu sa ftit ilu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid mal-ispjega estensiva u li hija bbazata fuq is-sewwa li ta s-Segretarju Permanenti Ewlieni dwar is-suġġett.
Irrid ngħid li l-punti kollha li ġew avvanzati kemm mill-Prim Imħallef u kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parmanenti Ewlieni, huma fid-dominju pubbliku.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għaċ-ċittadinanza peress li diġà saru l-proċeduri kollha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż u ninsab infurmat illi l-applikazzjoni in kwistjoni waslet fl-istadju finali ta’ dan l-ipproċessar. Eventwalment, l-applikanta tkun infurmata dwar l-eżitu ta’ din l-applikazzjoni.