Legislature:
Category:
Reset
Active:

Air Malta — Titjir ta' ajruplani ta' linji oħra

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom l-Air Malta ma ħallietx iżjed piloti tagħha jmorru jtajru ajruplani ta' linji oħra u waqt li tiffranka l-pagi tagħhom, iżżommhom fuq il-kotba tagħha bla ma jitilfu mill-kontinwita' tas-servizz, kif kienet tagħmel qabel?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlet jew kemm huwa ppjanat li ddaħħal Air Malta mill-assi li kellha (li għandha) u li biegħet (jew qed taħseb li tbiegħ), bħal Ħal Ferħ, Crowne Plaza, Selmun Maritim?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interepellant li l-bejgħ tal-assi ser isir b'offerta pubblika, u għalhekk hu prematur li wieħed jgħid kemm ser ikun id-dħul. F'dan l-istadju informazzjoni interna f'dan ir-rigward hi ta' natura kummerċjali u għalhekk konfidenzjali.

Ħal Farruġ — Qasam industrijali

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jagħmel sinjal indikattiv ta' merħba fid-daħla tal-qasam industrijali ta' Ħal Farruġ, Luqa? Ma jaħsibx li dan ikun konformi ma' dak li sar f'daħliet ta' oqsma industrijali oħra u jkompli jsebbah u jagħti dehra professjonali ta' pajjiżna, speċjalment issa li sar ix-xogħol ta' bini ta' triq mill-ġdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Raħal Ġdid — Kaxxa ta' l-ittri

Question

Jista’ il-Ministru jara li ssir letter box fl-area ta' wara s-supermarket imsejjaħ Carters f'Raħal Ġdid peress li l-eqreb letter box għal din l-area l-ġdida hija ferm 'il bogħod fil-Pjazza ta' Raħal Ġdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm żewġ kaxxi ta' l-ittri li huma eqreb mill-area ta' wara supermarket indikat mill-Onor. Interpellant. Waħda qiegħdha fi Triq Ġdida, kantuniera ma' Triq Palma (il-parti t'isfel) u l-oħra fi Triq Ħal Luqa kantuniera mal-parti ta' fuq ta' Triq Palma. Fiċ-ċirkonstanzi ma tinħassx il-ħtieġa li titwaħħal kaxxa ta' l-ittri oħra. Din id-deċiżjoni hi bażata wkoll fuq linji ta' gwida maħruġa mill-Unjoni Postali Universali.

Malta enterprise

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14627 u jgħid matul is-sena 2004 u minn Jannar sa Settembru 2005, liema kumpanniji rnexxielha l-Malta Enterprise tiġbed biex jinvestu f'pajjiżna? F'liema oqsma? Kermm se tħaddem kull kumpannija? Kemm se tinvesti? Meta bdiet/se tibda topera?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

Enemalta — Arblu ta' l-elettriku

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13874, jista' il-Ministru jgħid meta mistenni jitneħħa l-arblu ta' l-elettriku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minnħabba li l-arblu fih imqabbad miegħu cable ta' taħt l-art u dan irid jiġi shifted, ix-xogħol jkun jista' jinbeda meta jinħareġ il-permess tat-trinka meħtieġa.

Holiday flats — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12616 u cioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12019, qed ngħaddi d-dettalji tal-fond imsemmi kif ukoll korrispondenza separatament mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u mill-Enemalta li tindika wkoll li ż-żewġ entitajiet ma jaqblux, għaldaqstant jista' jagħti tweġiba għal din il-mistoqsija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni tal-Ilma għandhom regoli differenti (Electricity Supply Regulations u Water Supply Regulations). Il-Korporazzjoni Enemalta qed tapplika r-regoli tagħha. F'dan il-kaz ser terġa' tagħmel Tariff Survey u jekk issib li jaqa' taħt Domestic jiġi kklassifikat bħala Domestic.

Għawdex — Ta' Ċenċ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14652 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Peress li saru diversi lmenti minħabba storbju kkawżat mill-pompa li hemm fil-ġibjun ta' l-ilma f'Ta' Ċenċ, Sannat, Għawdex, jista' il-Ministru jara li din il-problema tissolva?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-użu tal-polishing plant mibnija dan l-aħħar f'Ta' Ċenċ wassal għall-ħsejjes ikkawżati minn ilma għaddej f'kanna li tagħti għall-ġibjun numru 4. Sabiex jitnaqqas dan l-inkonvenjent, li ġeneralment kien ikun irraportat minn nassaba madwar il-ġibjun, diġa sar xogħol ta' sound proofing u l-ħsejjes naqsu ħafna. Il-hsejjes mistennija jonqsu aktar b'riżultat ta' żviluppi oħra li ser jsiru u li jwasslu biex il-kanna msemmija tintuża anqas.

Għaqdiet kulturali/każini tal-banda

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-għaqdiet kulturali, każini tal-banda u għaqdiet simili humiex meqjusa bħala organizzazzjoni kummerċjali għall-fini tal-kontijiet infushom u l-VAT u surcharges fuqhom fejn jidħlu kontijiet ta' utilities?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Knejjes/Komunitajiet reliġjużi parrokkjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-knejjes u komunitajiet reliġjużi parrokkjali - entitajiet ekklesjastiċi - humiex meqjusa bħala organizzazzjoni kummerċjali għall-fini tal-kontijiet infushom u l-VAT u surcharges fuqhom fejn jidħlu kontijiet ta' utilities?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MDC/Malta Enterprise — Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il kumpannija u negozju li joperaw fis-settur industrijali f'Għawdex ngħataw għajnuna mill-MDC/Malta Enterprise biex jieħdu sehem f'fieri internazzjonali barra minn Malta, sena sena mill-1999 'il hawn? Min kienu? X'għajnuna ngħataw? F'liema fieri ħadu sehem?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ġarr ta' inġenji fil-Marsa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm sewa flus biex sar il-ġarr minn Menqa store għal Camilleri store, fejn il-Marsa power station, b'mod speċjali fuq inġenji bħal fork lifter u kif ġie kklassifikat il-piż tal-materjal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Films li nġibdu Malta

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14454 u jgħid liema kienu l-films li nġibdu Malta, wara li daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida li rat it-twaqqif ta' kummissarju tal-films, li bbenefikaw mill-inċentivi ġodda? X'kien l-ammont għal kull produzzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Impriżi f'Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il kumpannija kienet megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise sena b'sena mill-1999 sal-lum biex twaqqaf impriża f'Għawdex? Kemm kien l-investiment totali sena b'sena ta' dawn il-kumpanniji? Kemm ħaddiema qed iħaddmu llum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellantli r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ikliet/riċevimenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150? Min kienu l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet/riċevimenti, u x'kienet ir-raġuni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fabbriki f'zoni industrijali

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14411 u jgħid kemm hemm fabbriki (il-bini) f'kull zona industrijali f'pajjiżna? Jista' jgħid ukoll kemm hemm kumpanniji f'kull zona, liema huma u kemm timpjega nies kull waħda minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.